Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578
Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 | illum Intervista 11 Ministru Mizzi. "U għalhekk, wieħed jiġuh id-dubji tiegħu fuq il-ħin magħżul mill-Oppożizzjoni biex timbarka fuq din l-istorja, u li kieku stenniet ftit iktar kienet tara d-dikjarazzjoni li jressaq il-Ministru. U għalhekk, wieħed irid jara x'verament ried il-Partit Nazzjonalista minn din l-istorja. M'għandix dubju li jkun xi jkun l-eżitu, il-PN għandu strateġija ta' kif ikompli fuq dan il-każ, bl-interess ikun li jkomplu f 'kampanja ta' attakki." Micallef iżid jgħid li permezz ta' dan il-każ, "jekk irrid nieħu l-pożittiv minn din l-istorja, irrikonoxxejna li lanqas aħna stess ma konna qed nitkellmu biżżejjed fuq il-ħafna t-tajjeb li qed isir. M'għandix dubju li jgħaddu ftit snin oħra, u nħarsu lura lejn din il-leġiżlatura, qed isiru 'revoluzzjonijiet' pożittivi ħafna, li meta jgħaddi ż-żmien, napprezzaw aktar xi jsarrfu." 'Labour won't work' Il-president tal-Partit Daniel Micallef, jagħmel referenza għall- analiżi li ppubblikat il-ġimgħa li għaddiet, din il-gazzetta fejn jingħataw marki għoljin fl-oqsma tal-ekonomija u x-xogħol, li dawn imorru id f 'id. "Aħna l-Partit Laburista, allura l-partit tax-xogħol, u dik il-biża' li kien hemm qabel l-elezzjoni ta' 'Labour won't work' bil-kjuws ta' nies quddiem l-ETC, qed turi li mhix vera, u min għamel dak il-billboard għandu bżonn jerġa' lura back to the drawing board u jara kif jista' jattakka l-PL fuq ix-xogħol." 'Qabel lanqas konna nkunu nafu min huma l-persons of trust' Minkejja dan, l-analiżi kienet telenka lista ta' punti u oqsma li dan il-Gvern qed ifalli fihom jew inkella qed imur ħażin, u l-maġġoranza ta' dawn ma kinux sempliċiment oqsma partikolari tanġibbli, imma kienu aktar għandhom x'jaqsmu mal-approċċ u l-mod ta' ħidma tal- Gvern, bħalma huma l-governanza, it-trasparenza u l-meritokrazija, li huma aspetti essenzjali li għandhom jiġu implimentati f 'kull qasam. Għal dan, Micallef elenka d-diversi miżuri li ttieħdu minn dan il-Gvern, bħalma huma l-liġi tal-whistleblower, il-liġi tal-finanzjament tal-partiti u anke t-tneħħija tal-preskrizzjoni fuq il-politikanti. 'Iżda dan huwa biżżejjed?' tistaqsi din il-gazzetta? Micallef jirrispondi li ovvjament, hemm aktar x'wieħed jista' jagħmel u dejjem hemm lok għal titjib, imma jsemmi kif, "l-Oppożizzjoni f 'dawn l-aħħar sentejn u nofs, donnha qed titfa' spotlight fuq kollox. Mhux qed ngħid għal dawk il-postijiet fejn verament jimmeritah l-attenzjoni, għax dak huwa l-irwol tal- Oppożizzjoni, imma li pereżempju Ministru jkollu s-segretarjat u l-persons of trust miegħu, mhix xi ħaġa li vvintaha dan il-Gvern, imma hija hi ħaġa minn ewl id-dinja li Ministru għandu bżonn tim ta' nies tal-fiduċja tiegħu biex jaħdem miegħu." Ikompli jgħid Micallef, li fil-passat, "Ma konniex inkunu nafu x'jisimhom dawn in-nies, u issa l-Oppożizzjoni ddeċidiet li titfa' spotlight fuq dawn in-nies. Qabel ma kienx isir hekk, u dan huwa element mill-kampanja li ilha għaddejja." Il-kelma korruzzjoni qed tintuża wisq liberament Daniel Micallef jitkellem dwar kif din il-kelma, 'korruzzjoni' qed tiġi użata wisq liberament mill-Partit Nazzjonalista. "L-Oppożizzjoni ilha tallega korruzzjoni fuq kollox għal numru ta' xhur jekk mhux snin issa. Safrattant, il-każijiet li hemm fil-Qorti llum huma każi li ġraw f 'amministrazzjoni preċedenti: il- każ tal-work-for-votes f 'Għawdex, u x-xiri taż-żejt. Fil-każ ta' Għawdex, il-kap tal-Oppożizzjoni kien qal lil min hu involut, 'Għalfejn bqajt għaddej bix-xogħol meta kont taf li ħa nitilfu l-elezzjoni?', u fil-każ taż-żewjt, mill-iżviluppi ta' din il- ġimgħa, jqumu l-mistoqsijiet dwar l-approċċ li kien ħa l-PN." Micallef żied jgħid li għal Partit Nazzjonalista, kienet ukoll korruzzjoni l-fatt li dan il-Gvern wiegħed li min ħallas il-VAT żejda fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozza tiegħu, kienet se tingħatalu lura. "Din ukoll kienet korruzzjoni għalihom, u għadna qed nistennew mill-Oppożizzjoni li jekk ikunu fil-Gvern hux se jkunu qed jitolbu dawn il-flus lura, minħabba li qed jgħidu li kienet korruzzjoni." Il-pożizzjoni ta' Toni Abela Meta mistoqsi dwar dak li seħħ iktar kmieni matul din il-ġimgħa meta Toni Abela m'għaddiex mill- 'grilling' li sarlu fil-kumitat tal- kontrolli baġitarji u jekk jaħsibx li Toni Abela kien preparat għal dan, Micallef sostna "jien naf kemm ipprepara Toni Abela, imma ġie mistoqsi fuq kollox barra fuq l-irwol li kien se jagħmel." Kompla jgħid li l-membri li għamlu d-domandi, "preferew li jiffukaw biss fuq storja waħda b'mod prinċipali, imma mbagħad toqgħod tara affarijiet li tqajmu u li ssemmew, u hemm tibda tħokk ftit rasek, li huma affarijiet li ma naħsibx li kienu jimmeritaw li jiġu mistoqsija." Żied jgħid li dawn preferew li jistaqsu fuq kwistjoni li ġiet ippruvata li hija gidba, "u stejjer li tqanqalu bi skopijiet partiġġjani. Nemmen li Toni Abela huwa persuna kapaċissima u ta' integrità u onestà kbira, u nemmen li bħala persuna għad fadallu ħafna x'joffri, jekk hux f 'istituzzjoni Ewropea, lokali jew politika." Meta mistoqsi dwar il-pożizzjoni ta' Toni Abela fi ħdan il-Partit, jekk għad hemmx postu, Micallef wieħeb li huwa prematur li wieħed jitkellem dwar dan. "Il-prijorità bħalissa hi li Toni jqatta' ftit jiem seren u trankwill, imbagħad wieħed jara, imma l-bieb tal-Partit Laburista huwa miftuħ għal kulħadd, aħseb u ara għal Toni Abela." Jekk Simon Busuttil jingħata l-fiduċja, jerġa' jinsa lil min sofra inġustizzja, u mill-għada, u jerġgħu jgħaddu mill-istess ħaġa " " ħafna aktar x'joffri' Ritratt: Raphael Farrugia