Illum previous editions

ILLUM 22 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

minn Albert Gauci Cunningham MINGĦAJR flus ftit li xejn tista' tagħmel xorti, il-Malti jgħid li mingħajr flus la tgħannaq u lanqas tbus. F'pajjiż bħal Malta, li jista' jitqies bħala wieħed medjament affluwenti u f 'ambjent fejn it-titjib ekonomiku huwa wieħed mill-aktar qawwi, bħalissa huwa faċli ħafna li wieħed jinsa li mijiet, jekk mhux eluf ta' nies qed jitħabtu biex iwasslu l-paga tagħhom sal-aħħar tax-xahar. Mhux xi ħaġa aljena li tisma' lil xi ħadd jgħid li ma jafx kif se jasal sal-aħħar tax-xahar, u kif qed jipprova jġebbed kemm jista' l-paga biex ikun jista' jmantni familja sħiħa. Ir-rapport riċerkat tal- Caritas, ippubblikat din il-ġimgħa juri li minkejja inċentivi li Gvernijiet wieħed wara l-ieħor ħadu fil-forma ta' benefiċċji jew traħħis ta' kontijiet, xorta jibqa' mill-aktar diffiċli li wieħed ilaħħaq mal-ispejjeż neċessarji biex ikun jista jgħix (u jgħajjex) b'mod diċenti. L-ewwel fattur interessanti tar-rapport huwa l-ammont minimu li tliet tipi ta' familji jeħtieġu biex ikunu jistgħu jgħixu b'mod diċenti u jkollhom il-ħtiġijiet bażiċi li wieħed jeħtieġ fil-ġurnata tal-lum. Familja magħmula minn żewġ adulti u żewġt itfal teħtieġ €954 fix-xahar biex tkun tista' tkopri spejjeż bażiċi. Ġenitur waħdu b'żewġt itfal jeħtieġ €766, filwaqt li koppja anzjana ta' 'l fuq minn 65 sena, tkun teħtieġ €544 fix-xahar. Jekk wieħed iqabbel dawn l-ammonti mal-paga minima, isib li fil-każ ta' żewġ adulti b'żewġt itfal u fil-każ ta' ġenitur waħdu, fiż-żewġ każi bi dħul singolu ta' paga minima, dawn mhumiex biżżejjed biex iwasslu lill-membri ta' dawn il-familji sal- aħħar tax-xahar. Il-paga minima, hekk kif maħduma mid-Dipartiment għar- Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER) għal dawk li għandhom minn 18- il sena 'l fuq tlaħħaq il-€168 fil-ġimgħa, li tfisser €672 kull erba' ġimgħat. Dan ifisser li l-aktar li jintlaqat ħażin huwa ġenitur waħdu b'żewġt itfal. Fil-fatt, f 'każ li l-omm jew il-missier ikollu dħul ta' paga minima, dan ikun €94 minn taħt. Fil- każ ta' familja b'erba' persuni bi dħul singolu minimu, id-diskrepanza bejn id-dħul minimu u l-ispiża minima għal ħajja diċenti tiżdied għal €282. F'każ li ż-żewġ ġenituri f 'din il-familja jkollhom impjieg u t-tnejn għandhom dħul minimu, allura d-dħul totali jiżdied għal €1,344 kull erba' ġimgħat. F'dan il-każ, wara li jitħallsu l-ispejjeż bażiċi, il-familja jkun għad fadlilha €390 oħra fix-xahar. Il-kirja kummerċjali...pjaga reali Kif irrapurtat fuq il- gazzetta ILLUM ta' nhar il-Ħadd li għadda, il-kirjiet kummerċjali qed jogħlew sew bħalissa, minħabba domanda qawwija, speċjalment minn klijenti barranin li qed jiġu jaħdmu f 'pajjiżna, f 'oqsma bħall- gaming. Il-basket li reġgħet ifformulat il-Caritas, jirrigwarda l-ispiża minima iżda jieħu in kunsiderazzjoni biss kera