Illum previous editions

ILLUM 22 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum Opinjoni 17 prijoritajiet, għoxrin proposta konkreta 9) Niistinka biex, minkejja l-isfidi kollha, il-Partit Laburista jkun f 'pożizzjoni finanzjarja li jaqdi sewwa l-missjoni tiegħu, b'rispett sħiħ għat-trasparenza mitluba mil-liġi tal-finanzjament tal-partiti politiċi li ddaħħlet wara 25 sena ta' tkaxkir ta' saqajn. 10) Nitlob kuntatt individwali ma' kull persuna li fl-aħħar snin kienet membru tal-Partit Laburista u għal xi raġuni jew oħra ma baqgħetx. L-involviment tal-kumitati u l-friegħi se jkun kruċjali. Se jkun l-impenn tiegħi li nikkonvinċi li l-moviment li fuqu huwa mibni dan il-Gvern ta' suċċess kien, għadu u jibqa' d-dar naturali tagħhom. Ix-xogħol immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat irid ikompli jieħu spinta 'l quddiem, b'enerġija bla preċedent, bla ma nħallu lil ħadd u xejn itappan ħidmietu. Sinerġija Naqbel mal-parir tal-Prim Ministru li Deputat Mexxej għandu jibda joffri iktar sinerġija bejn il-Gvern u l-Partit Laburista. Wara tliet snin esperjenza fit-tmexxija tal-pajjiż, tgħallimna li hemm bżonn rabta li tgħaqqad iż-żewġt irwieħ tagħna. M'għandna qatt nagħmlu l-iżball li nġibu l-Gvern u l-Partit bħala l-istess ħaġa. Imma rridu nirrealiżaw li x-xenarju nbidel. Il-Partit Laburista m'għadux moviment li jrid jasal fil- Gvern, imma huwa issa moviment li jrid jibqa jkun l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin. Waqt li naħdmu fil-Gvern, irridu nieħdu ħsieb il-Partit Laburista. Din hija struttura modernista li tifhem li l-politika nbidlet u li taħseb għall- futur biex nibqgħu relevanti. Għalhekk, jekk ningħata l-fiduċja bħala Deputat Mexxej, nikkometti ruħi li: 11) Inservi ta' pont biex bħala Ministru u Deputat Mexxej nara li jkun hemm allinjament bejn il- Gvern u l-Partit Laburista fit-twettiq tal-proposti fil-manifest elettorali. 12) Nirriforma s-sistema hands- on ta' customer care b'mod li min iressaq ilment, jintlaqa' b'sensittività u jingħata tweġiba, anke jekk inizzjali, sa massimu ta' 15-il ġurnata wara, minn uffiċjali li jkunu mħarrġa professjonalment. 13) Ιnvara attività innovativa li fiha, minn żmien għal żmien, il-Ministri u d-deputati tal-Gvern jingħaqdu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn jilqgħu lill-membri tal-pubbliku, fiżikament u bil-kuntatt telefoniku jew elettroniku, biex jisimgħu u jaġixxu fuq l-ideat u l-kummenti tagħhom. 14) Nuża l-esperjenza li ksibt bħala Ministru għall-Gvern Lokali sabiex nagħti l-għajnuna meħtieġa lill-kunsilliera tal-Partit Laburista bil-għan li jħossuhom iktar parti minn tim wieħed. Nikkordina wkoll magħhom l-użu ta' one stop shop li se jitwaqqaf fuq livell nazzjonali biex jassigura li l-operat tal-kunsilli jilħaq l-iskop f 'kull belt u raħal. 15) Insaħħaħ, kif sar fuq livell nazzjonali, l-element artistiku u kulturali tal-Partit Laburista billi jingħata aktar spazju għax- xogħolijiet fost oħrajn tal-Banda u tal-SKS, u tkun organiżata iktar il-librerija fiċ-Ċentru Nazzjonali bil-għan li tkun ikkonsolidata l-memorja kollettiva tal-Partit Laburista. Bħalma deputat Parlamentari jwassal l-aspirazzjonijiet tal- kostitwenti tiegħu, Deputat Mexxej ta' Partit għandu jressaq l-aspirazzjonijiet tal-votanti Laburisti. Jien irrid li l-Partit Laburista jkun il-vuċi tas-sewwa fil-Gvern. Ġustizzja Soċjali