Illum previous editions

ILLUM 22 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Single parent - €766.45 fi x-xahar minima llum, meta mqabbel mal-2012. Fil-fatt, minn eżerċizzju li sar din il-ġimgħa mis-sit illum.com.mt, kien innutat kif l-akbar roħs fl-ispiża kien fejn jirrigwarda kontijiet tad- dawl u l-ilma wara t-tnaqqis għall-familji li daħħal il-Gvern preżenti skont il- wegħda elettorali tal-Partit Laburista. Fil-fatt, il-basket tal-Caritas juri kif fuq id- dawl biss, familja b'żewġt itfal iffrankat €24 fix-xahar; minn €36.85 fl-2012 għal €13 fl-2015. L-ilma wkoll raħas għal din il-familja hekk kif l-ispiża ta' €15.47 fl-2012 issa niżlet għal €10, jew roħs ta' €5.47 fix-xahar. Ġenitur waħdu ra l-ispiża fil-kontijiet tonqos b'€28.47 mill-2012 sal-lum, filwaqt li koppja anzjana ta' aktar minn 65 sena rat tnaqqis ta' kważi €27 fl-ispiża fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma. Ir-roħs jibda jittiekel mill- ewwel Iżda dan it-tnaqqis fl- ispejjeż mill-ewwel jibda jittiekel minħabba żidiet notevoli fil-prezzijiet tal- ikel. Fil-fatt, l-istudju tal- Caritas juri kif bejn l-2012 u l-2015 kien hemm żieda ta' €53 fix-xahar fl-ispiża ta' familja b'żewġt itfal f 'dak li jirrigwarda xirjiet ta' ikel biss. L-istess studju juri kif għall-ikel, dawn il-familji llum qed jonfqu madwar €517.56 fix-xahar biex ikunu jistgħu jixtru ammont ta' ikel bażiku li bih il-familja tkun tista' tgħix u jkollha nutrizzjoni adegwata. Dan jimmarka żieda ta' €53 mill-istess basket li l-Caritas kienet użat fi studju simili fl-2012 fejn l-ispiża totali għall-istess tip ta' familja kien jammonta għal €467.27 fix-xahar. Din l-ispiża żdiedet b'€35 għal dawk il-ġenituri li huma waħedhom u €28 għal koppja anzjana ta' iktar minn 65 sena. Spejjeż oħrajn bħal dawk relatati ma' mobile, televixin u telefon tad-dar baqgħu prattikament l-istess. Intant kien hemm tnaqqis ukoll fil- prezzijiet tal-gass, li l-maġġor parti tagħhom kienu mikulin minn spejjeż relatati ma' xiri ta' oġġetti relatati mal- iskola (stationery, printing u oġġetti oħrajn relatati mal- edukazzjoni). Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum Familja b'żewġt itfal - €953.83 fi x-xahar Koppja anzjana - €543.90 fi x-xahar tax-xahar? X'qed tipproponi l-Caritas? 1. Il-Baġits Minimi Essenzjali użati fir-rapport tal-Caritas ikunu użati bħala kejl kif ikun definit il-baġit minimu essenzjali għall-familji 2. Assigurazzjoni ta' dħul "adegwat" lil dawk li ġenwinament ma jistgħux ikollhom impjieg 3. Żieda fil-paga minima mqassma fuq perjodu ta' tliet snin u li ma tinkludix il-COLA 4. Għandu jkun indirizzat b'urġenza s-settur ta' nies bi dħul baxx li jikru proprjetà privata b'rati kummerċjali, mingħajr ma jgawdu mill-beneffiċċji relatati 5. Estensjoni tal-ikel b'xejn tal-UE, jiġu nklużi ħxejjex u frott 6. Smart Cards għax-xiri ta' ħxejjex u frott biss 7. Tisħiħ ta' suġġetti bħal Home Economics fl-iskejjel biex ikattar l-attitudnijiet tajbin rigward l-ikel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 2016