Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
illum | Ħadd 22 ta' Mejju 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Is-sitwazzjoni negattiva li tant ħakmitek dan l-aħħar, issa sejra tibda tbatti u titlaq minn madwarek, u b'hekk int tista' tagħraf tibda taħseb aħjar minn dak kollu li int kont għaddejja minnu. Però, issa trid tagħraf dak li int kont fih, ikun għalik lezz- joni qawwija kemm sabiex ma tgħaġġilx f 'ċertu deċiżjonijiet aktar minn hekk, tagħraf kemm il-valur tal-ħajja tiegħek huwa impor- tanti meta għad hemm min jiddependi minnek. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla bl-aqwa gwida mill-qalb lejk ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 24 u 38. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Mument ta' riflessjoni kemm lejn il-karriera tiegħek, u kemm lejn ir-relazzjoni tiegħek. Trid tagħraf li bejn dawn iż-żewġ sitwazzjoni- jiet, iżżomm bilanċ sabiex il-pressjoni li ġejja madwarek f 'dak li għandha x'taqsam il-karriera tiegħek, tkun ipreparat u mħejji sew bla ebda tfixkil. Dan huwa ferm importanti għalik meta l-inqas sitwazzjoni ta' tfixkil, ittel- liflek il-konċentrazzjoni. Għalhekk, il-bilanċ li int iżżomm, ikun il-pedament għal dak li ġej. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla bl-aqwa gwida mill-qalb lejk ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 18, 22 u 34. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Wasal iż-żmien li minħabba ċertu pressjoni li int bħalissa qiegħed ikollok, trid tagħraf kif se tqassam il-ġurnata aħjae sabiex fir-rutina ta' kull ġurnata tiegħek, iddaħħal spazju ta' ħin jew sabiex tmur sal-gym, jew xi mixja eċċ. Hemm bżonn li dan l-ispazju, illum qabel għada ssib kif tista' ddaħħlu, għax inkella sejra tinħoloq tensjoni madwarek li ddum sabiex toħroġ minnha. Importanti li ssib din is-siegġa ta' relazzjoni għalik. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla bl-aqwa gwida mill-qalb lejk ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 14, 25 u 35. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Kumpanija li int kont tiffrekwenta fil-passat, imma minħabba ċertu responsabbiltà li nqalgħet kellek taqta minnha, issa se tara li tista' terġa tibda tiffrekwentaha, u din se ġġiblek ċertu nostalġija, b'mod speċjali meta int sejjer terġa' tagħmel kuntatt ma' ħabib li tant kontu tkunu fil-kumpanija ta' xulxin, imma l-ħajja xi kultant iġġib ċertu tibdil, però issa li se jerġa' jkollok l-ispazjun għal dan, ikun tajjeb ħafna għalik. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla bl-aqwa gwida mill-qalb lejk ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 15, 28 u 31. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Wara telfa li ġarrabt li ħarbtitlek il-pjanijiet koll- ha li int kont immirajt għalihom, u għalkemm kważi għadek taħt ix-xokk ta' dak li int sofrejt, imma f 'dawn is-sebat ijiem, sejjer terġa' tibda tirkupra u terġa' bil-mod tibni dak li int kont bdejt tagħmel. Però din se tikkawża ftit iktar pressjoni madwarek, però, il-karattru qawwi ta' Gemini dejjem huwa b'saħħtu biżżejjed li kapaċi jikkumbatti l-maltemp, u jimxi 'l quddiem. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla bl-aqwa gwida mill-qalb lejk ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 13, 27 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju GSitwazzjoni ta' pressjoni riesqa lejk minħabba r-relazzjoni tiegħek meta int se tagħraf li dak kollu li qed tagħmel, mhux qed ikun rispettat kif tixtieq bħala persuna li taf toffri kuntentizza lil min ikun madwarek. F'dawn it-tliet ġimgħat li ġejjin, sejjer tinduna kemm huwa aħjar tagħraf tkun tiegħek biss. Tibżax minn ċertu deċiżjonijiet li għandek tieħu, għax illum jew għada se jkollok teħodhom għall-aħjar. