Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum Sports 29 Ikompli r-renju inkredibbli ta' Fiorella Sadowski fil-Badminton JEKK hemm atleta li bħalissa qed tagħmel ċertu ħoss fl-isport lokali, m'hemmx dubju li din m'hija ħadd ħlief il-plejer ewlenija tal- badminton f 'pajjiżna, Fiorella Sadowski. Wara li ftit tax-xhur ilu hija bdiet iġġorr il-bandiera Maltija b'unur fl-Italja, hekk kif bdiet esperjenza ġdida mat-tim tal- badminton ibbażat f ' Turin, Alba Shuttle, ftit tal-jiem ilu ġiet inkurunata champion tal-badminton lokali, hekk kif rebħet it- titlu tal-Ladies Singles National Champion għall-ħames darba konsekuttiva. Din il-gazzetta għamlet kuntatt personali ma' Fiorella Sadowski nnifisha fejn tatna dawn il- kummenti fid-dettall: "Din is-sena kienet naqra movimentata għalija. Bdejt l-istaġun billi kont ġejt ikkuntattjata mill-klabb Taljan ta' Alba Shuttle. Il-klabb kien fl-ogħla diviżjoni tal- Kampjonat Taljan u ried li f 'dan l-istaġun isalva għal sena oħra. Domt daqsxejn naħsibha għax jekk kont naċċetta, kien ifisser li ma kontx inkun nista' nikkompeti fil-kampjonat lokali tal-Badminton mal- klabb tiegħi, Birkirkara Badminton. Wara li kkonsultajt mal-eżekuttiv tal-klabb Karkariż flimkien ma' xi membri oħra tal-istess klabb Malti, huma qaluli li din kienet okkażjoni mhux ta' min jitlifha. Lejn nofs Awwissu bgħatt ir-risposta tiegħi lil Alba Shuttle u spiċċajt lgħabt f 'kull logħba tal- kampjonat. Irbaħt bosta logħbiet mal-klabb matul l-istaġun madankollu, ma kienx biżżejjed biex it-tim isalva. Din kienet esperjenza eċċezzjonali għax grazzi għaliha stajt intejjeb ukoll il-livell personali tiegħi, waqt li stajt nilgħab ukoll kontra bosta plejers. Bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja, din l-esperjenza ma kinitx faċli. Kelli naffronta ħafna problemi fiżiċi ta' għejja minħabba vjaġġi ta' ajruplan u ferroviji u dan kelli nagħmlu nhar ta' Ġimgħa wara nofsinhar, wara li tkun għaddiet ġimgħa ta' ħidma u taħrig l-iskola u taħriġ ta' kuljum. Huwa ferm diffiċli għalina f 'Malta li wieħed jeċċella fl-isport u jimraħ fi xtut barranin filwaqt li jkollu jkompli bix-xogħol ta' kuljum. Wara li spiċċa l-kampjonat fl-Italja lejn l-aħħar ta' Frar, kienet qed tistennieni ferħa oħra d-dar: kienu ħargu l-listi tal-plejers li kkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej. Kont ferm kuntenta li kien irnexxieli nikkwalifika fil-Ladies Singles u fil-Ladies Doubles f 'dan it-tornew tant prestiġjuż. Huwa tornew li l-plejers kollha jkunu jridu jikkwalifikaw għalih peress li jagħti mijiet ta' ranking points. L-esperjenza f 'La Roche sur Yon kienet indimentikabbli. Kienet it-tieni darba li rnexxieli nikkwalifika għal dawn il-Kampjonati, l-aħħar waħda fl-2014 f 'Kazan, ir-Russja. Ovvjament ma kelliex aspettattivi għoljin, għaliex kont qed nikkompeti kontra plejers full-time u plejers li jieħdu sehem f 'madwar 20 tournament fis-sena, ikkumparati ma' 3 jew 4 li nieħdu sehem fihom aħna. Waqt it-tournament, iltqajt ma' Carolina Marin li hija n-numru 2 fid-dinja u d-Daniżi Axelsen u Jorgensen, plejers li huma professjonisti u meqjusa mal-aqwa fid-dinja. Waqt is-sessjonijiet ta' taħriġ, spiċċajna għamilna logħba ta' ħbiberija kontra l-Irlandiżi, fejn finalment irbaħnielhom. L-esperjenza tiegħi fid- doubles kienet possibli grazzi għall-partner tiegħi fid-doubles, l-Ispanjola Laia Oset, li flimkien nilagħbu l-logħbiet tad-doubles fir-ranking tournaments madwar l-Ewropa. Meta ġejna biex nirritornaw lura Malta kienu qed jistennewni l-Kampjonati Nazzjonali. Grazzi għal tim ta' nies, fosthom missieri Martin Farrugia, kowċis, membri tal-klabb u familjari taghhom, li kienu warajja kostantement u dejjem tawni s-sapport tagħhom, dis-sena irnexxili nikseb għall-ħames darba konsekuttiva t-titlu tal- Ladies Singles National Champion, titlu li huwa għal qalbi ħafna u li jfisser ħafna għalija, u nagħlaq billi nikkwota l-kliem tat-tim favorit tiegħi, il-Juventus u l-partitarji Juventini bħali: "Fino alla fine!" ("Sal-aħħar!") u "Vincere e l'unica cosa che conta!" ("Li tirbaħ hija l-unika ħaġa li tgħodd!"). Għal li ġej, hemm ħafna ppjanat fosthom training camp fi Spanja bejn il-31 ta' Lulju u s-7 ta' Awwissu, flimkien man-nazzjonal tal-Italja u plejers ta' ranking għoli fil-BWF rankings bħal mhuma Jeannine Cicognini, Rosario Maddaloni, Ernesto Valasquez u Beatriz Corrales. Wara, bejn it-13 ta' Awwissu u l-20 ta' Awwissu hemm pjanat Training Camp ieħor did-darba fir- Repubblika Ċeka flimkien mal-kowċis Martina Fartagova u Lukas Kroc", temmet tgħid Fiorella Sadowski. Il-plejer ewlenija tal-Badminton f 'Malta, Fiorella Sadowski, fl-azzjoni Ritratt - Badminton Europe