Illum previous editions

ILLUM 22 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

T mien snin ilu, b'deċiżjoni waħda biddilna l-politika tal-passat fi proġett għall-preżent u l-futur. Bil-ħatra ta' Joseph Muscat bħala Mexxej, il-Partit Laburista reġa' beda jemmen. U għax emmen u ħadem, rebaħ l-appoġġ tal-poplu bl-ikbar mandat mill-Independenza 'l hawn. Konvint li hekk kif ninsabu fi ftit iktar minn nofs il-legiżlatura, dan huwa mument kruċjali għall-pass li jmiss tal-ġenerazzjoni rebbieħa li bena madwaru l-Prim Ministru. Ma' kull min tkellimt, il-messaġġ kien ċar. L-aspirazzjoni hija li l-kariga ta' Deputat Mexxej tkun viċin u qrib il-ħin kollu tad-delegati u l-membri tal-Partit Laburista f 'sinerġija mal-ħidma tal-Gvern biex joffri stabbiltà u viżjoni soċjal- demokratika. Jiena lest li nservi bħala dan id- deputat Mexxej. Qrib tiegħek Nifhem ix-xewqa ġenwina tad-delegati u attivisti tal-Partit Laburista li jkunu iktar fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna. Bir-raġun. Il- kuntatt kontinwu se jkun it-timbru tat-tmexxija tiegħi bħala deputat Mexxej. Qed nassumi responsabbiltà biex il-Partit Laburista jiftaħ ħin u spazju ġdid, b'mod strutturat u regolari biex id-delegati, membri u attivisti jipparteċipaw fis-suċċess li qed jikseb il-Gvern b'riżq pajjiżna. Għalhekk, jekk ningħata l-fiduċja bħala Deputat Mexxej, nikkometti ruħi li: 1) Niltaqa' mal-kumitati lokali u fergħat kollha fil-bliet u rħula madwar Malta u Għawdex fl- ewwel 100 jum tiegħi fil-kariga, sabiex minnufih nibdew inwettqu l-involviment aktar wiesa' tagħhom fil-ħidma tal-Partit Laburista. 2) Nattendi personalment, skont pjan studjat, mal-kumitati lokali u fergħat biex nagħti s-sehem tiegħi fil-ħidma on the ground u b'hekk nibgħat sinjal ċar li l-Partit Laburista huwa aċċessibbli għall-bżonnijiet tan-nies li jirrappreżenta. 3) Inressaq l-emendi neċessarji biex, tliet darbiet f 'sena, rappreżentanti tal-kumitati u fergħat jattendu għal-laqgħat tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista fejn iressqu direttament l-aspirazzjonijiet tagħhom. 4) Naħdem sabiex jinħatar uffiċjal fil-Partit Laburista speċifikament responsabbli minn Għawdex bil- għan li, fil-ħidma ta' kuljum, dejjem ikun hemm il-vuċi Għawdxija. Se jkun xogħli li flimkien ma' dan l-uffiċjal, inżuru lill-Għawdxin xahar wara l-ieħor biex nisimgħuhom u nressaq l-ideat tagħhom fl-ogħla livelli. 5) Inħejji kalendarju ta' attivitajiet, fuq livell nazzjonali u lokali, biex il- Partit Laburista jkun aktar preżenti fil-komunitajiet, iżur aktar familji u negozji, u jfakkar l-iktar anniversarji importanti tiegħu. F'dan ix-xogħol jintużaw ukoll riżorsi umani ġodda li jistgħu jiġu identifikati mill-kumitati lokali u l-fergħat. Irrid inkun l-ixprun għas- sezzjonijiet tal-Partit Laburista biex ikomplu jkunu l-għeruq tas-suċċess li qed iwettaq il-Gvern għal pajjiżna. Stabbiltà Il-kariga ta' Deputat Mexxej għandha tagħti lill-Partit Laburista stabbiltà u dinjità. Huma żewġ ingredjenti li ma nistgħux ngħaddu mingħajrhom fiż-żmien li ġej. L-avversarji politiċi tagħna jinsabu f 'paniku quddiem is-suċċessi tal- Gvern. La ma jistgħux jilagħbu, se jibqgħu jippruvaw iħassru billi jattakkaw personalment. Aħna rridu nwieġbu b'serħan il- moħħ u trankwillità biex niffukaw għal kollox fuq il-ħidma, il-kisbiet u l-pjan tagħna. Għalhekk, jekk ningħata l-fiduċja bħala Deputat Mexxej, nikkometti ruħi li: 6) Nisħaq fuq imġiba korretta minna kollha biex il-Partit Laburista juri li huwa l-eżempju ta' kontabbiltà wara li mill-Gvern diġà neħħa l-preskrizzjoni fuq reati ta' korruzzjoni minn politiċi u beda joffri protezzjoni liċ-ċittadini biex jikxfu l-ħażin tal-politiċi u nies fl- amministrazzjoni tal-pajjiż. 7) Nara li l-Partit Laburista jiġi ġġudikat mhux fuq kontroversji iżda bħala l-katalist tal-aqwa ideat li għandu għat-tmexxija ta' pajjiżna. Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista se jkun il-post ta' ħidma attiva permezz ta' tisħiħ fid-dipartiment tal-policy making flimkien mal-Fondazzjoni IDEAT biex jitfasslu l-proġetti politiċi għall-ġejjieni. 8) Insaħħaħ aktar il-mezzi tax- xandir tal-Partit Laburista billi, flimkien mad-dipartiment tal- komunikazzjoni, l-edituri, ġurnalisti u kontributuri, nirfinaw is-suċċess miksub fuq ir-radju, it-televiżjoni u issa l-portal, kif ukoll nespandu l-messaġġ kredibbli tagħna f 'teknoloġiji ġodda bħat-telefonija ċellulari. illum | Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 Opinjoni 16 Tema waħda, tliet prijoritajiet, OWEN BONNICI "Il-kuntatt kontinwu se jkun it-timbru tat- tmexxija tiegħi bħala deputat Mexxej" Għaliex għandek tirreklama fuq illum.com.mt? Ċempel fuq 21382741 jew ibgħat email fuq earrigo@mediatoday.com.mt REKLAM 1 REKLAM 2 R E K L A M 3 AĦBARIJIET It-tieni l-iktar sit bil-Malti li jarawh nies 300,000 viżitatur fix-xahar 93.5% tal-viżitaturi huma minn Malta 17K LIKES fuq Facebook f'sena Mara liebsa niqab tirraporta l-għassa li ġiet insulentata u l-pulizija tgħidilha: 'Ma tagħtihx tort hux' Tikteb ittra lil Marlene Farrugia u titlobha li toħroġ għal elezzjoni biex titkellem f 'isem il-verita Paceville: Tliet snin u nofs fuq l-ixkaffa 'Kemm ilu l-Labour fil-Gvern qatt u qatt ma kellna indħil' - Peppi Azzopardi Kont nixrob 8 fliexken vodka fil-ġimgħa…3 kaxxi Red bull...u niżen 298 kilo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 2016