Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
illum | Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 Għawdex 12 Swejjaq: Suq żgħir f'San Lawrenz fit-12 ta' Ġunju minn John Busuttil FIT-TIENI Ħadd ta' Ġunju, eżattament fit-12 ta' Ġunju il-pjazza ħelwa tar-raħal ċkejken ta' San Lawrenz se tinbidel f 'suq żgħir b'differenza fejn jiġi mibjugħ il-prodott Għawdxi, il-prodott artiġġjanali u agrikolu. Idea li ġiet mis-sindku popolari u msemmi għall- ideat li joħloq fl-iżgħar Kunsill Lokali miż- żewġ gżejjer, dak ta' San Lawrenz, għalkemm din id-darba l-idea li ħoloq ġiet mitt sena wara l-idea oriġinali, fejn fil-bidu tas-seklu 20 kien isir suq fi pjazza Savina fejn l-Għawdxin kienu jbigħu l-prodotti tagħhom. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Noel Formosa u tlabnieh jgħidilna minn fejn ġab l-idea eżatt, jew aħjar kif ġietu din l-idea ta' Swejjaq f 'San Lawrenz, "Nemmen li Għawdex għadu joffri dak is-sens ta' esklussività f 'dak li nagħmlu. Għalhekk naħseb li l-iskop li tlaqna bih għal SWEJJAQ jista' jkun biex noħorġu aktar dan il-potenzjal t'Għawdex. Skop ieħor kien li meta għamilna l-pjazza bil-fondi tal-Unjoni Ewropea, qatt ma xtaqt li nagħmlu l-pjazza biex tkun saret, iżda ridt nagħti l-ħajja lil din il-pjazza jew aħjar lill-komunità permezz ta' din il-pjazza. Imbagħad mil- lat personali, għaliex jien dejjem niftakar lil missieri jeħodni r-Rabat il-Ħadd filgħodu, u mat-telgħa kien ikun hemm suq. Min ibigħ l-għasafar, min ibigħ il-qsari, min ibigħ prodotti agrikoli u dik dejjem ittimbrata f 'moħħi u kienet bdiet tberren f 'moħħi. Dan l-aħħar mort Londra u żort suq famuż f 'Borough, u kien hekk. Affaxxinawni l-kuluri tal-prodotti u l-irwejjaħ tal-ħwawar, u għidt li rrid nagħmel xi ħaġa simili fir-raħal tiegħi, għax post għandna, bil-pjazza rinnovata u qiegħda adattata biex wieħed jorganizza dawn l-affarijiet, u minn hemm telqet l-idea. Iżda l-aktar importanti hu li l-flus li investejna fil-pjazza anke jekk ġew mill-Ewropa, ma jkunux flus rieqda iżda nkunu nvestejniehom fin-nies Għawdxin li min jinteressah, jista' jagħmel l-aħjar użu mill-pjazza tagħna." Staqsejt lil Noel minn fejn ġab din il-kelma 'swejjaq' u xi tfisser eżatt. "Jien iffissat fuq l-ilsien Malti u ma rridx nuża l-kelma suq għax kulħadd imur għas-suq tal-jeans u żraben, u aħna ma rridux dak it-tip ta' suq. Barra minn hekk ma rridux immorru għal xi ħaġa kbira, għax aħna m'aħniex kbar u la l-qafas hu żgħir, irridu li kollox ikun proporzjonat. Fittixt id-diminuttiv tal-kelma suq u sibt li hi 'Swejjaq', li bil-Malti tfisser suq żgħir." Is-sindku ta' San Lawrenz qalilna wkoll li s-suq hu miftuħ għall-artiġġjanat. Jiġifieri kull min kapaċi jagħmel xi ħaġa artiġġjanali, għandu l-ispazju tiegħu hemm mingħajr ma jħallas għall-post. Il-flus jibqgħu għand min ibigħ il-prodotti tiegħu bħal fuħħar, newl, bizzilla, pittura u oħrajn. "Din qed issir purament biex nagħtu saħħa lill- artiġġjanat Għawdxi, u anke l-bidwi żgħir u ġenwin li joffri l-prodott tiegħu mingħajr ma jkollu pestiċidi jista' jiġi hemm u jbigħu. L-importanti hu li min hu interessat jgħidilna qabel għax irridu naħsbu għall- armar skont l-ispazju li hemm." Noel Formosa qal li diġà hemm ħafna interess, iżda għad hemm spazju għal min jinteressah. Mistoqsi x'inhuma l-prodotti li diġà avżaw li se jkunu preżenti, Formosa qal li hemm min se jmur bil-qsari tal-ħwawar, hemm min se jmur ibigħ il-frawli u anke tfal li se jagħmlu 'crafts' u jbigħuhom, bil-flus imorru għall-festa. "Il-grupp folkloristiku tagħna se jsajjar kolazzjon tipiku Għawdxi u anke ikel tradizzjonali għall-pranzu, u wieħed jista' jiekol hemm. Filgħodu se jkun hemm qassatat, pastizzi, kafè tipiku Għawdxi bit-taċċi tal- qronfol. Se nagħmlu mwejjed fejn dak li jkun jista' joqgħod fuqhom, u jiekol fil-pjazza waqt li jaqra l-gazzetta. F'nofsinhar se jissajjar ikel differenti bħat-torti tipiċi Għawdxin u varjazzjoni ta' ikel tipiku u tajjeb." Is-sindku qal ukoll li min se jkun preżenti mhux se jitħalla jiekol u jixtri fis- 'Irridu nagħtu ħajja lill-komunità "L-Ewropa tatna €2 miljuni għar- restawr, u aħna rridu nsarrfuhom billi nagħtu l-ħajja lir-raħal" Il-pjazza ta' San Lawrenz li se tinbidel fi Swejjaq fit-12 ta' Ġunju Is-suq tat-Tokk 100 sena ilu minn fejn ħarġet l-idea Noel Formosa is-sindku ta' San Lawrenz