ssusidjata mill- Awtorità tad-Djar. B'hekk fl-ammonti li għadna kif semmejna, il-kera hija 'artifiċjalment' baxxa u tlaħħaq biss is-€16.42 fix- xahar, jew €197 fis-sena. Il-Caritas, f 'dan l-istudju żżid tgħid li fil-fatt huma ħafna dawk li jgħixu fi proprjetà li hija mikrija mill- privat u li fuqha titħallas kera kummerċjali. F'dan il- każ, l-ispiża minima tinbidel b'mod drastiku. Ir-rapport juri kif b'kirja minima ta' €300 fix-xahar għal proprjetà kummerċjali, kull tip ta' familja jkollha toħroġ €53.50 oħra fix-xahar (meta tnaqqas l-ispiża ta' post issusidjat). Dan ifisser li l-ispiża minima kull xahar titla' għal €1,000 għal familja b'żewġ ulied, €819 għal familja b'ġenitur wieħed u €597 għal koppja anzjana. F'dan il-każ, id-diskrepanza bejn id-dħul minimu tiżdied sew, bil-persuni li jgħixu waħedhom ikunu l-iktar li jbatu. Ġenitur waħdu b'żewġt itfal fuq paga minima u li qed jikri post għax, biex nagħtu eżempju qed jistenna post tal-Gvern, ikollu joħroġ €147 lil hinn mid-dħul mill- paga minima. Ir-rapport SILC (Statistics of Income and Living Conditions) tal-2013 juri kif f 'pajjiżna, 23.2% ta' dawk li jgħixu f 'postijiet mikrija u 23.7% tan-nies li jgħixu f 'postijiet tal-Gvern jew fejn in-nies mhumiex sidien diretti, huma fqar. L-ispejjeż ikomplu jiżdiedu b'karozza Il-basket kif inhu, anke meta żidna l-ispiża ta' proprjetà b'kirja kummerċjali, xorta ma' jkoprix spejjeż oħrajn relatati ma' karozza privata. Fil- fatt, l-ammont jinħadem fuq il-bażi li l-persuni li jgħixu f 'din il-faxxa ta' spiża minima jużaw, b'mod esklussiv, it-trasport pubbliku. F'każ li persuna jkollha karozza, l-ispiża li tinkludi l-liċenzja, l-assigurazzjoni, manutenzjoni tal-karozza, fuel u t-test tal-VRT kull sentejn, titla' b'€82 fix-xahar. B'hekk, l-ispiża minima terġa' titla' għal darb'oħra għal kull tip ta' familja. Ġenitur waħdu b'paga minima li jikri post u li għandu karozza, jara l-ispiża minima tiegħu ta' kull xahar tiżdied għal €900 kull xahar. Dan huwa kważi €230 iktar mill-qligħ mill-paga minima nazzjonali. Żdiedet ix-xirja, naqas il- kont u bqajna fejn konna? Dan huwa t-tieni studju simili li għamlet il-Caritas, jiġifieri wieħed jista' faċilment iqabbel fejn għola u fejn raħas il-basket ta' spiża illum | Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 Aħbarijiet 6 Kif se nlaħħaq sal-aħħar tax-xahar? L-ILLUM tagħti ħarsa fid-dettall lejn l-istudju tal-Caritas ippubblikat din il-ġimgħa dwar ir- relazzjoni bejn il-faqar u l-ispiża minima biex tgħix diċenti Oġġett Xahar Sena Ikel €517 €6,210 Dawl u ilma €23 €276 Ħwejjeġ/żraben €65 €776 Stationery għall-iskola €21 €252 Oġġett Xahar Sena Ikel €464 €5,571 Dawl u ilma €23 €629 Ħwejjeġ/żraben €66 €794 Stationery għall-iskola €15 €184 Spiża minima għal familja b'żewġt itfal fl-2015 Spiża minima għal familja b'żewġt itfal fl-2012

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 2016