Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum Aħbarijiet 3 Spazju għal Uffiċċju Meħtieġ Il-Belt Valletta, Il-Furjana jew ir-Reġjun Ċentrali Il-Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi jixtieq jilqa' offerti għall-kiri ta' spazju għal uffiċċju tal-kejl tal-inqas ta' 450 u/jew 250 metru kwadru u faċilitajiet ta' parkeġġ fil-Belt Valletta, Il- Furjana jew lokalità fir-Reġjun Ċentrali ta' Malta. L-informazzjoni għandha tiġi depożitata f'envelop magħluq, u sottomessa fid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi f' Livell 5, Palazzo Spinola, Triq San Kristofru, Valletta sa nofsinhar tal- Erbgħa l-1 ta' Ġunju, 2016. Wieħed jista' jikseb id-dettalji kollha mill-portal https://mcdms.gov.mt/en/procurement- tenders/Pages/home.aspx MINISTRY FOR COMPETITIVENESS AND DIGITAL, MARITIME AND SERVICES ECONOMY Aktar ma tmur Għawdex, inqas tħallas Franco Mercieca jipproponi sistema ta' cards li tħallas skont kemm tivvjaġġa minn John Busuttil FRANCO Mercieca, id- deputat laburista Għawdxi li kien il-pijunier li xpruna l-idea tal-link permanenti għal Għawdex, din il-ġimgħa fil-Parlament ħareġ b'diversi suġġerimenti biex mhux biss ikun hemm aċċessibbiltà aktar komda għal gżira ta' Għawdex, iżda biex il- kumpanija Gozo Channel titmexxa b'mod aktar modern u timmassimizza l-potenzjal li għandha u tagħmel aktar qligħ. "Hu fatt magħruf li Għawdex qed jitlef il-karatteristika tiegħu minħabba li qed jintilfu l-imħuħ u n-nies ta' ħila. Filwaqt li l-popolazzjoni qed tonqos minħabba r-rata dejjem tonqos ta' twelid u qed jonqsu ż-żwiġijiet, ir-rata ta' mewt qed tkun aktar mir-rata ta' twelid," qal Franco Mercieca. "Il-link permanenti hu soluzzjoni fit- tul, iżda x'se nagħmlu llum biex inwaqqfu din l-emorraġija ta' mħuħ u talent?" Ħafna jaraw li s-soluzzjoni immedjata tkun il-fast ferry, li hu speċi ta' katamaran li jieħdok il-Belt Valletta f 'temp qasir, iżda skont Mercieca dan kien jeżisti fil-passat u ma kienx sostenibbli għax jiswa wisq flus. Għalhekk, skont il-kelliem Laburista Għawdxi, is-soluzzjoni hi li l-Gozo Channel titjieb b'imaniġġjar aħjar. Mistoqsi jekk dan jfissirx li qed jikkritika t-tmexxija taċ-chairman Joe Cordina, Mercieca qalilna, "żgur li le. Anzi Cordina qed jaħdem ħafna u diġà għamel ħafna biex din il-kumpanija tieħu r-ruħ, iżda nemmen li mexjin bil- mod wisq u hemm bżonn aktar bidliet fil-pożittiv. "Is-sistema ta' biljetti hi waħda taż-żmien l-arka ta' Noè u għadu jiddependi fuq biljetti mibjugħa min-nies, meta fid-dinja tal-lum imissu hemm magna li wieħed jista' jixtri l-biljetti minnha jew ikun hemm sistema ta' pakkett bi prezzijiet skont kemm tużahom, u mhux skont fejn toqgħod. Għax l-akbar problema tas-servizz hi l-istennija biex titla' l-vapur, u mhux il-qasma bil-vapur li tieħu biss xi minuti inqas minn nofs siegħa," qal Mercieca. Din il-gazzetta talbitu jgħidilna eżatt xi tfisser li l-prezzijiet ikunu skont l-użu u mhux skont fejn hu l-indirizz. Għal dan, hu wieġeb li għandha ssir differenza bejn persuni li jitilgħu Għawdex regolarment, u dawk li jitilgħu darba kultant. "Għalhekk nemmen li għandu jkun hemm kards li fihom tista' tixtri 20, 40, 60 vjaġġ u skont kemm tixtri vjaġġi, il-prezz jorħos. Għax il- Malti li jitla' regolari Għawdex bix-xogħol, għandu jħallas inqas