Illum previous editions

ILLUM 22 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 Sports 32 Barcelona rebbieħa tat-tmien titlu f '10 snin Spanja DOMINJU, monopolju, superjorità. Sejħulha li tridu. It-tim ta' Barcelona ġie nkurunat champion ta' Spanja għat-tmien darba f '10 snin. Statistika li tirrimarka d-dominanza tat-tim minn Katalunja fil-futbol domestiku, apparti dik fl-Ewropa minkejja li din is-sena nqalgħu 'kmieni', fil-fażi tal-kwarti tal-finali. Minkejja dan it-titlu, huma aċċertaw ruħhom bħala champions fl-aħħar ġurnata, għaliex kienu biss punt fuq ir-rivali storiċi ta' Real Madrid qabel l-aħħar partita u nfatti, biż-żewġ timijiet jiksbu tliet punti fl-aħħar ħarġiet rispettivi, Barcelona għalqu l-kampjonat b'91 punt filwaqt li t-tim minn Madrid, laħaq total ta' 90 punt. Dan kollu kien possibbli minħabba ż-żelqiet ta' Barcelona bejn ix-xhur ta' Marzu u ta'April, fejn minn erba' logħbiet, huma kienu ġabru biss punt fid-draw ta' 2-2 ma' Villareal. Segwew telfiet ma' Real Madrid, Real Sociedad u Valencia, li awtomatikament tefgħu lit-tim ta' Barcelona fi kriżi. Barra minn hekk, Lionel Messi għamel ħames partiti mingħajr ma jagħmel assist jew inkella jsib ix-xibka u żgur mhux forsi li dan kien kaġun għal din il-krizi li wara kollox, ma tantx damet għaliex wara rrimontaw bil-kbir hekk kif rebħu 0-8 u 6-0 kontra Deportivo La Coruna u Sporting Gijon rispettivament. Matul dan l-istaġun, it- tim immexxi minn Luis Enrique kiser rekord, fejn irnexxielu jagħmel 35 partita mingħajr ma jitlef, fil-kompetizzjonijiet kollha, rekord li kien għand Real Madrid, li kienu waqqfuh lura fl- istaġun 1988/1989. Però, wieħed mill-iżjed fatturi interessanti ta' dan it- tim matul l-aħħar staġun kien dak li Barcelona ma ddependewx 100% fuq it-talent mostruż ta' Lionel Messi u anke dak tal-Brażiljan, Neymar, iżda kien hemm ukoll l-irwol fundamentali tal-attakkant Urugwajan, Luis Suarez. Dan l-istaġun, l-attakkant eks-Liverpool kien fi stat ta' grazzja hekk kif rebaħ il-klassifika tal-aqwa skorer tal-Kampjonat Spanjol La Liga, b'total inkredibbli ta' 40 gowl. Barra minn hekk, huwa rebaħ anke l-klassifika tal-assists. Biex inkunu semmejnielu kollox, lil dan il-plejer fenomenali, huwa kien involut f '81 gowl matul dan l-istaġun, maqsumin bejn 59 gowl u 22 assist: numri li jqabbduk il-bard u li jħassbuk jekk hux kapaċi u possibbli jkun hemm plejer li jagħmel aħjar minn hekk, jew jekk ikunx Suarez stess li jirnexxielu jirreġistra numri aħjar minn dan l-istaġun pazzesk. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu imur għal Gianluca Lia. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT Plejers ta' Barcelona ji rħu bil-kbir wara li rebħu l-Liga Spanjola għat-tmien darba f '10 snin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 2016