Illum previous editions

ILLUM 22 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 Sejħa għall-offerti għal xogħol ta' tħaffir, twaqqigħ u rimi ta' materjal b'metodi u materjal favur l-ambjent f 'diversi Oqsma ta' Djar (Housing Estates) f'Malta (Rif. CT2091/2016). Ser issir laqgħa ta' kjariika nhar il-Ġimgħa 27 ta' Mejju 2016 -10:00 ta' ilgħodu ġewwa ċ-Ċentru Aċċess i 72 Triq Melita l-Belt. L-offerenti li jixtiequ j jattendu għall-laqgħa ta' kjariika huma mitluba jibbukkjaw post billi jiktbu lil jesmond.muscat@hpmu.com.mt sad-09:00 ta' ilgħodu tal-Erbgħa 25 ta' Mejju 2016. Huma mitluba wkoll jinfurmaw kemm ser jattendu nies għal din il-laqgħa. L-offerti jagħlqu is-16 ta' Ġunju 2016 id-09:30 ta' ilgħodu. Id-dokument jista jiġi miksub, imniżżel u milqugħ biss minn fuq is-sit elettroniku: http://www.etenders.gov.mt. K Kull kjariika jew addenda fuq l-offerta jiġu mtella u jinkisbu minn fuq is-sit www.etenders.gov.mt. HOUSING PROJECT MANAGMENT UNIT Sejħa għall-Offerti għal xogħol ta' tħaffir Tliet snin wara...Simon impressjona Simon Busuttil jagħlaq tliet snin Kap tal-PN. L-ILLUM tanalizza fejn Busuttil sejjer tajjeb u fejn le minn Albert Gauci Cunningham SIMON Busuttil ilu Kap tal-Partit Nazzjonalista tliet snin issa u għalkemm dan l-anniversarju ma tantx kien iċċelebrat b'pompa lanqas mill-PN stess, ta' min wieħed iħares kemm jista' jkun minn lenti oġġettiva, lejn Busuttil u t-tmexxija tiegħu tal-PN. Wieħed ma jistax janalizza lil Busuttil, la llum, la għada u lanqas fl-annali tal-istorja mingħajr kuntest, u l-kuntest mhux wieħed favorevoli għal dan il-politiku. Bin- nuqqasijiet kollha li jista' jkollu, Simon Busuttil ħa f 'idejh it-tmun tal-PN fl-agħar żmien possibbli. Il-partit kien għadu kif sofra telfa umiljanti, kien tħalla mimli sa ruħ ommu bid- dejn u kellu emorraġija ta' nies, votanti tradizzjonali tiegħu stess li kienu tawh darhom. Jiġifieri wieħed ma jistax janalizza l-ewwel tliet snin ta' Busuttil mingħajr il-kuntest tal-istat li kien fih il-PN meta Busuttil beda jmexxih. Minn lenti oġġettiva, wieħed ma jistax ma jirrikonoxxix li l-PN illum huwa f 'qagħda ħafna aħjar milli kien fl-2013, u raġuni ċentrali għal dan it-titjib huwa Simon Busuttil. Naturalment iżda, żbalji għamel il-PN ukoll u ż-żelqiet ma kinux neqsin. Jibqa' fatt ukoll li l-akbar imbuttatura lil Busuttil kienu, fir-realtà, żbalji li ħa l-Gvern u skandli li darrsu mhux ftit lill-poplu. Bħal m'għamlet fl-għeluq it-tielet anniversarju minn meta l-Partit Laburista rebaħ il-Gvern, l-ILLUM qed tħares ukoll lejn diversi setturi fejn il-PN għamel progress kif ukoll fejn baqa' l-art jew mar għall-agħar. L-Ambjent: il-PN beda jibni l-ewwel pontijiet Iva veru, meta l-PN kien fil-Gvern, għamel żbalji ambjentali ħoxnin u kien responsabbli għal eżerċizzju ta' razzjonalizzar li litteralment ta medded kbar ta' art lill-iżviluppaturi filwaqt li ħa deċiżjonijiet dubjużi fl-għażla ta' fuel għall-Power Station u ttituba sew fuq il-Power Station tal- Marsa u t-tankijiet tal-gass u żejt f 