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla bl-aqwa gwida mill-qalb lejk ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 19, 25 u 33. Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Mhux il-waqt u ż-żmien opportun li bħalissa, int tieħu deċiżjoni speċjalment dwar il-karriera tiegħek. Hemm ħafna affarijiet x'tirrifletti fuqhom qabel ma tieħu din id-deċiżjoni, u għalhekk, minn tal-inqas jekk huwa possibbli għalik, tressaq kollox xahar b'lura. Huwa ferm importanti li int tagħmel dan, sabiex b'hekk int tkun imbagħad f 'sitwazzjoni iktar ċara, iktar stabbli, iktar kalm minn dik li int tinsab fiha llum. Irrifletti. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla bl-aqwa gwida mill-qalb lejk ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 17, 22 u 30. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settembru Trid tara kif is-sitwazzjoni li nħolqot madwarek li minflok irriżultat f 'pont, marret fid-direzzjoni opposta, waslet s'hawn u x'kien il-kaġun ta' dan. Għal issa, int oqgħod ftit lura sakemm l-arja negat- tiva li issa nħolqot, tikkalma ftit. Ikun inutli bħalissa li tagħmel xi sforz sabiex tibdel is-sitwazzjoni, u pjuttost taf tmur aktar ħażin. Għal issa żomm ftit lura, u irrifletti x'seta' mar ħażin, ħalli meta jerġa' jsir il-kuntatt, tkun f 'qagħda aħjar. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla bl-aqwa gwida mill-qalb lejk ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 22 u 39. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Bħalissa, moħħok huwa mixħut ftit iktar fuq it- tkabbir tal-karriera tiegħek, li dan jirrifletti tajjeb għall-futur tiegħek, però int għandek parti oħra fil-ħajja tiegħek li għandha bżonn ukoll l-attenzjoni tiegħek. Tiskirx fuq ħaġa u tabbanduna oħra. Tagħmel il-madwar tiegħek komdu kemm tista' xi kultant, il-materjal mhux biżżejjed. Ċerta attenzjoni, kulħadd ikun qiegħed jistenna, u mhux jinqala' l-maltemp u jiddispjaċik. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla bl-aqwa gwida mill-qalb lejk ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 17, 29 u 34. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Ir-relazzjoni tiegħek għandha bżonn ftit ta' boost ta' ftit attenzjoni u ftit spazju iktar. Jekk dan mhux se jintlaħaq, jaf fil-ġimgħat li ġejjin taffaċċja ftit ta' problemi meta dan mhux il-waqt bħalissa għax din taf tkun fjamma ta' bidu ta' ħuġġieġa ikbar. Agħraf li tara kif issib spazju u jkollok aktar mumenti flimkien. Min-naħa l-oħra, jekk int single, dan huwa ż-żmien li ftit ftit, tiftaħ għal xi ħbiberija, li tagħrad tagħmlek tħossok int. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla bl-aqwa gwida mill-qalb lejk ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 12, 28 u 30. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Biża' ta' xi deċiżjoni li int għandek tieħu, qiegħda żżommok u qed twaħħlek milli timxi 'l quddiem. Tinħass li għadek trid tibqa' mwaħħal mal-passat, u dan meta taf kemm kien iebes għalik, però xorta waħda qed tibqa' mwaħħla miegħu, u dan qiegħed jikkawża sit- wazzjonijiet tajbin li kellhom jersqu lejk, imma sfortunatament li qegħdin jintifu. Ipprova emmek aktar fik innifsek u ħares lejn x'inhu tajjeb għalik. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla bl-aqwa gwida mill-qalb lejk ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 19, 23 u 35. