Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
Qorti 9 Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum Wirja ta' xogħlijiet artistiċi minn 43 fotografi li żaru l-Marsa Power Station f'Marzu 2015, ftit ġimgħat wara li dan l-istazzjon storiku ntefa għall-aħħar darba. www.enemalta.com.mt www.mipp-malta.com T: 8007 2224 Bil-kollaborazzjoni ta' IL-MARSA POWER STATION MIL-LENTI TAL-FOTOGRAFU Fil-Kamra tad-Deputati, il-Parlament ta' Malta, il-Belt Valletta. 16 – 27 ta' Mejju 2016 Mit-Tnejn sas-Sibt: 09:00 – 17:00 Il-Ħadd: 09:00 – 12:00 ID-DAWL TAL-ISTAZZJON Il-Franċiżi reġgħu daħlu l-Imdina, din id-darba mingħajr ħwejjeġ ŻEWĠ Franċiżi li tressqu l-Qorti b'arrest nhar il- Ġimgħa, wara li nstabu jiġru għarwenin f 'Misraħ San Pawl fl-Imdina, kienu qegħdin jiġu kkastigati talli lagħbu ħażin. Matthei Chalvidal ta' 22 sena u Thomas Pierre Saveur Del Vecchio ta' 20 sena ġew imressqa quddiem il-maġistrat Natasha Galea Sciberras mill-Ispettur Neville Mercieca, li spjega kif fil- jum ta' qabel, għall-ħabta tal-4.00pm, pulizija li kien qiegħed għassa mad- dar tal-eks- Ambaxxatur Malti għall- Unjoni Ewropea Richard Cachia Caruana informa lill- għassa li kien hemm żewġt irġiel jiġru għera fit-toroq tal- belt antika. Dan bagħat għadd ta' ritratti li kien ħa bil-mobile, lill-ispettur. L-imputati ġew arrestati mill-pulizija fi triq Villegaignon. L-umiljazzjoni taż-żewġ żgħażagħ kienet kompluta hekk kif ir-ritratti ġew ippreżentati fl-awla, fost it- tbissim ta' dawk preżenti. L-imputati jiffurmaw parti mit-tim Franċiż Essec, li jinsab Malta lest għal logħba kontra tim Malti, fl-International Clubs Tournament. L-ispettur spjega li ż-żewġ imputati kienu ġew imġiegħla jiġru għarwenin bħala forma ta' kastig, minħabba l-prestazzjonijiet ħżiena tagħhom f 'logħbiet preċedenti. L-avukat tad-difiża Victor Bugeja informa lill-Maġistrat li ż-żewġ imputati xtaqu jammettu, filwaqt li fakkar lill-Qorti li ż-żewġ plejers kienu kkoperaw bis- sħiħ mal-Pulizija u għalhekk, il-Qorti tista' tikkunsidra tnaqqis fil- piena. Il-Qorti, wara li sabet lill-imputati ħatja, illiberathom bil-kundizzjoni li ma jagħmlux reat ieħor fi żmien sitt xhur u ordnat liż-żewġ imputati jħallsu multa ta' €250 kull wieħed. Kundizzjoni ta' inkontinenza tibagħtu l-Qorti DIN il-ġimgħa, il-Qorti semgħet raġel Sudaniż li tressaq il-Qorti, mixli li wettaq att indiċienti fuq karozza tal-linja, jispjega li kien ibati minn inkontinenza u li kien qed imiss il-parti ġenitali tiegħu sabiex ma jagħmilx taħtu. Il-maġistrat Neville Camilleri sema' lill-ispettur Nikolai Sant jixli lil Bushra Comi, ta' 40 sena mis-Sudan b'offiżi kontra d-diċenza u morali pubbliċi wara li l-Pulizija rċevew rapport mingħand passiġġiera mara. L-inċident seħħ fuq il- karozza tal-linja numru 120, nhar il-Ħamis li għadda fl- inħawi ta' San Ġiljan. Filwaqt li l-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, l-avukatessa Leontine Calleja ċaħdet kategorikament li dan kien imġiba sesswali. Hi spjegat li Comi, li daħal fl-awla jzappap, kien sofra paraliżi parzjali wara li kien involut fi sparatura f 'art twelidu u kien ukoll ibati minn inkontinenza. Id-difiża saħqet li l-imputat kien qiegħed jipprova jżomm milli jagħmel taħtu waqt il-vjaġġ pjuttost twil fuq it- trasport pubbliku. Il-prosekuzzjoni kkonfermat li x'aktarx kien minnu li l-imputat ibati mill-problema medika msemmija, iżda minħabba li l-imputat kien diġà ammetta l-akkużi għal darba, darbtejn fil-Qorti, il-Maġistrat ma kellux triq oħra għajr li jsibu ħati. Comi ġie mmultat €50 u lliberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena.