Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 | illum Il-Birdlife tikkunsidra referendum ieħor dwar il-kaċċa MINKEJJA li lanqas għadha għaddiet sena minn meta kien organizzat ir- referendum dwar il- kaċċa fir-rebbiegħa, waqt konferenza li saret ilbieraħ filgħodu, kelliema tal-għaqda Birdlife qalu li jikkunsidraw li jaħdmu biex isir it-tieni referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, jekk il- Gvern ma jabolixxix din il-prattika. "Aħna ċerti li l-kaċċa fir-rebbiegħa se tkun qed tinqata' fil-futur," qal il- Kap Eżekuttiv ta' Birdlife Mark Sultana quddiem Kastilja. "Tista' tispiċċa, bħala konsegwenza li n-numri ta' gamiem qed jonqos drastikament jew inkella b'riżultat li l-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni kontra din id-deroga. Dawn it-tnejn huma xenarji negattivi, li ninkoraġġixxu li l-Gvern għandu jżomm 'il bogħod mill-pajjiż." Sultana kompla jgħid li kien diżappuntat li l-Gvern kien ħa deċiżjoni politika li ma kinitx ibbażata fuq ix-xjenza. "Din is-sena, l-impatt fuq il-popolazzjoni tal- għasafar se jerġa' jkun l-istess. Jekk il-Gvern ried jagħmel impatt, messu għalaq l-istaġun għaliex, "il-kaċċaturi dejjem jiddikjaraw inqas milli jkunu qabdu," kompla jgħid Sultana. L-istaġun tal-kaċċa se jkun qed jiftaħ għal perjodu ta' ġimagħtejn bejn is-17 u t-30 ta' Aprip li huwa tnaqqis ta' sebat ijiem mill-massimu ta' tliet ġimgħat permessi. Il-ħinijiet għall-kaċċa se jonqsu għal madwar sagħtejn qabel ma titla' x-xemx u nofsinhar kuljum, li jfisser tnaqqis ta' sagħtejn kuljum. 'Walk on Water ' taqbeż il-kwart ta' miljun fuq Youtube f '24 siegħa ID-DISKA li se tkun qed tirrapreżenta lil Malta kantata minn Ira Losco, tellgħet aktar minn kwart ta' miljun view fuq Youtube, fi ftit iktar minn 24 siegħa. Fil-fatt, id-diska Walk on Water qed tagħmel suċċess kbir tant li fl-ewwel ġurnata li tpoġġiet fuq l-istazzjon Eurovision.tv ta' Youtube, id-diska kienu diġà rawha 251,000. L-għażla ta' din id- diska qajmet xi ftit ta' kontroversja mhux ħażin din is-sena minħabba li oriġinarjament id-diska li kellha tirrapreżenta lil Malta fl-Iżvezja kienet Chameleon. Il-bidla mingħajr mistenni tad-diska qajmet numru ta' mistoqsijiet u anke rabja fost diversi dilettanti tal-Eurovision li f 'Malta jgħoddu mal-eluf. Minkejja dan, jidher li d-diska Walk on Water ikkalmat dawn id- dubji u l-mostoqsijiet hekk kif jidher li ntlaqgħet b'mod mill-aktar pożittiv minn ħafna fuq il-midja soċjali. Fl-ewwel dehra tagħha wara li ħarġet id-diska, fuq il-programm Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa Ira Losco, viżibbilment imweġġa' b'ċerti kummenti li għaddew xi persuni, appellat lill-poplu Malti u Għawdxi biex jagħtiha l-appoġġ u b'hekk Malta jkollha riżultat tajjeb. Pajjiżna għal dawn l-aħħar snin kiseb riżultati diżappuntati, tant li s-sena li għaddiet, id-diska ma kwalifikatx għas-serata finali, waqt li s-sena ta' qabel, meta għaddiet għall- finali, id-diska spiċċat fit-23 post. Fuq Xarabank, Ira tappella għall-appoġġ tal-Maltin u l-Għawdxin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016