Illum previous editions

ILLUM 22 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

illum | Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 35 84 47 21 5 78 80 14 CHEMIMART Pharmacy, 14, Triq Sant'Anna, Floriana COSMED Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun BROWN'S Pharmacy, 278, Triq il- Vitorja, Qormi ST. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara MAYER Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex, Msida SPIŻERIJA Merħba, Shop 2, Triq Lapsi, Ta' Giorni, San Ġiljan VICTOR'S Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Sliema ILMEĦRIEŻ Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin SGĦAJTAR Pharmacy, Triq Sgħajtar, Mosta QAWRA Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar, Qawra ST. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola VITTORIOSA Pharmacy, 9, Triq il- Mina il-Kbira, Birgu POLYMER Pharmacy, Triq ix-Xgħajra, Żabbar GERADA'S Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun KRISTIANNE Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Żurrieq PLAZA Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ IDEAL Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat FONTANA Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana XAGĦRA Pharmacy, 55, Triq il-Knis- ja, Xagħra AIRPORT Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 3 għal 4 li jdur mill-Punent u jsir Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 mal-lejl BAĦAR: Moderat li jsir ħafif IMBATT: Baxx mill-Majjistral li jsir ftit li xejn L-OGĦLA: 25˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 li jsir Punent Majjistru forza 4 BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn Aħbarijiet 2 IRBAĦ il-ktieb Agħżel ir-riposta it-tajba u idħol ċ- ċans li tirbaħ dan il-ktieb: L-istorja 'Markuż' hija waħda li titratta... ❏ Imħabba ❏ Il-ħajja t-teatru ❏ Mumenti komiċi ta' raġel jismu Markuż Ibgħat ir-risposta tiegħek sas-26 ta' Mejju f 'dan l-indirizz: MediaToday, Irbaħ ktieb ma' BDL, Vjal ir-Rihan, San Ġwann, SĠN 9016 ippubblikat minn BDL Markuż Isem: Numru tat-telefown: Lokalita': Ir-rebbieħa tal-ktieb 'Imħabba Mċaħħda' hija Carmen Apap bin-numru tal-mowbajl li jispiċċa '485' Aktar investiment -Isptar Mater Dei Il-Lamborghini tas-CT Scanners "BĦALISSA qed ninstallaw f 'Mater Dei magna ġdida tas-CT scans li hija fost l-aktar magni moderni fis-suq u li bla tlaqliq nistgħu nqisuha bħala l-'Lamborghini' tas-CT Scanners hekk kif it- teknoloġija li għandha din il-magna hija xi ħaġa impressjonanti għall-aħħar." Dan qalu l-Ministru għas- Saħħa Chris Fearne mal- ILLUM meta tkellimna miegħu dwar l-apparat ġdid u li se jibda jintuża minn dan is-sajf. Il-Ministru Fearne qal lill-ILLUM li din il-magna ġiet tiswa madwar €2 miljuni u li l-parti l-kbira tal-flus inħarġu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea. "Illum qed ninstallaw magna fl- isptar tagħna li hi fost l-aktar teknoloġija avvanzata bħalissa fid-dinja f 'dak li għandu x'jaqsam ma' CT Scans. Permezz ta' din il-magna ġdida, se nkunu nistgħu niksbu fost oħrajn dettalji dwar l-arterji tal-qalb daqs meta jsir angiogram. Din il-magna rivoluzzjonarja għandha kapaċità li tieħu mappa dettaljata tal-qalb fi ftit sekondi u għalhekk se jkun hemm inqas strapazz fuq il- pazjenti." Il-Ministru Fear ne żied jgħid li din il-magna se tkun tista' tintuża wkoll biex ikunu trattati każijiet ta' kanċer. "Illum fid-dipartiment tal- Medical Imaging għamilna qabża ta' kwalità u qed naħdmu b'apparat sofistikat li jagħti riżultati aktar preċiżi u li jnaqqsu l-iskariġġ fuq il-pazjenti. Qed naħdmu wkoll bi pjan li fost oħrajn jinkludi ħinijiet aktar twal fil-provedimenti tas-servizzi, u llum hija ħaġa normali li pazjenti jiġu msejħa għal eżamijiet tal-MRI bil-lejl jew fi tmiem il-ġimgħa. B'hekk qed innaqqsu l-listi ta' stennija u fejn qabel biex tagħmel MRI kellek tistenna sentejn, issa hi kwistjoni ta' ftit ġimgħat." Mitlub jikkummenta speċifikament dwar kemm saru eżamijiet tas-CT Scan, il-Ministru Fearne qal li jekk wieħed iħares lura lejn l-2008 – meta fetaħ Mater Dei, isib li f 'dik is-sena partikolari kienu saru 14,000 CT Scan. "Is-sena li għaddiet għamilna b'kollox 31,000 CT Scan. Dan juri kif il-pjanijiet tagħna fil-qasam tas-saħħa qed jaħdmu u mhux biss, imma qed iħallu r-riżultati li wara kollox qed igawdu minn dan kollu l-pazjenti." Il-Ministru għas-Saħħa temm jgħid li apparti l-apparat ġdid u sofistikat, hemm bżonn ukoll investiment fir-riżorsi umani. "L-apparat waħdu ma jaħdimx u hu għalhekk li qed ninvestu wkoll fir-riżorsi umani ta' dan id-dipartiment. Investiment ta' tagħlim u taħriġ kemm f 'Malta kif ukoll barra lil tobba u radjoloġisti sabiex ikunu kapaċi jinterpretaw l-informazzjoni preċiża li tkun inkisbet mill- apparat il-ġdid."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 2016