Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
tan-Nazzjonalisti ħorox biss. Dwar ħafna mill-proposti fir-rapport li ħareġ il-PN stess, hemm ċans li Busuttil ikollu appoġġ ħafna aktar wiesgħa, fost setturi ta' nies li qatt ma kienu jew m'għadhomx simpatizzanti mal-PN. Naturalment, bħal f 'ħafna oqsma oħrajn Busuttil jibqa' xi ftit jew wisq imtaqqal mill-passat riċenti tal- aħħar Gvern Nazzjonalista. Il-Partit Laburista mhu se jitlef l-ebda opportunità biex ifakkar jew jikxef stanzi ta' nuqqas ta' governanza tajba fl-aħħar snin tal-Gvern ta' Gonzi. Dwar dawn il-każi, Busuttil ftit għandu kontroll u ftit jista' jirreaġixxi, anke jekk jaf li huma dawn il-każi li jistgħu jniżżluh 'l isfel u jtellfuh Kastilja. Għalhekk jeħtieġ li jippompja iktar enerġija fil-proposti tal-PN, li magħhom diffiċli ma taqbilx. Jekk ma jagħmilx dan u se jibqa' mwaħħal fil-vena preżenti, Busuttil se jkun qed jipperikola dak li bena, bil-Partit Laburista joħroġ b'xi 'bomba atomika' ftit qabel l-elezzjoni meta jkun tard wisq biex treġġa' lura l-ħsara. Militanti wisq? Jekk il-proposti tal-PN fil-governanza huma tajbin, mhux l-istess jista' jingħad għall-mod kif l-istess partit qed iwassal il-messaġġ tiegħu. Kif konna rrapportajna f 'analiżi ppublikata fuq l-ILLUM nhar il-Ħadd 17 ta' April, minn kap ġwejjed u li jidher dgħajjef, Busuttil inbidel f 'kap assertiv, xi kultant ixaqleb lejn il-punt tal- agressività. Din l-attitudni qed tinżel tajjeb mal-għeruq tal-Partit Nazzjonalista, li jridu jaraw kap li se jirrombla kemm jista' fuq il-Gvern preżenti u speċjalment fuq Muscat. Il-periklu ta' Busuttil huwa li ħafna drabi, bl-użu tat-tonalità u l-idjoma li qed juża, qed jappella biss għal-hardcore tal-PN, u jinsa li hu jeħtieġ l-eluf kbar ta' voti li mhumiex Nazzjonalisti biex ikun jista' jirbaħ elezzjoni. Il-PN, xi minn daqqiet qed juża lingwaġġ li jqarreb lejn il-paranoia, donnu xi ħadd irid jirrombla fuq il-PN, dejjem qisu xi ħadd irid issawwat jew jagħlaq ħalq il-PN. Tant kien imħeġġeġ dan it-tip ta' diskors u dan il-ħsieb, li bdiet tinħoloq bużżieqa li fiha qagħdu komdi, eluf ta' votanti Nazzjonalisti, u li kull min kien hemm fiha beda jħoss u jemmen li pajjiżna wasal fuq il-preċipizju finali u fatali. B'konsegwenza kellek it-teatrin assurd quddiem il- Qorti li kien maħluq minn nies li jaħsbu li Malta waslet fix-xifer u li kien jappella biss għal nies li jaħsbu li Malta waslet fix-xifer. Jidher li f 'dan kollu l-PN qed jidher dejjem aktar militanti u dejjem iktar magħmul biss għal dawk li lesti jxejru l-maktur tal- partit biss. L-esklussività mhux se tgħin lil Busuttil, u tista' tirriduċi lill-partit għal wieħed primarjament u qabel kollox, wieħed kontra dak kollu Laburist. In-Nazzjonalisti qalbhom qawwija Wieħed jifhem iżda li partit jeħtieġ li jkollu l-għeruq tiegħu riinvigorati u għalhekk, għalkemm bħalissa