Illum previous editions

ILLUM 22 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum 11 Chris Said fejn irrid nasal' Elezzjoni Deputat Mexxej PL nkun qiegħed qrib biex nifhem aħjar x'inhuma dawk l-inġustizzji li diversi nies qed jgħidu li sofrew." Dwar dan ukoll, il-Ministru għall-Ġustizzja semma kif jekk ikun hu elett għall- kariga ta' deputat mexxej, parti mill-pjan tiegħu hu li ssir riforma fis-sistema tal-customer care tal- Partit Laburista. "B'din ir-riforma," jgħid Bonnici, "l-inġustizzji li n-nies qed jgħidu li sofrew, se naraw li jiġu indirizzati." Lill-Ministru, din il-gazzetta ssemmilu l-fatt li huma diversi l-Laburisti li jħossu li tul is-snin, saru xi azzjonijiet li bihom, ħassew li nqabżu jew ma ħadux dak li ħaqqhom. Għal dan, il-Ministru Bonnici jwieġeb li huwa minnu li hemm element ta' nies li qed isostnu li saret inġustizzja magħhom u din l-inġustizzja ma ssewwietx, "però hemm ukoll l-element ta' nies li qed iħarsu favorevolment lejn il-PL għall-ewwel darba. Jien niltaqa' kontinwament ma' nies li jgħidulna li fl-aħħar elezzjoni jew ma kinux ivvutaw, jew inkella ivvutaw lill- PN, u issa qed jaraw li l-Partit Laburista huwa l-għażla tagħhom għall-quddiem. Jiġifieri l-istampa, mhix sewda biss." Minkejja dan, jirrikonoxxi li hemm persuni li sofrew tali inġustizzji, u għalhekk, "huwa obbligu tal-PL li b'customer care service aħjar, ikunu jistgħu jilqgħu għal dawn ix-xewqat tan- nies." Fuq il-ħajja personali tiegħi, ma jistgħu jgħiduli xejn Din il-gazzetta tirrimarka li spiss, minbarra li ssir kritika fuqu bħala Ministru, tintefa' attenzjoni mhux neċessarja fuq ir-relazzjoni tiegħu fil- ħajja privata mal-ġurnalista tal-Partit Laburista. Dwar dan, Owen Bonnici jgħid li dan huwa każ ieħor tad- 'double standards'. "Jiena niftakar lill- eks-Ministru Nazzjonalista, li għadu fil-Parlament illum, li kellu l-mara tiegħu ġurnalista man-Net, u kienet issaqsi domandi, u kienet tattendi għall-konferenzi tal-aħbarijiet li kienet tagħmel l-Oppożizzjoni Laburista dak iż-żmien." Finalment, ikompli jinsisti li din il-kritika ssir minħabba li, "Janice hija tajba ħafna, u hi ġurnalista li ma tibżax issaqsi d-domandi diffiċli u tqiegħed lil Simon Busuttil f 'sitwazzjonijiet imbarazzanti, bid-domandi li ssaqsi." Bonnici żied jgħid, li "ladarba jitilfu l-argument, il-Partit Nazzjonalista jagħżel li jattakka personali, u mhux se jkollha l-effett li tintimida lil Janice." Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill-Ministru jekk jemminx li kienet tkun sitwazzjoni iktar komda għalih bħala ministru, jekk is-sieħba tiegħu kienet twarrab mill-kariga sakemm, hu jkun Ministru, sabix tevita ċerta kritika mhux neċessarja. Għal dan, Bonnici jgħid li kieku sar hekk, kien ikun inġust għaliex minħabba fija, tarmi barra mit-tieqa l-karriera tagħha." Dwar l-attakki li spiss ikunu fil-mira tagħhom hu u s-sieħba tiegħu, il-Ministru qal li, "meta qrajt fuq bloggs ta' simpatizzanti ta' Simon Busuttil, biex lili u lil Janice idendluna rasna 'l isfel bħalma kienu għamlu lil Mussolini