Illum previous editions

ILLUM 22 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Tkompli minn paġna 1 F'KUNTATT mal-ILLUM, delegat tal-PL minn Għawdex spjega kif qed jara rebħa konvinċenti għal Cardona, li tista' sseħħ wara l-ewwel għadd tal- voti. "Chris dejjem kien tarka għan-nies tal-Partit, lest jaqbeż fin-nar għad- delegati, għalhekk naħseb li l-istħarriġ tal-illum.com. mt kien indikattiv meta wera maġġoranza favur Cardona." Iżda delegata oħra minn Għawdex, filwaqt li ammettiet li l-maġġoranza tad-delegati li huma 'hardcore' huma favur Cardona, żiedet tgħid li "Owen għandu l-kalma u l-kariżma bħal ta' Joseph Muscat." Delegat żagħżugħ mir-raba' distrett qal li wara l-emendi li ressaq il-partit fi Frar, "la għandna ċ-ċans nagħmlu Ministru bħala Deputat Mexxej u la hekk iddeċidiet il-konferenza, mela nħoss li għandna neleġġu ministru fil-kariga." Ma' dan ma jaqbel assolutament xejn delegat veteran mit-12-il distrett li qal li d-delegati huma mweġġgħin wara l-kwistjoni ta' Konrad Mizzi. "Hemm ix-xewqa li din id-darba jkun xi ħadd li se jiddedika lilu nnifsu għall- partit, għalhekk se nivvota lil Zrinzo. Għalkemm nispera li mhux se jiġri bħal fil-każ ta' Toni Abela, li sab ħafna bibien magħluqin." Ma' dan jaqbel delegat żagħżugħ ieħor, din id-darba mis-sitt distrett, li mal-ILLUM qal hekk, "Illum, iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista huwa vojt u bla ħajja. Nifhem li dan ġara għax ridna naħdmu u niffukaw fuq l-iggvernar. Għalhekk, jien naħseb li għandna bżonn lil xi ħadd li ilu jaħdem fil-partit bħalma hu Zrinzo Azzopardi." Jerġa' jaqbel delegat ieħor ma' dan l-argument, din id-darba mid-distrett l-aktar Laburist li hawn f 'pajjiżna, it-tieni distrett. "Nirrispetta lil kulħadd, u Owen u Chris qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna, imma Ministru se jkollu ħin għall-partit? Speċjalment bil-Presidenza ta' Malta tal- UE?" Huwa qal mal-ILLUM li d-delegati huma differenti u mhux rappreżentattivi tal- opinjoni pubblika "għalhekk naħseb li jista' jkollna sorpriża." Numru ta' delegati qalu lil din il-gazzetta li l-bidliet li seħħu fi Frar kienu "eċċezzjoni" bid-delegat mit-tieni distrett saħansitra jgħid li, "dakinhar biddilna għall-konvenjenza." Iżda delegat ieħor u kandidat għall- elezzjoni ġenerali sostna li ma jagħmilx sens li wara li nbidel l-istatut, id-delegati jibagħtu messaġġ li jikkuntrasta ma' dak li seħħ fi Frar. "Veru li Zrinzo Azzopardi mhux Ministru, imma li mhux qed jgħid huwa li ħiereġ għall-elezzjoni. Diġà qiegħed iħabbat il-bibien fil-ħames distrett." Delegat mill-ħames distrett qal lill-ILLUM li għalkemm hu għadu ma ddeċidiex, jemmen li t-tiġrija finali se tkun bejn Chris Cardona u Owen Bonnici, "u iva, huwa tajjeb li jkun Ministru d-Deputat Mexxej, għax b'hekk ikollu aktar ċans u poter jagħmel il-bidliet u jressaq l-ilmenti fl-ogħla organi tal-pajjiż, fosthom il-Kabinett. Kunsillier tal- Partit Laburista iżda, ma jaqbilx li se tkun ġirja bejn Cardona u Bonnici u jisħaq li minflok Bonnici, il-Ministru Karkariż se jiffaċċja l-akbar kompetizzjoni minn Zrinzo Azzopardi. Fost dawk li jaħsbu li Bonnici mhux se jġib ħafna voti, hemm l-idea li l-Ministru, filwaqt li effiċjenti f 'xogħlu, mhuwiex meqjus bħala bniedem voċiferu biżżejjed. Dawk li ma jixtiqux lil Cardona qed jibżgħu li l-PN u l-alleati tiegħu se jkunu qed jiftħu baraxx ta' attakki fuq dak li delegat iddeskriva bħala "l-karattru kkulurit ta' Cardona." Dawk li ma jixtiqux li Zrinzo Azzopardi jkun Deputat Mexxej semmew il-passat u kif dan il-kandidat mhux dejjem kien alleat mal- Partit Laburista. (Ara intervista ma' Owen Bonnici f 'paġni 10 u 11) illum | Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 Aħbarijiet 8 'Fi Frar, biddilna l-istatut għall-konvenjenza' Il-militanti jridu lil Cardona, l-moderati lil Bonnici u l-amministrazzjoni wara Zrinzo Azzopardi Kieku Konrad applika ma' Fenlex ma kienx jgħaddi mid-'due diligence' Tkompli minn paġna 1 "SAKEMM il-proċeduri ta' due diligence qed jiġu segwiti, min qed jassisti lill-klijenti mhu qed jagħmel xejn ħażin," sostniet Fenech. Mal-ILLUM, Fenech fakkret kif il-kumpaniji intermedjarji "huma s-sinsla li fuqhom mibnijin is-servizzi finanzjarji u l-operat ta' dan is-settur li jħaddem tant nies jiddependi fuq dawn il- kumpaniji." Hija sostniet li tinkwieta li hawn min f 'pajjiżna qed jitfa' lil min jipprovdi servizz f 'dan il-qasam fl-istess keffa ma' min qed jagħmel xi ħaġa ħażina jew kriminali. Mistoqsija x'kien jiġri kieku Konrad Mizzi mar għand Fenlex, il- kumpanija li tagħha hi Managing Partner, u jitlob li tinfetaħ kumpanija jew kont il-Panama, Ann Fenech pront wieġbet li "l-applikazzjoni tiegħu ma kinitx tgħaddi mill-ewwel sfida u Fenlex ma kinitx tipproċedi." Ikkuntattjata minn din il-gazzetta, Fenech ċaħdet bil-qawwa li hi jew kumpaniji intermedjarji qatt servew ta' vejikolu biex jinħbew il-flus jew biex issir evażjoni tat-taxxa u fakkret ukoll li hi fil-fatt, qatt ma operat fis-servizzi finanzjarji u dejjem kienet tispeċjaliżża fil-liġi, speċifikament fil-qasam marittimu. Meta mistoqsija kif twieġeb għall-akkużi li l-kumpanija Fenlex assistiet nies li riedu jiftħu kontijiet fil-Panama, Fenech qalet li l-kumpanija qatt ma assistiet nies biex jiftħu kont il-Panama, ħlief fl-2003 "meta l-Panama ma kinitx blacklisted, u meta jien lanqas biss kont ma' Fenlex." Ann Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 2016