Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578
illum | Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 Qorti 8 Għaliex għandek tirreklama fuq illum.com.mt? Ċempel fuq 21382741 jew ibgħat email fuq earrigo@mediatoday.com.mt REKLAM 1 REKLAM 2 R E K L A M 3 AĦBARIJIET It-tieni l-iktar sit bil-Malti li jarawh nies 300,000 viżitatur fix-xahar 93.5% tal-viżitaturi huma minn Malta 17K LIKES fuq Facebook f'sena Mara liebsa niqab tirraporta l-għassa li ġiet insulentata u l-pulizija tgħidilha: 'Ma tagħtihx tort hux' Tikteb ittra lil Marlene Farrugia u titlobha li toħroġ għal elezzjoni biex titkellem f 'isem il-verita Paceville: Tliet snin u nofs fuq l-ixkaffa 'Kemm ilu l-Labour fil-Gvern qatt u qatt ma kellna indħil' - Peppi Azzopardi Kont nixrob 8 fliexken vodka fil-ġimgħa…3 kaxxi Red bull...u niżen 298 kilo Akkużi kriminali kontra diretturi tal-MFCC għal inċident li weġġgħu fih 5 ĦAMES diretturi tal-Malta Fairs and Convention Centre (MFCC) tressqu l-Qorti nhar l-Erbgħa b'rabta ma' inċident li seħħ sentejn ilu, fejn diversi ħaddiema sofrew ġrieħi meta waqgħet fuqhom parti mill-istruttura tad-dwal waqt il-bini tal-palk għar- rock musical 'Ġensna'. Il-produzzjoni teatrali kellha tikkommemora 50 sena mill-Indipendenza ta' Malta mir-Renju Unit, 40 sena Repubblika u l-35 anniversarju ta' Jum il- Ħelsien. Id-diretturi Winston Zahra, Gerald Borg u Joseph Fenech, flimkien mas-CEO Anita Mifsud u l-Projects Manager Mark Anthony Farrugia ġew mixlija mill-Ispettur Robert Vella li kkawżaw ġrieħi, kemm gravi u kemm ħfief, b'mod involuntarju. Il-ħames uffiċjali ġew mixlija wkoll li kkawżaw danni lill-kumpaniji Nexos u RVC Ltd, kif ukoll li kisru d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax- xogħol. Wieħed mill-ħaddiema, Emanuel Ronayne ta' 50 sena, mill-Fgura, kien għamel żmien fil-periklu tal-mewt minħabba l-ġrieħi li ġarrab f 'sidru kkawżati mill-inċident. Tliet ħaddiema oħra batew xokk u ġrieħi ħfief, u wieħed minn dawn kellu jittieħed l-isptar għall-kura. Il-każ ser tinstema miIl- Maġistrat Consuelo Scerri Herrera f 'April. Talli ħasel il-karozza taf tiġih għalja RAĠEL Belti żgur li ħa jkollu biex iwieġeb jekk xi ħadd jikkumentalu li għandu l-karozza maħmuġa, wara li sab ruħu arrestat, u biċ-ċans li jitlef depożitu ta' kważi €15,000, talli nstab f 'garaxx 'il bogħod mid-dar jaħsel il- karozza f 'ħin li Qorti kienet ordnatlu jkun id-dar. Janis Caruana ta' 30 sena, tressaq quddiem il-maġistrat Antonio Micallef Trigona nhar it-Tlieta, mixli li ma mexiex mal-kundizzjonijiet tal-benefiċċju tal-ħelsien mill- arrest li kienu ġew imposti fuqu minn żewġt iqrati preċedenti. Jidher li Caruana kien ġie arrestat meta nstab ġewwa garaxx il-Belt, hu u jaħsel il-karozza ta' missieru f 'ħin li, skont ordni ta' rinkażar, kellu jkun miġbur id-dar tiegħu. Jekk jinstab ħati, Caruana jaf jitlef total ta' €14,750 f 'depożiti u garanziji personali assoċjati mal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. Din kienet it-tielet darba li Caruana tressaq il-Qorti minn April li għadda. L-avukat Veronique Dalli, li qed tirrapreżenta lill-imputat, infurmat lill-Qorti li kien qed iwieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, iżda t-talba li Caruana jingħata l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda mill-Maġistrat. Dan għaliex ma kinetx l-ewwel darba li allegatament kiser il-kundizzjonijiet li kienu imposti fuqu mal-ħelsien mill-arrest. Filwaqt li kkonċediet il-fatt li din il-ksur tal-kundizzjonijiet ma kinitx serja ħafna, din kienet qed tiġri ripetutament. "Irid iħallas għan-negliġenza tiegħu," qalet il-Qorti. L-ispetturi Jeffrey Scicluna u Daryl Borg mexxew il- prosekuzzjoni filwaqt li l-avukati Veronique Dalli u Dean Hili assistew lill- imputat. Dakinhar tal-inċident fl-MFCC