Il-poplu fdana għaliex aħna differenti u nħaddu viżjoni soċjal- demokratika. Nemmen li l-Partit Laburista jrid ikun sod aktar minn qatt qabel fit-tħaddim tal-valur tal- ġustizzja soċjali. Jiena naf x'iġifieri għax dan il-valur għextu. Ġej minn familja li dejjem għexet b'paga waħda. Dejjem tlajt kull tarġa skaluna skaluna b'umiltà, onestà, ħafna xogħol u sagrifiċċju. Dak li għext tul is-snin, issa rrid inkun f 'pożizzjoni li nwettqu għal ħaddieħor. Kull tifel u kull tifla f 'pajjiżna, huma min huma u ġejjin minn fejn ġejjin, irid ikollhom l-opportunità li jirnexxu. Inħoss dmir u responsabbiltà li nagħti kull ma nista' biex Malta ssir dejjem aktar l-art tal-opportunitajiet. Għalhekk, jekk ningħata l-fiduċja bħala Deputat Mexxej, nikkometti ruħi li: 16) Nikkummissjona studju dwar kif nistgħu naċċertaw iktar li l-ġid kbir li qed jinħoloq, jinżel 'l isfel fl-isferi kollha tas-soċjetà, partikolarment favur iż-żgħir. Dan għax nemmen li jekk min qiegħed fis-saff ta' taħt nett fis-socjetà, jitla' 'l fuq, se jgawdi wkoll min hu fuqu. Se nitlob ukoll lid-dipartiment imsaħħaħ tal-policy making fil- Partit Laburista biex jipparteċipa bir-riċerka tiegħu. 17) Nifrex is-servizzi edukattivi li qed joffri l-Partit Laburista b'mod eċċellenti fin-Naxxar u Raħal Ġdid bil-għan li jintlaħqu iktar tfal u studenti. L-edukazzjoni hija l-aqwa arma kontra l-faqar u hemm bżonn inżidu r-riżorsi biex jingħata aktar aċċess għat-tagħlim mhux biss tas- suġġetti obbligatorji imma anke tal- mużika, l-arti u oqsma oħra extra- kurrikulari. 18) Inlaqqa' kull xahrejn lill-unions u l-għaqdiet ta' min iħaddem, kif ukoll rappreżentanti oħra taż-żewġ forzi soċjali, f 'pjattaforma oħra għalihom biex jitkellmu mal-Partit fil-Gvern li jrid jibqa' l-moviment tax-xogħol u joħloq aktar karrieri għan-nisa u l-irġiel f 'pajjiżna. 19) Nibda stħarriġ professjonali biex jiġu identifikati każijiet ta' prekarjat, u flimkien mal-ilmenti li jidħlu għand il-Partit Laburista, nara li jkunu segwiti mill-awtoritajiet f 'din il-ġlieda bla preċedent kontra x-xogħol prekarju. 20) Noffri l-faċilità li ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista jintuża minn għaqdiet li jaħdmu fil-qasam tal- anzjani u persuni b'diżabbiltà u nappoġja inizjattivi tal-Forum Żgħażagħ Laburisti u Nisa Laburisti li jħeġġu lill-Gvern jilleġiżla favur aktar drittijiet ċivili biex Malta tibqa soċjetà li tagħti dinjità lil kulħadd. Bl-istess mod niftħu l-bibien tagħna għal għaqdiet ambjentali li jixtiequ jixprunaw dibattiti u ideat għall- avvanz ta' dan is-settur. It-titjib tal-kundizzjonijiet tal- ħaddiema għandu jibqa' quddiem għajnejna l-ħin kollu. Hija din il- qalb soċjali li rrid nara tħabbat f 'kull ħin u f 'kull mument. Qed inħares 'il quddiem b'entużjażmu u enerġija bla preċedent għal din il-missjoni politika. Nirringrazzja lil Ġuża Cassar u l-MEP Miriam Dalli talli nnominawni għal din il-kariga u lil ħafna oħrajn li ħeġġewni nressaq ismi. Fil-ġimgħat li ġejjin, u x-xhur ta' wara, jiena se nkun qrib tiegħek. Se nkun it-tweġiba għall-bżonn li noħolqu iktar sinerġija bejn il-Gvern u l-Partit, u bejn il-Partit Laburista u l-familji Maltin u Għawdxin. Fil-pass li jmiss tal-ġenerazzjoni rebbieħa, se nkomplu nirnexxu. "It-titjib tal- kundizzjonijiet tal- ħaddiema għandu jibqa' quddiem għajnejna l-ħin kollu"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 2016