Illum previous editions

ILLUM 22 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 Sports 28 Illum isiru l-Autocross u l-Motocross mill-ASMK f 'Ta' Qali ILLUM, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi torganizza l-għaxar program mill-Kampjonati ASMK Pasta Poiatti 2015/2016. Il-Programm se jibda f 'nofsinhar u se jkun jikkonsisti f 'tiġrijiet bil-Muturi Motocross u bil-Karozzi Autocross, b'dawn tal-aħħar se jkunu qed jikkompetu fuq korsa direzzjoni kontra l-arloġġ. Intant, ħarsa lejn il- klassifika Motocross u Autocross fejn iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed tiżdied it-tensjoni fuq dawk kollha li għandhom iċ-ċans jirbħu l-kampjonat rispettiv li jikkompetu fih. Fil-Motocross Klassi A qed naraw taqtiegħa bejn l-aħwa Camilleri b'differenza ta' 11-il punt biss bejniethom. Clayton Camilleri fuq mutur KTM b'208 punti jinsab quddiem ħuh Kyle fuq mutur KTM b'197 punt. Fit-tielet post insibu lil Paul Muscat fuq mutur KTM b'144 punt. Fil-Klassi B tal-Motocross komplew jiddominaw is- sewwieqa Għawdxin. Jidher li dan l-unur se jkun mirbuħ minn rider mill-gżira Għawdxija. Mario Cauchi fuq mutur Honda għadu qed jiddomina din il-klassi b'vantaġġ sostanzjali fuq is- segwaci tiegħu. Cauchi qed jokkupa din il-pożizzjoni b'257 punt segwit minn Etienne Bigeni fuq mutur Honda b'197 punt, filwaqt li fit-tielet post insibu lil John Stellini fuq mutur Kawasaki b'155 punt. Fil-Kategorija Motocross Open, insibu lil Mario Cauchi fuq mutur Honda b'94 punt li jinsab fil- quċċata segwit minn Etienne Bigeni fuq mutur Honda b'84 punt. Fit-tielet post insibu lil Paul Muscat fuq KTM b'75 punt. Is-sitwazzjoni fis-sezzjoni Autocross fil-kategorija tal- Kampjonat Nazzjonali hija dik li Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo riesaq lejn titlu ieħor f 'din il-kategorija. Galea jinsab fuq quddiem b'186 punt segwit minn Malcolm Borg fuq Opel Corsa b'128 punt, filwaqt li fit-tielet post naraw lil Joseph Micallef fuq Opel Corsa b'106 punti. Fil-Kategorija Klassi A qed naraw lil Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo fuq quddiem bi 58 punt segwit minn Philip Joe Vella fuq Opel Corsa b'24 punt. Fit- tielet post insibu lil Josef Grech fuq Ford Fiesta b'22 punt. Fil-Kategorija Klassi B naraw lil Joseph Micallef fuq Opel Corsa fil-quċċata ta' din il-klassifika b'56 punt segwit minn Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa bi 33 punt. Fit-tielet post insibu lil Noel Zammit fuq Fiat Punto u Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 li t-tnejn qed jokkupaw din il-pożizzjoni b'14-il punt. Dan jista' jinbidel fit-tiġrija li jmiss. Fil-Kategorija Autocross Standard, is-sitwazzjoni għadha miftuħa sewwa bl-ewwel tliet kompetituri jinsabu ferm viċin xulxin fejn fl-ewwel pożizzjoni bħalissa nsibu lil Deane Farrugia fuq Citroen AX b'45 punt segwit minn Traydon Bailey fuq Ford KA b'39 punt filwaqt li fit-tielet post insibu lil Ian Fenech fuq Citroen AX b'35 punt. Intant, il-Bord tad- Dixxiplina tal-ASMK, fil- jiem li għaddew kellu jerġa' jiltaqa' fuq