'Birżebbuġa. Minkejja dan, il-PN taħt Busuttil organizza konvenzjoni msejħa 'Idea Ambjent' li fiha huwa beda jibni l-immaġini ta' partit li huwa iktar sensittiv għall-ħtiġijiet ambjentali. Busuttil kien fuq quddiem fil-protesta kontra t-teħid ta' art barra ż-żona tal- iżvilupp (ODZ) fiż-Żonqor, u deher spalla ma' spalla ma' diversi għaqdiet mis-soċjetà ċivili li jikkampanjaw favur l-ambjent u kontra żvilupp bla rażan. Politikament, Busuttil uża l-ambjent biex jerġa' jibni l-pontijiet ma' settur ta' votanti li kienu ilhom li abbandunaw lill-PN snin twal. Dawn il-pontijiet mhux neċessarjament inbnew, imma tal-anqas, iktar votanti 'ħodor' qed jagħtu l-benefiċċju tad-dubju lil dan il-partit. Għalhekk, fix-xenarju politiku lokali fejn il-kelma, l-opinjoni jew id-direzzjoni tal-kap ta' partit, isservi ta' piż u tissensibbilizza lill-għeruq tal-partit dwar kwistjoni partikolari, l-immaġini ta' Busuttil favur l-ambjent huwa pass fid- direzzjoni t-tajba. Anke jekk it-test reali huwa fl-iggvernar u allura Busuttil jibqa' miftuħ għal kritika ġustifikata ta' konvenzjenza politika, xorta jibqa' pass pożittiv il-fatt li l-PN iddeċieda li jagħmel l-ambjent wieħed miż- żwiemel elettorali tiegħu. Governanza: Proposti tajbin jimtlew bit-trab Fuq dan is-suġġett, Busuttil kien b'saħħtu u dgħajjef fl-istess ħin. Kien b'saħħtu fis-sens li rikeb fuq il-każi tal-Cafè Premiere, l-iskandlu ta' Strada Zekka/Gaffarena u fl-aħħar xhur fuq il-każ Panama. Iż-żelqiet u l-iżbalji madornali li ħa Gvern Laburista f 'dan il-qasam wittew it-triq lil Busuttil biex jipprofessa l-politika tal- onestà. Kien pass mill-aktar pożittiv li l-PN ħareġ rapport ta' 51 paġna li fih 109 proposti għall-governanza tajba. Il-proposti jinkludu l-bżonn ta' approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Parlament għall-karigi għoljin bħal dik tal-Kummissarju tal- Pulizija, il-Kmandant tal- Forzi Armati u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Il- PN ippropona wkoll skrutinju parlamentari fuq l-ambaxxaturi u chairpersons ta' entitajiet tal-Gvern, li jitneħħew Membri Parlamentari minn awtoritajiet pubbliċi, aġenziji u minn karigi ta' fiduċja kif ukoll li jkun hemm kodiċi ta' etika ġdida għall-Ministri. Fost affarijiet oħrajn, il- PN qed jipproponi li kull Ministru jiddikjara kull rigal li jaqla' u li jkollu valur ogħla minn €150. Dawn huma kollha proposti pożittivi u hija ħasra li Busuttil minflok ta ż-żejt lill-magna tal-partit biex dawn ikunu diskussi, ħalliehom irabbu t-trab u jintefgħu taħt id-dell ta' kritika negattiva kontinwa u li tħares, kważi b'mod esklussiv lejn in-nuqqasijiet tal-Gvern u numru ta' membri tal-kabinett ta' Muscat. Busuttil missu jagħlef iktar il-fatt li l-Gvern preżenti ma tantx qiegħed f 'vena li jiċċertifika proposti tal-PN billi jwettaqhom, u għalhekk minflok juża l-media tal-PN biex jikkritika biss, jużaha aktar biex ifakkar fil-proposti li għamel hu. Dwar l-attakki fuq il-Gvern, se jsib l-appoġġ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 2016