Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum 21 Aħbarijiet Republic Street, Valletta next to the Courts Republic Street, Valletta L-FKNK tipproponi li titwaqqaf il-kaċċa fuq il-gamiem Birdlife Malta tgħid li l-FKNK ġiet fi kliemha IL-FEDERAZZJONI Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti qed jipproponu lill-Gvern sabiex iwaqqaf temporanjament il-kaċċa fuq il-gamiem fir-rebbiegħa. Dan tħabbar mill-għaqda wara biża' li l-Kummissjoni Ewropea tista' tiftaħ kawża kontra pajjiżna quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li ttellef iċ-ċans lil Malta li tkun tista' tapplika għad- derogi li jippermettu lil kaċċaturi Maltin jipprattikaw il-passatemp tagħhom. L-għaqda qalet li din id-deċiżjoni kellha tittieħed għaliex kienet l-aħjar għażla fost tnejn ħżiena. L-FKNK u Kaċċaturi San Ubertu (KSU) pproponew dan il-moratorju fuq il- gamiem, li tfisser waqfien mill-kaċċa temporanjament, wara li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet l-ewwel twissija min-naħa tagħha. Dan wara li rapport tal-Unjoni għall- Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) qal kif il-popolazzjoni tal-gamiem fl- Ewropa kienet qed tara tnaqqis. L-IUCN saħqet li dan it-tnaqqis jista' jkun minħabba diversi fatturi, fosthom Fil-konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-FKNK ilbieraħ, inxteħet dubju dwar dawn ir-rapporti u d-deċiżjoni tal-istess Unjoni li titfa' l-gamiema fuq il-lista ta' theddida bħala tajra li hi vulnerabbli u li qed tara tnaqqis fil-popolazzjoni tagħha. Min-naħa tagħha, l-għaqda ambjentali Birdlife Malta laqgħet din il-proposta tal- kaċċaturi, iżda qalet li deċiżjoni bħal din, messa ilha li ttieħdet, u mhux għax l-għaqda tal-kaċċaturi qaltilhom hekk. "Il-Gvern messu qagħad fuq il-fatti xjentifiċi li ma jmerihom ħadd." Birdlife Malta kompliet tinsisti li dan ifisser li filwaqt li qabel kien qed jingħad li mhux vera li l-gamiema tinsab fil-periklu, "issa l-FKNK qed taċċetta li dan l-għasfur jinsab fi stat vulnerabbli. "Wieħed irid jistaqsi wkoll x'wassal verament lill-FKNK biex tieħu din id-deċiżjoni. Aktar u aktar minħabba li l-Federazzjoni stess indikat li l-Kummissjoni Ewropea diġà bagħtet l-ewwel twissija lill- Gvern Malti u implikat li dan jista' jkun l-ewwel pass biex Malta terġa' tittieħed quddiem il-Qorti Ewropea biex din id-darba l-kaċċa fir-rebbiegħa titwaqqaf darba għal dejjem," temmet tgħid il-Birdlife. Il-PN iħeġġeġ lill-Gvern biex jattwa l-liġi li tikkumbatti l-obeżità FIL-JUM li matulu kien qed jitfakkar il-Jum Ewropew għall-Obeżità, il- Partit Nazzjonalista fakkar kif aktar kmieni din is- sena, il-Parlament approva liġi mfassla u mressqa mill- Oppożizzjoni, permezz tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar. "Il-Liġi dwar il-Promozzjoni ta' Stili ta' Ħajja Sana u Kura ta' Mard li ma Jitteħidx, hija eżempju ċar ta' kemm il-Partit Nazzjonalista kapaċi jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies," qal l-istess partit fi stqarrija maħruġa lbieraħ. Biex wieħed jindirizza din l-isfida, hemm bżonn approċċ li jinvolvi s-soċjetà kollha sostna l-PN, jiġifieri minn qabel it-twelid tal-persuna sal-perjodu tal-anzjanità. L-akbar investiment għandu jkun fuq l-eżerċizzju fiżiku fil-livelli kollha tal-qasam edukattiv ta' pajjiżna, miżuri anke mill-Kunsilli Lokali, kif ukoll azzjonijiet immirati għal ikel xieraq u eżerċizzju fid-djar tal-anzjani u ċentri ta' matul il-jum. Wieħed mill-punti tal-liġi mressqa mill-Oppożizzjoni jitratta wkoll l-istil ta' ħajja sana fl-iskejjel, inkluż l-ikel li jiġi kkunsmat kif ukoll l-eżerċizzju. Filwaqt li l-PN insista mal-Gvern biex din il-liġi tiġi attwata, qal li se jkompli jaħdem biex jassigura li l-isfida tal-obeżità tingħeleb b'politiki b'saħħithom u l-aqwa instrumenti għall- poplu Malti u Għawdxi.