żewġ każijiet mis-Sezzjoni Autocross fejn mill-Kategorija Autocross Modified, Josef Grech, fuq Ford Fiesta ġie skwalifikat mit-tiġrija li għaddiet, u sospiż mill-attività li jmiss. Dan ġie deċiż wara li l-istess bord iddeċieda li fl-attività ta' nhar il-Ħadd 24 t'April li għadda, Grech kellu jkun skwalifikat permezz ta' bandiera sewda li iżda għal raġuni valida, dan ma seħħx. Mill-Kategorija Autocross Standard, il-Bord issospenda wkoll lil Quinn Camilleri għaż-żewġ attivitajiet li ġejjin wara l-imġiba mhux xierqa tiegħu, waqt l-aħħar attività kemm min-naħa tiegħu kif ukoll minn spettaturi li kellu miegħu. L-Assoċjazzjoni ħabbret l-attivitajiet għal matul Ġunju li ġej, fejn l-attivitjiet li se jsiru matul dan ix- xahar se jsiru taħt id-dawl artifiċjali. L-ewwel attività li se ssir bil-lejl se tkun nhar is-Sibt 4 ta' Ġunju u oħra fit-18 ta' Ġunju li ġej. Dawn se jkunu l-aħħar żewġ attivitajiet tal-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2015- 2016. Se jipparteċipaw tliet sezzjonijiet: Autocross, Motocross u Trials. Għal iktar informazzjoni, wieħed jista' jżur is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjonijew il- paġna uffiċjali tal-ASMK fuq Facebook. Bidu ta' Tiġrija Autocross Standard Ritratti - Mario Micallef Valentino Rossi jifraħ wara li rebaħ il-pole position tal-Italja fuq iċ-ċirkwit tal-Mugello Valentino Rossi jittrijonfa fil-pole position ta' pajjiżu l-Italja wara 8 snin IS-SEBA' darbiet champion tad-dinja tal- Moto GP Valentino Rossi, ilbieraħ rebaħ il-pole position tal-Italja. Din kienet it-tieni pole li huwa rebaħ matul dan l-istaġun, wara li kien diġà rebaħ il-pole ta' Spanja biex imbagħad spiċċa biex l-għada rebaħ ukoll il-Moto GP fuq l-istess ċirkwit. Din kienet ukoll l-ewwel pole li huwa rebaħ fiċ-ċirkwit tal-Mugello fl-Italja sa mill-2008. Rossi rreġistra ħin ta' minuta, 46.504 sekondi biex kiseb vantaġġ ta' 0.094 sekondi fuq is-sewwieq ta' Suzuki, Maverick Vinales. Andrea Iannone fuq Ducati temm fit-tielet post, 0.103 sekondi wara Rossi wara li fl-ewwel żewġ sessjonijiet ta' prova, kien hu li kien fuq quddiem nett. Is-sewwieqa rivali Spanjoli ta' Rossi, Marc Marquez u Jorge Lorenzo temmew fir-raba' u fil- ħames post rispettivament. Bħalissa Jorge Lorenzo jinsab fl-ewwel post fil- klassifika tas-sewwieqa tal-Moto GP b'ħames punti vantaġġ fuq Marc Marquez u 12-il punt vantaġġ fuq Valentino Rossi li jinsab fit-tielet post. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew illum is-sewwieqa rispettivi tal-Moto GP fiċ-ċirkwit tal-Mugello fl-Italja: 1. Valentino Rossi - Movistar Yamaha 2. Maverick Viñales - Team Suzuki 3. Andrea Iannone - Ducati Team 4. Marc Marquez - Repsol Honda Team 5. Jorge Lorenzo - Movistar Yamaha 6. Aleix Espargaro - Team Suzuki 7. Dani Pedrosa - Repsol Honda Team 8. Bradley Smith - Monster Yamaha Tech 9. Danilo Petrucci - Octo Pramac Yakhnich 10. Scott Redding - Octo Pramac Yakhnich 11. Michele Pirro - Ducati Team 12. 1Yonny Hernandez - Aspar MotoGP Team

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 2016