minn dawk li jitilgħu għad-divertiment." Franco Mercieca qalilna li hu kontra li l-Għawdxi għandu jkun diskriminat pożittivament, u għalhekk hu favur link permanenti biex hemmhekk kulħadd iħallas l-istess, iżda safrattant kif inhi s-sitwazzjoni s'issa, bilfors li l-Għawdxi jkollu jiġi sussidjat, għalkemm jaqbel li anke l-Malti li jaħdem Għawdex għandu jkun sussidjat b'xi mod. "Ma jien ngħid xejn ta' barra minn hawn. Din issibha kullimkien barra mill-pajjiż, u ma nafx għaliex m'għandhiex tiġi introdotta fil-Gozo Channel." Mercieca kompla jgħid li hemm bżonn sistema online li wieħed jibbukkja qabel b'servizz ta' 'first come first served', "fejn din tkun ta' benefiċċju sew għall- passiġġieri kif ukoll għall- kumpanija, għax b'hekk il-Gozo Channel tkun taf kemm għandha persuni bbukkjati u tkun tista' taġixxi skont id-domanda, u timmassimizza l-użu tal-vapur." Mistoqsi jekk din tfissirx 'priority boarding', Mercieca nnega u fiehem eżatt xi tfisser pre-booking. "Dan ifisser li jkun hemm persentaġġ fuq il-vapur għal min irid jibbukkja u jħallas qabel biex jibbukkja l-karozza tiegħu f 'ħin partikolari. Eżempju jekk ibbukkjajt fuq tas-7am, ma tistax titla b'dak il-biljett ma' tas-7.30am. B'hekk, il-Gozo Channel tkun taf kemm għandha karozzi diġà bbukkjati, u tkun taf id-domanda. Dan is-servizz jingħata meta wieħed imur l-Isle of Wight minn Portsmouth jew l-Isle of Skye minn Malaig. Għax b'hekk, kull persuna wkoll ikollu moħħu mistrieħ li jekk irid jilħaq ajruplan jew appuntament għandu postu żgurat fuq il-vapur, u mhux isibu fully booked u joqgħod jistenna vapur ieħor u jissogra li jitlef l-appuntament li jkollu. U nerġa' ntenni dan m'għandux iħallas iżjed, iżda l-ħlas ikun normali, u jekk l-20% (eżempju) jkunu mixtrija, allura ma tkunx tista' tibbukkja post għax is-sistema tkun ta' first come first served. Id-deputat Laburista tenna li skont l-informazzjoni, jekk wieħed iqabbel kemm il-Gozo Channel iġġorr vetturi u passiġġiera ma' kemm il-vjaġġ tagħmel jara li l-vapuri jimtlew b'50 fil-mija, u dan ifisser li l-kumpanija tkun qed titlef. "Il-Gozo Channel trid tistudja eżatt x'inhuma l-ħtiġiet tal- konsumaturi tagħha u toħloq il-vjaġġi skont il-ħtieġa li jkun hemm." L-oftalmoloġista Għawdxi kompla jgħid li l-Gozo Channel għandha tindirizza setturi speċifiċi biex iżżid il-profitt. "Il-Gozo Channel għandha bajda tad-deheb f 'idejha u lanqas hi tirrealizza. Għax sempliċi sistema ta' pre booking, żgur li tgħin biex jitnaqqas il-ħela ta' ħin għall-passiġġieri u żżid il-qligħ tal-kumpanija," temm jgħid Franco Mercieca. Franco Mercieca Il-kunflitt ta' interess fuq Reporter DIN il-ġimgħa Reporter se jkun qed jiddiskuti l-kunċett ta' kunflitt ta' interess. X'inhu kunflitt ta' interess u meta wieħed għandu jiddikjara kunflitt ta' interess? U kunflitt ta' interess hu etika jew xi ħaġa oħra? Il-ġurnalist jibqa' ġurnalist meta l-istorja tinnota fatti oħra li jistgħu jimbarazzaw jew inaqqsu mil-linja editorjali tal-media li jkun jaħdem magħha hu? Dan u aktar ma' Saviour Balzan f 'Reporter, għada t-Tnejn, fl-10.05pm fuq TVM b'ripetizzjoni t-Tlieta fis- 1.30pm u l-Erbgħa fis-7pm, it-tnejn li huma fuq TVM2. Segwu l-aħħar aġġornamenti fuq Twitter u Facebook. Jipproponi sistema li tivvantaġġja lil min jaqsam bejn il-gżejjer spiss