Busuttil ma tantx qed jappella għall-votanti msejħin 'middle of the road' jew inkella dawk li mhumiex marbutin ma' karru politiku, xorta jibqa' ċertifikat pożittiv għal Busuttil li qajjem mill-ġdid il-ħeġġa fost in-Nazzjonalisti. Busuttil irrealizza li jekk, mill-inqas mhux se jkollu l-eluf ta' Nazzjonalisti lesti għal battalja elettorali fl- 2018, mela allura d-destin politiku tiegħu jkun issiġġillat. Għalhekk l-attakk kontinwu fuq il-Gvern u l-ħolqien ta' bużżieqa fejn eluf jibdew jemmnu anke jekk mhux minnu, li wasalna f 'xifer l-irdum, huma fatturi li jistgħu jidhru bħala neċessarji meta mpoġġijin f 'kuntest. Mingħajr il-ħolqien ta' dan is-sens ta' aġitazzjoni u urġenza, Busuttil jista' jkun li jibża' li ma jkunx hemm dikotomija wiesgħa biżżejjed li tagħmel id-differenza bejn iż-żewġ partiti waħda reali. Għalhekk, in-Nazzjonalisti li ħassew ħafna l-umiljazzjoni fit-telfa elettorali tal-2013, ma jkollhomx għalfejn jaħdmu għall-partit. Fin-nofs mhux post tajjeb Jekk xejn iżda dawn it-tliet snin servew biex juru lil Busuttil li t-triq tan-nofs fi kwistjonijiet importanti u ta' natura delikata, mhix waħda apprezzata. Il-vot ta' astensjoni fuq il-Liġi tal- Unjoni Ċivili kien żball kbir li għalih, il-PN ġustament qala' ħafna kritika. Busuttil u l-PN baqgħu xi mkien fin-nofs fejn jirrigwarda l-kmamar tal-Armier, u mal- ILLUM Busuttil ma xtaqx jirrispondi mistoqsijiet diretti dwar x'jagħmel hu kieku kien Prim Ministru. Min-naħa l-oħra, il-PN ma ħax pożizzjoni dwar il- kaċċa fir-rebbiegħa lanqas, anke jekk mhux xi sigriet li l-maġġoranza assoluta tal- bażi ta' votanti li jivvotawlu kienu kontriha. Busuttil ħa pożizzjoni favur din il-prattika. Naturalment huwa tajjeb li ħa pożizzjoni minflok poġġa fin-nofs, anke jekk din kienet pożizzjoni li nfurjat ħafna Nazzjonalisti. Tajjeb imma... Hemm bosta punti li wieħed jista' jiftaħ dwarhom f 'dak li jitratta dawn l-ewwel tliet snin ta' Busuttil u ħafna minnhom, din il-gazzetta trattathom f 'ħarġiet imgħoddija. Busuttil għamel żbalji u żelqiet kellu wkoll, iżda mingħajr il-kuntest taż- żmien li fih qed imexxi l-PN, ma jistax jitqies bħala kap ħażin. Anzi, minkejja kollox Busuttil irnexxielu jgħolli l-PN mit-trab f 'temp ta' tliet snin. Meta iżda titfa' lil Busuttil fil-kuntest taż-żmien, jiġifieri li qed imexxi lill-istess partit wara li l-PN għamel 25 sena fil-Gvern u fi klima fejn eluf kbar huma bierda lejn il-prospett ta' Gvern Nazzjonalista mill-ġdid, id-dehra tleqq, tibda tittappan. U dan, meta lanqas biss bdejna nikkunsidraw is-saħħa ta' Muscat u l-appell li għandu fost il-Maltin u l-Għawdxin. Simon Busuttil jista' jkun il-kap it-tajjeb, fi żmien verament ħażin. Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum impressjona jew iddiżappunta? Simon Busuttil mexxa l-PN 'il quddiem fl-aħħar tliet snin imma l-passat riċenti tal-PN għadu qed iżommu lura