wara l-gwerra, huma inaċċettabbli, u ġenwinament nappella li l-politika ħalluha bħala dibattitu fuq l-ideat, u mhux fuq attakki personali ta' dan it-tip," waqt li sostna li huwa jemmen li attakki ta' dan it-tip ikunu qed jagħmlu iktar ħsara lill-PN stess qed jagħmlu dawn. "Minn banda, jiena ngħid ħallihom jagħtu kemm iridu, għaliex konvint li wara l-elezzjoni li jmiss, il-PN se jirrealizza xi żball kbir kien għamel li ma tax kas il-parir tar-rapport tat-telfa tal-PN stess, għaliex fih stess kien hemm li dawn it-tip ta' bloggs u messaġġi, huma ta' ħsara għall-PN. Imma għax Simon Busuttil huwa kap dgħajjef," ikompli jgħid Bonnici, "huwa ċeda għall-pressjoni tal-militanti u bloggers, bħal Andrew Borg Cardona, li żgur ma jagħmlux ġieħ lill-PN. 'F'din it-tellieqa, jiena l-'underdog'' "Naf li hija clichè li tgħidha, imma f 'din it-tellieqa, jiena l-'underdog'." Din kienet ir-risposta tal-Ministru għall-mistoqsija ta' din il-gazzetta dwar x'inhuma dawk il-kwalitajiet li jagħmluh ideali għall-kariga ta' deputat mexxej tal-Partit Laburista, u għalhekk, ikun l-għażla tad-delegati li jridu jivvutaw f 'Ġunju li ġej. Owen Bonnici kompla biex jgħid li jinsab konxju li jrid jagħti l-massimu tiegħu sabiex ikun jista' jikkonvinċi f 'din l-elezzjoni, u ma jiddejjaqx ikun l-underdog, għaliex dejjem hekk kien f 'ħajtu. "Irrid inpatti għal dan il-fatt li jiena l-underdog b'iktar xogħol, impenn u sagrfiċċju, u jien lest li nagħmel dan biex inkomplu nwasslu l-messaġġ għad-delegati. Jiena naf fejn irrid nasal. Għandi pjan bi proposti ċari, bi prijoritajiet li ħabbarthom, b'tema li se nkun qed nimxi magħha biex inkun qrib tagħhom, u nemmen li jiena nista' nservi lill-PL billi noffri qrubija mad- delegati, serjetà u stabbiltà. Bonnici tenna li se jkun qed jaħdem biex iwassal il-messaġġ lid-delegati tal-PL dwar fejn jixtieq li jasal il-Partit u x'se jagħmel biex il-PL jerġa' jirbaħ l-elezzjoni li jmiss. Finalment, meta din il-gazzetta talbet lill-Ministru Bonnici biex jispejega x'inhuma dawk l-affarijiet li jiddistingwu lilu mill-kandidati l-oħra f 'din l-elezzjoni, huwa rrifjuta li jagħmel dan, u qal li dan l-eżerċizzju jħallh f 'idejn id-delegati stess. "Li qed ngħid huwa li l-PL għandu bżonn deputat mexxej li jkun qrib tad-delegati, li joffri stabbiltà, li joffri ġustizzja soċjali, u li joffri sinerġija, bi pjan ċar u proposti konkreti, u nħalli f 'idejn id-delegati jekk jaqblux li dan li qed noffri jien huwiex dak li għand bżonn il-Partit Laburista, u jekk jaqblu li dan huwa dak li għandu bżonn il-PL, jaraw jekk inkunx jien li nimla l-kariga ta' deputat mexxej għall-affarijiet tal-Partit." Temm jgħid li żgur huwa li, "bħalma tajt kelma li se nkun qed inwettaq fuq livell ta' Gvern, hekk ukoll se nkun qed inwettaq anke bħala deputat mexxej." Jien niltaqa' kontinwament ma' nies li jgħidulna li fl- aħħar elezzjoni jew ma kinux ivvutaw, jew inkella vvutaw lill-PN, u issa qed jaraw li l-Partit Laburista huwa l-għażla tagħhom " " Owen Bonnici Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 2016