Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 Sports 32 Christian Schembri jwettaq żewġ NHAR il-Ġimgha 11 ta' Marzu, il-boxer ewlieni Malti Christian Schembri rnexxielu jwettaq żewġ tiri personali tiegħu f 'taqbida waħda. L-ewwel tir, li ilu miegħu minn mindu beda jipprattika l-boxing, kien dak li jirbaħ titlu tal-boxing professjonali. It-tieni wieħed kien ferm riċenti, dak li jdawwar ir-riżultat tal-ewwel taqbida tiegħu kontra Scott Dixon minn telfa kontroversjali għal rebħa konvinċenti. L-ewwel taqbida tiegħu kontra Scott Dixon kienet seħħet nhar il-25 ta' Settembru tas-sena li għaddiet. Schembri kien aċċeta li jieħu sehem f 'din it-taqbida bi żmien ta' preparament qasir, fejn ġimagħtejn qabel, Tyrone Borg kien sofra injury u sabiex ma jitħassarx l-avveniment, kien aċċetta li jisfida lil Dixon. Peress li dak iż-żmien Christian kien għadu meqjus bħala boxer promettenti imma relattivament novizz, l-opinjoni ġenerali tal- komunità u partitarji tal-boxing kienet li kontra boxer ta' esperjenza u b'rekord professjonali tajjeb ħafna bħal Scott Dixon, huwa ma kellux jagħmel iktar minn erba' rawnds qabel jiġi 'knocked out'. Iżda r-riżultat tat-taqbida kien ferm differenti, fejn huwa ssorprenda l-maġġoranza tal-partitarji u għamel prestazzjoni tajba ħafna fuq tul ta' għaxar rawnds ta' tliet minuti kull wieħed. Il-maġġoranza tal-pubbliku u l-komunità tal-boxing qalet li Christian Schembri kellu jkun ir-rebbieħ ta' dik it-taqbida, iżda l-ġudikaturi kienu taw ir- rebħa lil Scott Dixon. B'hekk, il-partitarji fuq is-siti soċjali bdew jitolbu li ssir rematch u fl-aħħar, sitt xhur wara din saret. F'dawn is-sitt xhur, Christian Schembri għamel minn kollox biex ikompli jibni fuq l-ispinta li tatu l-prestazzjoni tiegħu kontra Dixon u sadanittant irnexxielu wkoll idaħħal żewġ taqbidiet oħra. L-ewwel waħda kienet dik tas-7 ta' Diċembru tas-sena li għaddiet fl- avveniment 'Grudgematch' organizzat ukoll minn Prizeboxing Promotions. Din it-taqbida kienet ta' sitt rawnds kontra l-boxer Ingliż Jamie Lambert fejn rebaħ pemezz ta' 'Technical Knock Out' fit-tieni rawnd, wara li l-avversarju tiegħu ċeda meta Christian laqtu b'daqqa fil-fwied, u għax kellu qasma ġo moħħu. Wara din it- taqbida, Schembri ħa sehem f 'avveniment ieħor 'Gatsby Boxing' fit-22 ta' Jannar li għadda. Għal din it-taqbida, huwa tela' jagħmel tlett ijiem ta' taħriġ ġo wieħed mill- aqwa boxing gyms tal- Ingilterra 'Limehouse Marina Elite' pemezz ta' kuntatti li għamel il-kowċ tiegħu Steve Martin u dan swieh mitqlu deheb, fejn Christian rebaħ it-taqbida tiegħu kontra Luke Frost b'Knockout fit-tieni rawnd. Fit-tieni rawnd, huwa rnexxielu jwaqqa' lil Luke Frost għal tliet darbiet, u mat-tielet darba, dan ma rnexxielux iqum mal-għadd ta' għaxra. Wara din it-taqbida, il-maniġer ta' Christian Schembri, Demis Tonna u l-kowċ tiegħu Steve Martin qalulu li kienu qegħdin jiftiehmu mat-tim ta' Scott Dixon biex jerġgħu jitqabdu, allura baqa' b'taħriġ intensiv u b'dieta stretta. Peress li din id- darba kellu vantaġġ li kien jaf li kellu jiġġieled kontra Scott Dixon minn sitt ġimghat qabel, Schembri żied l-ammont ta' taħriġ li kien qed jagħmel u seta' jipprepara speċifikament għal din it-taqbida skont il-pariri li kienu qed ituh il-kowċis tiegħu Steve Martin rigward boxing u Clayton Gatt rigward dieta u fitness. Barra minn hekk, Christian ħataf l-opportunità biex jerġa' jitla' jagħmel erbat ijiem oħra sparring l-Ingilterra taħt il-gwida ta' Barry Smith fil-gym 'Limehouse Marina Elite', fejn it-talent tal-boxers li jittrenjaw f 'dak il-gym huwa tal-aqwa livell kemm Ewropew u anke Mondjali. Apparti li Christian kien motivat biex jirbaħ u jdawwar ir-riżultat tal-ewwel taqbida, għal din il-ġlieda huwa kien motivat aktar minħabba li fi kliemu, "Fil-ġimgħat ta' qabel it-taqbida, kemm Scott Dixon kif ukoll it- tim tiegħu wrew nuqqas ta' rispett fil-konfont tiegħi, meta ntqal li jiena ma kontx tal-livell tiegħu u kont mort tajjeb fl- ewwel taqbida minħabba Christian Schembri -azzjoni kontra Scott Dixon Ritratt : Foto Domingo Suċċess għal Kimberley Galea fl -Austrian Junior Squash Open BEJN is-26 u t-28 ta' Frar, Kimberley Galea ħadet sehem fl-'Austrian Junior Squash Open' ġewwa Vjenna, l-Awstrija. Fil-bidu ta' dan it-tournament, Galea kienet klassifikata bħala d-disa' parteċipanta minn 16 fil-kategorija tal-Girls Under 17. Galea kellha BYE fl-ewwel rawnd, u b'hekk awtomatikament ħadet postha fir-rawnd li jmiss. Fl-ewwel logħba tagħha, Galea kellha taffronta lil Denisa Rohunová tar- Repubblika Ċeka li kienet klassifikata bħala t-tielet parteċipanta fil-katergorija GU17. Galea rebħet din il-logħba 3-1 (11-8/ 7-11/ 11-2/ 11-8). Hawnhekk, naraw il-progress li Galea għamlet matul din is-sena b'din ir- rebħa, fejn qabel Rohunová kienet għelbet lil Galea bl-iskor ta' 3-1. L-għada, wara din ir-rebħa, Galea kellha tilgħab lil Tiana Miličević tal-Islovenja fil- kwarti tal-finali. Miličević kienet klassifikata bħala s-sitt parteċipanta f 'din il-kategorija. Galea kienet ferm iktar kunfidenti f 'din il-logħba u kisbet rebħa oħra bil-għajnuna tal-kowċ tagħha Ian Thomas, li kien hemmhekk magħha sabiex jgħinha, bir-riżultat ikun dak ta' 3-0 (11-5/ 11-3/ 11-4). Dakinhar stess, wara r-rebħa tagħha fl-istess ġurnata kontra Miličević, Galea telgħat għas-semifinali fejn kellha tilgħab kontra Milla Uusitalo tal-Finlandja. Uusitalo kienet klassifikata bħala t-tieni post f 'din il-kategorija. Din kienet logħba fejn iż-żewġ tfajliet kienu viċini ħafna ta' xulxin bħala livell u t-tnejn riedu jirbħu sabiex jiksbu post fil-finali. Fl-aħħar logħba, però, Uusitalo dehret aktar mentalment b'saħħitha u Galea tilfet bir-riżultat ta' 3-2 għal Uusitalo (11-9/ 11-13/ 8-11/ 11-8/ 12-10). Kimberley kellha mbagħad taffaċċja lil Sàra Nayy tal- Ungerija għall-aħħar logħba tagħha f 'dan it-tournament. Nayy kienet klassifikata bħala l-ħames parteċipanta fil-kategorija tal-GU17. Hawnhekk, Galea wriet li riedet tirbaħ din il-logħba sabiex tieħu postha fuq il-podju. F'din il-logħba, Kimberley rebħet lil Nayy bir- riżultat ta' 3-0 (11-5/ 12-10/ 11-5). B'dan ir-riżultat, Galea kisbet it-tielet post fl-Austrian Junior Squash Open. Il-kowċ ta' Galea, Ian Thomas li tela' l-Awstrija flimkien mal- kumplament tal-Millfield Squash Team, qal li jinsab ferm sodisfatt b'kif lagħbet Galea, tikkunsidra li Galea kienet ilha ġimagħtejn ma tittrenjax minħabba li kienet imweġġa'. Kimberly Galea tinsab ġewwa l-Ingilterra fejn qed tattendi l-Millfield School ġewwa Street f 'Somerset fejn qiegħda tkompli bl-istudji tagħha għall-'A Levels' u fl-istess ħin tkompli ttejjeb il-livell tagħha fl-isquash billi tilgħab għall-iskola kif ukoll tilgħab għat-Tim Nazzjonali Malti. Galea hija mgħallma minn Ian Thomas li huwa l-kowċ tagħha ġewwa l-iskola u anke minn Bradley Hindle Deguara, li jkompli jħarriġha meta tkun qiegħda Malta sabiex tkun tista' tkompli tittrenja meta tkun Malta wkoll. Kimberley Galea xtaqet ukoll tirringrazzja lil kull min għen sabiex hi tinsab fejn qiegħda issa, speċjalment lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), li jgħinuha sabiex tkun tista' titla' barra minn Malta tirrapreżenta lil pajjiżna. Ritratt : Paul Zammit Cutajar Kimberley Cauchi -azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016