Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
silenzju iżda se jkun hemm id-daqqaqa Maltin, il-folk group jiżfen u se jkun hemm żewġ 'tours' fil-knisja bi gwida professjonali. "Aħna għandna pitturi ta' Giuseppe Cali li mhux kulħadd jaf dwarhom, u jkun hemm quddiesa wkoll tal-10.30am. Ħsibna għal kollox biex wieħed jiġi jqatta' nofstanhar fil-pjazza fejn se jkun hemm logħob għat-tfal ukoll u se jkun imżanżan 'bouncing castle' għall-ewwel darba f 'Għawdex, u b'hekk tkun ħarġa għal familja kollha." Hu fatt li kull turist li jżur Għawdex, jgħaddi minn ħdejn din il-pjazza fi triqtu lejn id-Dwejra, u allura din qed tintuża bħala passaġġ għad-Dwejra. Dan il-fatt iħajjar lis-sindku ta' San Lawrenz li dan is-suq isir attività regolari li tħajjar lit- turist jieqaf waqfa sal-pjazza tar-raħal? "Dak hu l-ħsieb. Din hi prova proprju għal dan l-iskop li tkun xi ħaġa kontinwa. Se nużaw dan is-swejjaq biex nitgħallmu minnu. "Dan l-aħħar ħames snin infaqna €2 miljuni u hu dnub li tant turisti jgħaddu minn quddiem il-pjazza tagħna u jibqgħu għaddejjin. Fost il-proġetti li għamilna mill-fondi Ewropej hemm ir-restawr tal-Knisja, u issa bdejna niftħu l-Knisja bejn il-11am u s- 2pm, biex it-turisti jieqfu u jżuruha fejn ikkalkulajna li f 'sena waqfu madwar 6,000 turist biex iżuru l-Knisja tagħna." Noel Formosa tkellem dwar il-gwida li se jkun hemm tal- knisja li hu student li għadu kif għamel it-teżi fuq l-arti fil-knisja ta' San Lawrenz, "u dan se jżid l-apprezzament aktar ta' dak li huwa tagħna bħalma huma l-pitturi ta' Ġużeppi Calí u Pawlu Camilleri Cauchi, xogħol ta' Abraham Gatt u oħrajn." "Għalina hu fattur fenomenali u li jagħtina kuraġġ li l-investiment li għamilna qed igawdu n-nies tar-raħal, anke finanzjarjament. Għandna ristorant wieħed fil- pjazza, u llum kuntent li qed ikollu iżjed xogħol, il-klabb tal-futbol beda jiftaħ il-bar tiegħu li qabel kien ikun magħluq. Dan ifisser li n-nies tal-lokal qed igawdu mill-proġett tal-Unjoni Ewropea, għax il-fondi mhumiex biss il- kostruzzjoni iżda l-effett li jħalli wara. Swejjaq hu ripple effect tal-proġett li sewa lill-Ewropa €2 miljuni." Noel Formosa qal li l-parkeġġ mhux se jkun problema għax il-grounds tal-iskola se jkunu miftuħa, u n-nies tal-lokal iddeċiedew li se jdaħħlu l-karozzi tagħhom fil-garaxx ħalli jħallu l-ispazju għal dawk li jżuru San Lawrenz għal Swejjaq. Il-Kunsill qed joffri wkoll l-opportunità u spazju għal dawk il-pitturi li jixtiequ jmorru jpittru fuq il-post u jbiegħu l-pitturi tagħhom lil dawk preżenti. Se jkun hemm ukoll wirja ta' karozzi umuturi ta' epoka partikolari għall-wiri. Sabiex wieħed iżomm ruħu aġġornat ma' dak li se jsir, il-Kunsill Lokali waqqaf paġna fuq Facebook li tiġi aġġornata kuljum. Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum Għawdex 13 FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA lill-komunità tagħna permezz tal-pjazza' Poster tal-attività Swejjaq