Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum SPORTSillum Meta Sevilla ttrijonfaw l-UEFA Europa League għat-tielet staġun konsekuttiv 27 ITTIELET UEFA Europa League konsekuttiva u l-ħames waħda f '10 snin. B'dan is-suċċess, Sevilla, saru l-ewwel tim li rebaħ tliet kompetizzjonijiet tal-UEFA konsekuttivi minn mindu l-Bayern Munich kien irnexxielhom jagħmlu dan bejn l-istaġun 1972/1973 u l-istaġun 1975/1976. L-ewwel żewġ trijonfi tagħhom waslu wara xulxin ukoll, fl- istaġun 2005/2006 meta għelbu lit-tim Ingliż ta' Middlesbrough, bl- iskor konvinċenti ta' 4-0, mentri sena wara, huma kienu għelbu lill- kompatrijotti Spanjoli ta'Espanyol wara l-għoti tal-penalties. Din ir- rebħa tfisser, li s-Super Cup Ewropea ħa tkun kontestata bejn żewġ timijiet Spanjoli għal darb'oħra. It-tim ta' Sevilla jidher li sab iż-żona komda tiegħu hekk kif minkejja li fil- kampjonat domestiku, mhux dejjem ikunu ta' sfida denja għat-timijiet il- kbar bħal Barcelona, Real Madrid u Atletico Madrid, iżda meta jiġu biex jilagħbu fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA, it-tim donnu jittrasforma ruħu. Qabel ma nagħtu ħarsa lejn il- mixja ta' Sevilla, ta' min jirrimarka li din kienet ir-raba' mill-aħħar ħames finali mitlufa għall-kowċ ta' Liverpool, Jurgen Klopp. Biex nibqgħu fit- tema tal-kowċis, min-naħa l-oħra, il-kowċ Spanjol ta' Seville, Unai Emery laħaq ir-rekord ta' Giovanni Trapattoni, hekk kif iż- żewġ kowċis rebħu din il-kompetizzjoni għal tliet darbiet. Madankollu, Emery, huwa l-ewwel kowċ li rnexxielu jagħmilha bl-istess tim. Matul l-avventura li wasslithom sal-finali ta' Basel, Kevin Gameiro, kien wieħed mill- protagonisti li ta' daqqa t'id importanti, hekk kif huwa skorja tmien gowls, fejn fost l-oħrajn, ta' spiss kienu deċisivi. Barra minnhekk, Vitolo u Coke, kienu żewġ pedini importanti wkoll. Nibdew b'Vitolo, li matul l-istaġun kien inkonsistenti iżda lejn l-aħħar beda ġej f 'tiegħu, fejn kien involut imqar f 'gowl jew f 'assist fl-aħħar tliet partiti tiegħu. Min-naħa l-oħra, Coke, huwa l-bandiera u s-simbolu gwerrier ta' dan il-klabb. Huwa captain ta' ftit kliem iżda ta' ħafna intelliġenza, anke dik letterarja għaliex huwa bniedem li jħobb jaqra ħafna. Il-kariżma tiegħu lagħbet irwol kbir akkumpanjata mal- eleganzja ta' Ever Banega, li kien qiegħed jilgħab l-aħħar partita tiegħu mal-klabb Spanjol hekk kif mis-sena d-dieħla ħa narawh bil-flokk tal-Inter. L-esperjenza u l-għatx kontinwu għal suċċess Ewropew ieħor żgur li lagħbu rwol importanti f 'dan it-trijonf ta' Sevilla. Il-klabb Spanjol beda l-avventura Ewropea tiegħu fil-UEFA Champions League iżda kien safa' eliminat fil-fażi tal-gruppi, meta spiċċaw fit-tielet post taħt Manchester City u Juventus. Wieħed ma jistax jgħid li Sevilla kellhom triq faċli, għaliex iltaqgħu ma' timijiet ta' stoffa bħal Athletic Bilbao u Shakhtar Donetsk, filwaqt li b'mod sorprendenti, l-unika telfa tagħhom waslet kontra t-tim modest Norveġiż ta' Molde, bl-iskor minimu ta' 1-0. Nirrimarkaw il-fatt li Sevilla se jkunu qed iżommu t-Tazza tal-UEFA Europa League, għaliex skont ir-regolamenti tal-UEFA, min jirbaħ din it-Tazza tliet darbiet konsekuttivi jew ħames darbiet bħala total, iżommha. Ironikament, Sevilla, jissodisfaw iż-żewġ kriterji u b'hekk huma ħa jsiru l-ewwel tim li ħa jżomm it-tazza oriġinali. Intant, f 'kummenti li għadda mmedjatament wara l-finali kontra Liverpool, il-kowċ ta' Sevilla, Unai Emery, qal li huma jħobbu din il- kompetizzjoni u jidher li l-UEFA Europa League tħobb lilhom ukoll. Huwa kompla li l-fatt li Liverpool kienu minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima, loġikament setgħu għelbuhom. Iżda, huwa tenna li t-'team talk' tiegħu fil-mistrieħ ħalliet effett immedjat, hekk kif huma rnexxielhom isibu x-xibka wara biss 16-il sekonda mill-ftuħ tat-tieni taqsima u minn hemmhekk 'il quddiem ħadu l-kontroll assolut tal-logħba. Huwa saħaq li s-suċċess reali tagħhom wasal mhux fil-finali ta' nhar l-Erbgħa 18 ta' Mejju, iżda fit-triq li wasslithom għal din il-finali, fejn fil- logħbiet kollha li kienu nvoluti fihom, urew biċ-ċar is-supremazija tagħhom. Huwa ddedika dan is- suċċess lill-eks-plejer ta' Sevilla, Antonio Puerta, li ħalla din id-dinja fit-28 ta' Awwissu tal-2007, kif ukoll lill-partitarji numerużi tat-tim Spanjol. Il-kowċ ta' Sevilla qal li qabel il-logħba, it-tim tiegħu kien determinat li jirbaħ u jiddedika s-suċċess lil dawn iż-żewġ komponenti, u fil- fatt jinsab kuntent immens, li t-tim Spanjol irnexxielu jagħmel dan. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Gianluca Lia. Plejers ta' Sevilla ji rħu bil-kbir wara li rebħu l-UEFA Europa League għall-ħames darba -istorja u għat-tielet darba konsekuttiva