Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum Sports 31 Grupp B (Ingilterra – Wales – Russja – Slovakkja) Ingilterra Delle Alli, Harry Kane u Jamie Vardy. L-ewwel wieħed probabbilment kien l-iżjed plejer li ssorprenda għall-qabża ta' kwalità li għamel matul dan l-istaġun ma' Tottenham Hotspur; it-tieni wieħed ikkonferma t-talent tiegħu wara li għal darb'oħra, qabeż l-20 gowl fi staġun; it-tielet wieħed, kien strumentali sabiex it-tim ta' Leicester City jirbaħ il-Kampjonat Ingliż f 'waħda mill- iżjed, jekk mhux l-iżjed stejjer sorprendenti li qatt assistejna għaliha fil-logħba tal-futbol. Tliet plejers li żgur mhux forsi qegħdin iġiegħlu lill-partitarji tat-tim nazzjonali Ingliż jemmnu li din is-sena kapaċi jkunu fost l-isfidanti ewlenin għat-trijonf finali. Fatt partikolari għat-tim nazzjonali Ingliż huwa li f 'dawn il-Kampjonati Ewropej huma qatt ma telgħu sal-finali, anke minkejja li f 'tournaments partikolari, speċjalment fl-1996 meta kienu huma li ospitawha, kellhom fulkru ta' plejers ta' stoffa. Tgħid din is-sena, ħa tkun verament is-sena tagħhom? Wales Gareth Bale, Aaron Ramsey u disa' plejers oħra. Probabilment dik hija l-opinjoni ta' ħafna mid-dilettanti tal-futbol rigward it-tim nazzjonali ta' Wales, u sa ċertu punt għandhom raġun għaliex it-tnejn li huma, huma l-iżjed plejers ta' esperjenza fit-tim peress li jilagħbu ma' Real Madrid u Arsenal rispettivament u mingħajr dubju ta' xejn, għandhom livell ta' kwalità differenti mill-kumplament tat- tim. Għaddew kważi sitt deċenji minn mindu t-tim nazzjonali ta' Wales ikkwalifika għal tournament maġġuri, meta dakinahr, kien irnexxielu jgħaddi għat-Tazza tad- Dinja tal-1958, li kienet saret ġewwa l-Iżvezja. Dakinhar, it-tim nazzjonali ta' Wales kellu grupp ta' plejers li kważi kollha kellhom karrieri ta' suċċess, fosthom John Charles ta' Juventus, Jake Kelsey u l-captain Dave Bowen li kienu t-tnejn mal-Arsenal, u Colin Webster ta' Manchester United. F'dik l-edizzjoni, huma kienu sfaw eliminati fil-kwarti tal-finali għas-spejjeż tal- Brażil, grazzi għall-gowl ta' plejer ta' 17-il sena, ċertu Pele'. Russja Minkejja l-kobor ġeografiku tagħhom u l-ammont ta' plejers li jesportaw fl-aqwa kampjonati madwar l-Ewropa, ir-Russja għadha qiegħda tistenna li tagħmel ħoss importanti f 'tournament maġġuri. Diġà għamlet dan lura fl-2008, meta fil- Kampjonati Ewropej kienu telgħu sas-semifinali fejn eventwalment inqalgħu mir-rebbieħa ta' dik l-edizzjoni, Spanja. Madankollu, wara dik l-edizzjoni, segwew il- falliment tal-2010 fejn it-tim nazzjonali tar-Russja ma kienx ikkwalifika, l-edizzjoni Ewropeja tal-2012 u t-Tazza tad- Dinja tal-2014 fejn fiż- żewġ edizzjonijiet, ir- Russja ppakkjat kmieni fil-fażi tal-gruppi. Wara dawn iż-żewġ fallimenti preċedenti taħt kowċis barranin, il-Federazzjoni tal-Futbol Russa ħatret kowċ Russu, Leonid Slutsky, li huwa anke l-kowċ ta' CSKA Moscow. Ir-Russja għandhom plejers importanti sabiex jagħmlu ħoss f 'din l-edizzjoni, u wieħed għandu josserva mill-viċin lill-attakkant Artyom Dzyuba, li huwa wieħed mill-iżjed attakanti prolifiċi madwar l-Ewropa bħalissa. Slovakkja Dan huwa pajjiż relativvament ġdid għad-dinja kalċistika, hekk kif l-ewwel partita internazzjonali tiegħu kienet fl-1994 kontra l-Emirati Arab Magħquda, sena wara biss minn mindu kienu sseparaw miċ-Ċekoslovakkja sabiex saru indipendenti. Huma żbarkaw l-ewwel darba fl-ogħla livell tal-futbol internazzjonali lura fl- 2010 meta kienu għaddew għat-Tazza tad-Dinja, fejn kontra kull mistenni kienu anke rnexxielhom jgħaddu għar-rawnd tal-aħħar 16 għas-spejjeż tal-Italja, li kienu d-detenturi ta' dik il-kompetizzjoni. Din is- sena ħa nerġgħu nkunu qegħdin narawhom, wara li meritatament għaddew mill-grupp ta' kwalifikazzjoni, fejn fost l-oħrajn għelbu lit-tim nazzjonali Spanjol bl-iskor ta' 2-1 ġewwa Bratislava. Plejers ta' stoffa bħal Martin Skrtel, Marek Hamsik, Vladmir Weiss u Miroslav Stoch se jkunu qegħdin jagħtu livell ta' futbol tajjeb lil pajjiżhom, sabiex jiktbu kapitlu ieħor importanti fl-istorja qasira tal-futbol Slovakk. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla... Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu imur għal Gianluca Lia. It-tim nazzjonali Albaniż It-tim nazzjonali Żvizzeru It-tim nazzjonali Rumen