Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 | illum Sports 33 Juventus għall-ħames darba in la wara rimonta inkredibbli ERBA' kampjonati konsekuttivi, trijonf fil-Coppa Italia u finali mitlufa fil-UEFA Champions League kontra l-aljeni ta' Barcelona. Huwa diġà diffiċli li tim jimmotiva ruħu wara li jkun ġej minn erba' snin ta' trijonfi, fejn il-qofol ġie milqugħ fl-aħħar staġun. Huwa iżjed diffiċli li timmaġina l-istess tim, jittrijonfa f 'pajjiżu u jagħmel prestazzjonijiet importanti fl-Ewropa meta jitilqu tliet plejers fundamentali bħalma kienu Carlos Tevez, Arturo Vidal u Andrea Pirlo. Meta fis-sajf, timijiet bħal Roma u Napoli bdew jarmaw l-iskwadra fejn fost l-oħrajn waslu Edin Dzeko fil-kapitali filwaqt li ma' Napoli ġie maħtur kowċ Maurizio Sarri, l-esperti Taljani kienu diġà qatgħu lil Juventus barra mit-tellieqa għar-rebħ tal-Kampjonat, minkejja li wara kollox it-tim minn Turin kien ġab plejers ta' kalibru, bħalma huma Sami Khedira, Mario Mandzukic u ż-żagħżugħ Arġentin, Paulo Dybala. Il-bidu pjuttost deludenti ta' Juventus fil-kampjonat, kien beda jagħti raġun lil dawn l-esperti, u forsi anke ssorprendewhom għaliex wara 10 partiti, Juventus kienu ġabru biss 11-il punt u fit-28 ta' Ottubru, fl-okkażjoni tar-rebħa ta' Sassuolo kontra Juventus, dawn tal-aħħar kienu 'uffiċjalment' maqtugħin mill-ġlieda għar-rebħ tal- Kampjonat skont l-esperti, ġurnalisti u gazzetti Taljani, u xi ftit anke dawk madwar l-Ewropa. Però, il-kampjonat ta' Juventus beda fil-31 ta' Ottubru, fit-93 minuta tad-'Derby della Mole' kontra Torino, meta Juan Cuadrado tefa' l-ballun fix-xibka, jew jekk tippreferu, daħal bil-ballun b'kollox fix-xibka, sabiex ta tliet punti importantissimi lil Juventus. Minn hemmhekk, nistgħu ngħidu li bdiet ir-rimonta ta' Juventus għaliex rebħu 25 mis-27 partiti li segwew, fosthom il-konfront dirett kontra Napoli, meta Simone Zaza rregala t-tliet punti b'mod drammatiku sabiex tefa' lill-bianconeri fil-quċċata tal-kampjonat. F'kampjonat mirbuħ wara rimonta kbira, ma nistgħux ninsew żewġ ismijiet li żgur kellhom sehem importanti f 'dan it-trijonf. Nibdew bil-goalkeeper numru wieħed tad-dinja, Gianluigi Buffon. Il-famuża intervista tiegħu wara t-telfa kontra Sassuolo, hija s-simbolu li hu bniedem li qatt ma jrid jitlef u li jaf xi tfisser il-ħaġa li tilgħab għal tim bħal Juventus. Kważi kważi kienu dehru qishom kliem ta' rassenzjazzjoni, iżda awtomatikament u forsi anke inspjegabbilment, illum ingħad lill- kumplament ta' sħabu u minn hemm, bdiet din ir-rimonta storika. Ma ninsewx ukoll kliem Patrice Evra, fejn wara partita li Juventus kienu marru ħażin fiha, b'mod aggressiv qal lil sħabu, "Aħna possibli ħa nħallu lil Fiorentina u Inter qabilna?'' Dan juri, li minkejja ma tantx kien ilu fil-klann Juventin, huwa fehem mal-ewwel x'jiġifieri tilgħab ma' Juventus. Tim ta' suċċess u segwit minn ħafna iżda wkoll mibgħud mill-maġġor parti tal-Italja. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nagħlqu bid-19-il gowl skurjati fis-Serie A minn Paulo Dybala, fejn laħaq ir- rekord tal-kompatrijott tiegħu, Carlos Tevez. Plejer li ħadd ma sfurzah jerfa' r-responsabbiltà tat-tim fuq spalltu, iżda huwa baxxa rasu u baqa' jaħdem sabiex sar plejer fundamentali fl-iskemi ta' Allegri u diġà huwa fost l-idoli tal-kurva Juventina. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu imur għal Gianluca Lia. Plejers u u ċjali ta' Juventus jiċċelebraw wara r-rebħ tal-34 Kampjonat u l-ħames wieħed konsekuttiv