Illum previous editions

ILLUM 22 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Altru milli perċezzjoni M inn nhar il-Ħadd li għadda u matul din il-ġimgħa li għadha kemm ġiet fi tmiemha, waħda mit-temi rikorrenti mhux biss fuq din il-gazzetta u fuq is-sit illum.com.mt imma wkoll fuq l-aġenda tal-pajjiż, kien il-faqar u dawk il-persuni, li f 'pajjiżna jlaħħqu l-mijiet jekk mhux l-eluf, li jinsabu f 'sitwazzjoni finanzjarja mill- aktar imwiegħra. It-tkabbir ekonomiku ta' bħalissa mhux talli mhux qed jasal għand kulħadd - xi ħaġa li nirrikonoxxu li hija diffiċli li ssir imma li nibqgħu nisħqu li Gvern b'kuxjenza soċjali u b'bażi ideoloġika ċentru- xellugija għandu jwettaq, - talli f 'ċerti każi qed ikun il-kaġun għal faqar f 'pajjiżna. Nhar il-Ħadd li għadda, din il-gazzetta kellha storja ta' persuna li tixtieq li ssib post fejn tista' tgħix waħedha, kif wara kollox hija x-xewqa ta' ħafna persuni li jkunu resqin lejn l-aħħar tat-tletinijiet tagħhom. Il-problema hija li bil-paga minima li jaqbad dan il-ġuvni, la jista' jixtri għax self mill-bank mhux se jingħata, u fejn qabel kien hemm it-tieqa tal-kiri, illum din instabtet ukoll hekk kif domanda qawwija għall- kiri wasslet għal splużjoni qawwija fil-prezzijiet li xi minn daqqiet u f 'ċerti żoni fil- pajjiż, issuperat il-100%. Dażgur li din il-gazzetta tifraħ li s-settur tal-proprjetà' sejjer tajjeb, mhux biss għax permezz ta' dan it-tkabbir qed jikber il-ġid maħluq fil-pajjiż, imma għax grazzi għal dan it-tkabbir qed jikber ukoll il-ġid ta' mijiet ta' familji sidien ta' proprjetà li tinkera, qed jiżdied il-ġid fil-bwiet ta' dawk il-ħaddiema, impjegati mal-aġenziji u qed ikunu massimizzati l-profitti tal- istess aġenziji. Dan it-tkabbir qed iwassal biex ir-rota għal ħafna qed iddur sew u biex is-settur tal-kostruzzjoni, li anke jekk nistgħu nħarsu lejh minn lenti xi ftit negattiva, xorta jibqa' importanti għall- pajjiż, qed jieħu spinta li ilu ma jesperjenza snin twal. Imma din mhux l-istampa kollha u jekk nippretendu li hi, inkunu qed nidħqu bil- qarrejja tagħna u ninsultaw wieħed mill-għanijiet li għalihom teżisti din il- gazzetta, jiġifieri li tagħti vuċi lil dawk li m'għandhomx jew lil dawk li l-vuċi tagħhom ma twassalx biżżejjed. Id-domanda qawwija qed twassal għal kirjiet tant għoljin li dawk li llum qatgħu qalbhom li jistgħu xi darba jixtru post, lanqas jikru ma jistgħu. X'inhi s-soluzzjoni? Definittivament, temmen din il-gazzetta, mhux b'intervent dirett u indħil b'kontrolli tas-suq. Dik hija dagħwa li lanqas biss għandha tgħaddi minn moħħ persuna li hi jew għandha xi forma ta' ambizzjoni li tkun fil-poter. Is-soluzzjoni hija li l-għajnuna tkun ikbar u li l-abbuż ikun imrażżan b'aktar ħeġġa. Ma jistax ikun, kif irraportat fi storja ta' omm separata fuq din il-gazzetta l-ġimgħa l-oħra, li jibqa' jkollok nies li ma jistgħux jaċċessaw sussidju tal-Gvern għal kirjiet privati għax is-sid ma jridx jiddikjara d-dħul tiegħu minn dan is-sors. Jeħtieġ li l-Gvern issa jmur lil hinn mill-inċentivi u jkun mill-aktar iebes ma' dawk li bla skrupli ta' xejn, jabbużaw minn dawk li qed jikru l-proprjetà tagħhom. It-tieni nett, il-Gvern jeħtieġ li jkun ħafna aktar spedit milli kien s'issa fuq proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali. Din il-gazzetta, iktar kmieni din is-sena żvelat kif il-Gvern għaddej bi pjan biex isiru proġetti soċjali f '16-il sit madwar il-pajjiż fi proġett li se jiswa €50 miljun. Dan huwa tajjeb, imma għalissa għadu kollox fuq il-karta u jekk il-ġustizzja soċjali titlob li dan il-proġett isir, il-ġustizzja soċjali titlob ukoll li dan il-proġett isir kemm jista' jkun malajr. In-nies illum qed jgħixu, persuni li m'għandhomx fejn jgħixu jekk mhux mal-ġenituri u li qed jiġġebdu biex ilaħħqu sal- aħħar tax-xahar għax il-kera kilitilhom aktar min-nofs il- paga, iridu azzjoni llum qabel għada. Għalhekk, ir-rapport tal-Caritas ma setax ġie fi żmien aktar opportun ukoll, f 'ġimgħa fejn l-attività politika donnha bdiet it-triq tan-niżla u meta l-kwistjoni Panama, ftit li xejn għadha tqajjem entużjażmu. Dan ir-rapport ifakkarna kif hawn realtajiet ta' nies li mhux talli mhux qed jgħixu komdi, talli qed jissallbu biex jgħixu ħajja diċenti. Ir-rapport jindika bl-aktar mod ċar, bil-fatti u figuri ppreżentati fir-rapport, li l-aktar nies vulnerabbli huma ġenituri waħedhom b'żewġt 4itfal xi jrabbu. Tajjeb li l-Membri Parlamentari tagħna jitkellmu dwar il-Panama u jiddiskutu mozzjonijiet ta' ċensura. Tajjeb li jqattgħu siegħat fuq siegħat jiflu kull ċenteżmu, kont jew pool deck li għandu xi wieħed minnhom, imma kemm ikun aktar ta' ġid u kemm ikunu politikanti aktar rilevanti kieku jiddiskutu dak li vera jgħodd. Kemm ikunu iktar onorevoli kieku jwasslu l-polz tal-fqir u l-batut fil- Parlament. Kemm ikun aktar denju l-post fejn jiltaqgħu, li jissejjaħ 'l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.' Editur: Albert Gauci Cunningham 19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 2016