Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum barrani fl-istorja ta' Juventus Sports 35 Club DOC Vero Amore. Qabel ħalla Malta, Trezeguet, stqarr kemm kien affaxxinat bis-sbuħija ta' pajjiżna. Huwa żar il-Forti Sant'Anġlu fil- Birgu matul il-ġurnata tal-Ħamis 14 ta' Mejju, fejn baqa' impressjonat partikolarment bis-sbuħija tal-Port il-Kbir, iżda wkoll bl-istorja kbira li għandha Malta minkejja ċ-ċokon tagħha. David Trezeguet esprima x-xewqa li jirritorna mal-familja tiegħu fil-futur qrib. Il-President tal-Juventus Club DOC Vero Amore, Joseph Fenech iddeskriva lil David Trezeguet bħala mudell mhux biss fil-karriera professjonali tiegħu, iżda ukoll fil-ħajja tiegħu barra l-grawnd tal-futbol. Il-Maltin u l-Għawdxin setgħu jaraw persuna umli u disponibbli, u l-aktar importanti, persuna li tifhem u tapprezza r-rispett kbir li jiġi espress lejh minn mijiet ta' nies kull fejn imur. Is-Sur Fenech irringrazzja wkoll pubblikament lil Luciano Moggi li kien strumentali biex din iż- żjara sseħħ u tirnexxi b'suċċess. Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore xtaq jirringrazzja lil kull min attenda għall-attivitajiet organizzati tal-koperazzjoni u l-edukazzjoni li ġiet murija. Dan jawgura tajjeb sabiex tiġġedded il-ħidma li diġà qed issir u jiżdiedu dawn it-tip ta' żjarat fil-futur qrib. Meta u fejn twelidt? Twelidt f 'Rouen, fi Franza, fil- 15 t'Ottubru tal-1977. Għext hemmhekk sakemm kelli sentejn, qabel morna lejn l-Arġentina, preċiżament fi Buenos Aires, fejn għexu l-ġenituri tiegħi. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Bħal kull tifel ieħor, bdejt nixxuttja l-ballun minn meta kont tifel żgħir u bdejt nilgħab mat-tim li kien viċin tar-raħal tiegħi biex imbagħad spiċċajt fl-Ewropa, f 'kontinent li tani ħafna bħala plejer. 171 gowl ma' Juventus. L-aqwa skorer barrani fl-istorja ta' dan it-tim. Irrakkontalna l-esperjenza tiegħek ġewwa Turin. Kienet esperjenza tal-ġenn. Iffirmajt fis-sena 2000 meta kont għadni żgħir u tlaqt fl-2010, bħala plejer matur li għex ħafna esperjenzi. Ma' Juventus kelli l-fortuna li nilgħab ma' plejers kbar u taħt il-gwida ta' kowċis importanti. Barra minn hekk, kelli x-xorti li nikteb l-istorja ta' Juventus bħala plejer mhux mill-Italja. Din kienet opportunità tal-ġenn li fiha kelli mumenti sbieħ u koroh, bħal meta rbaħt ħafna kampjonati u anke meta lgħabt fil-Kampjonat tas-Serie B. It-tim ta' Juventus jagħmel parti essenzjali minn ħajti u bħalissa qiegħed naħdem magħhom permezz ta' 'Juventus Legends', bi proġetti importanti madwar id-dinja, fejn fost l-oħrajn qiegħed naħdem ma' eksplejers bħal Ravanelli, Cannavaro, Zambrotta u Ferrara. Fost il-ħafna gowls li skurjajt, liema hu l-iżjed memorabbli għalik personali? Mingħajr dubju, il-gowls tiegħi kontra Real Madrid kienu memorabbli għaliex li tiskorja gowls importanti kontra tim bħal dan, jibqa' dejjem jokkupa post speċjali f 'qalbek. Barra minn hekk, il-gowl tiegħi kontra l-Udinese fl-2002 kien wieħed memorabbli u importanti wkoll għalija. Franza. Ktibt kapitlu importanti hemmhekk. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek meta tħares lejn l-esperjenza mat-tim nazzjonali Franċiż? Kienet esperjenza sabiħa ferm fejn konna l-ewwel tim li rnexxielu jirbaħ Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej wara xulxin. Barra minn hekk, lgħabt ma' ħafna plejers ta' klassi għolja li kienu jiffurmaw parti mill-ġenerazzjoni tad-deheb ta' dak iż-żmien. Liema tara l-aħjar bejn it-timijiet ta' Juventus li lgħabt magħhom int u dak tal-istaġun li għadu kif intemm? Iż-żminijiet jinbidlu. Madankollu, ta' din is-sena, it-tim huwa fenomenali għall-mod ta' kif rebaħ il-kampjonat. Intant, nixtieq li l-kampjonat Taljan jerġa' jqum fuq saqajh għaliex għall- mument żgur li qiegħed pass wara kampjonati oħra maġġuri fl-Ewropa. Il-messaġġ tiegħek lejn it-tfal żgħar u s-sapporters ta' Juventus. Lit-tfal ngħidilhom sabiex jibqgħu jipprattikaw din il-logħba tal-futbol, għaliex wara kollox l-isport huwa mezz ta' eżercizzju fiżiku u anke jgħinek biex tifforma l-karattru personali tiegħek. Il-lat uman huwa fundamentali ħafna. Lis-sapporters ta' Juventus, speċjalment dawk Maltin, ngħidilhom grazzi tal- merħba eċċezzjonali li tawni. Nixtieq li l-kampjonat Malti jikber għaliex l-passjoni lejn il-futbol hija kbira mmens. Twieled f 'Rouen, fi Franza, fil-15 ta' Ottubru tal-1977 Għamel isem għalih mat-tim ta' Monaco, fejn skorja iżjed minn 50 gowl, f 'anqas minn 100 partita Ma' Juventus għex l-aqwa staġuni tiegħu, fejn huwa l-aqwa skorer barrani fl-istorja Juventina b'171 gowl Wara Juventus, dar mad-dinja fejn lagħab fi Spanja, fl-Arġentina u anke fl-Indja Kiteb kapitlu importanti mat-tim nazzjonali Franċiż, fejn skorja l-gowl tar-rebħa fil-finali tal-UEFA Euro 2000 kontra l-Italja Għadu jifforma parti mid-dinja ta' Juventus, permezz ta' Juventus Legends David Trezeguet Ritratt: Chris Mangion "Lis-sapporters ta' Juventus, speċjalment dawk Maltin, ngħidilhom grazzi tal- merħba eċċezzjonali li tawni''