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Int magħruf għall-karattru b'saħħtu li għandek, imma xi kultant fil-ħajja jiġu sitwazzjonijiet fejn ibiddlu dak kollu ta' madwarna u dan jaf li huwa riesaq lejk issa, jew tħejji sabiex ma tantx ikun hemm effetti madwarek jek inkella taf bla ma trid, ikun hemm xi tibdil madwarek, li int ma tantx ħa tieħu gost dwaru, imma dan ma jkunx kontroll. Agħraf is-sitwazzjoni li int qiegħed fiha u ifli bir- reqqa l-madwar. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla bl-aqwa gwida mill-qalb lejk ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 15, 22 u 39. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 Eddie Murphy PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Il-Ħlas ta' sofferenza inġusta L-aħħar parti CLAIRE damet erbat ijiem fit-taqsima tal-ITU, imma finalment irnexxielha toħroġ minn din it-taqsima fejn bdiet tirkupra jum wara jum. F'dan il-perjodu, Claire esperjenzat xi ħaġa li qatt ma ħasbet li kienet se tgħaddi minnha. Fiż-żmien li kienet qed tilgħab bejn ħajja u mewt, kellha kuntatt mal-ispirtu tat- tarbija li hi kienet itterminat. Kif ħarġet mill-isptar baqgħet tħossha xejn sew speċjalment meta kienet tiġi biex torqod, u ħasbet li tfittex xi persuna mitħla tal-paranormal sabiex tara eżattament x'kien għaddej. Kellha tgħaddi minn ftit ezperjenzi sa kemm waslet għandi. Kienet marret għand medium li ħasset kuntatt man-nanna tagħha iżda mhux min dak li kienet għaddejja. Xi żmien wara, marret għand persuna li qalulha li kienet tagħmel kuntatt mal-erwieħ, imma anka hawn ħarġet diżappuntata. Kien waqt li kienet qed issegwi programm fuq it-TV li saret taf b'PaulJon, u għamlet kuntatt. Hekk, Claire sabet ruħha għandi fejn waqt is-sessjoni indunajt li kien hemm enerġija ta' uġigħ madwarha, minħabba azzjoni li hi wettqet fuq dan l-ispirtu meta kien ħaj. Għal xi raġuni, Claire ma stqarritx il-verità miegħi mill-ewwel, imma iktar tard ċemplet biex nerġgħu niltaqgħu. Meta ltqajna, Claire kif rat mingħandi li ħassejt dak l-ugigħ ta' spirtu, stqarret li kinet itterminat it-tqala, u rrakkuntat x'kien ġralha fl-ITU. Issa, is-sitwazzjoni kienet aktar ċara. Minn dan l-inkwiet li kien inqala' bejn il-partner u l-eks tagħha, u kif spiċċat tilfet ir-relazzjoni, kien parti mill- uġigħ ta' dan l-ispirtu u meta staqsejtha jekk kinetx lesta għal dak kollu li kien hemm bżonn isir, hi qalet li kienet lesta għal kollox basta tibda ħajja mill-ġdid. Hekk, jien bdejt inħejji għall-medatazzjoni biex nidħol fi trans ma dan l-ispirtu biex nara kif inressaq id-dawl lejh, u fl-istess waqt ikun hemm maħfra għal dak li kien sar. Ma kinetx sitwazzjoni faċli għax spirtu muġugħ, dejjem diffiċli biex tikkomunika miegħu. Però, b'diterminazzjoni ta' spiritwalista, ridt inkun pont bejn l-ispirtu u l-uman. Wara kważi tliet ġimgħat nikkomunika ma' dan l-ispirtu, irnexxieli nasal sabiex inressqu lejn id-dawl, u jagħraf l-iżball li wettqet ommu, u jaħfer dak li jkun ġara. Hekk ġiet imħejja sekwenza għal Claire biex twettaq ħalli jsir il-patt ta' maħfra u hi tkun tista' tibda ħajjitha mill-ġdid. Jien u Claire dħalna f 'sekwenza ta' meditazzjoni, u hi kellha tagħmel ċertu penitenza għal seba' xhur, kellna nitilgħu għal erba' darbiet is-santwarju tal- Madonna ta' Pinu, kellha tagħmel qrara dwar dak kollu li wettqet, u kellha tagħmel tip ta' artal ta' tifikra f 'darha għal dan l-ispirtu, u tagħmel għotijiet ta' karità ma' istituti ta' tfal għal tliet snin. Illum, Claire hi miżżewġa, għandha tifla, u flimkien ma' żewġha, bdiet ħajja mill-ġdid. Fuq insistenza tagħha, Claire għadha tirċievi għajnuna spiritwali mingħandi sabiex tibqa' f 'linja pożittiva, kemm mal-ħajja li għandha, u kemm biex tibqa' f 'kuntatt mal- ispirtu li llum huwa protettur tagħha! Min jixtieq iwassal xi rakkont lil PaulJon għandu jċempel fuq 99013600 jew email pauljon. aquilina@gmail.com . Kollox jinżam taħt kunfidenzjalità.