Illum previous editions

ILLUM 22 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 10 'Għandi pjan u naf fejn Elezzjoni Deputat Mexxej PL I t-tellieqa għall-elezzjoni interna fil-Partit Laburista issa tinsab fl-aqwa tagħha, bit-tliet kandidati jniedu l-kampanja tagħhom, u dak li huma se jkunu qed jaħdmu għalih, ġaladarba jiġu eletti mid- delegati tal-istess partit. Matul din il-kampanja, il-kandidati ħarġu filmati, għamlu laqgħat u għamlu konferenzi tal-aħbarijiet fost l-oħrajn, u dan kollu bil-għan li bil- messaġġ tagħhom, jikkonvinċu kemm jista' jkun delegati sabiex jagħtuhom il-vot tagħhom fid-9 u l-10 ta' Ġunju li ġejjin. Il-gazzetta ILLUM, għaldaqstant iltaqgħet mal-Ministru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u kandidat għal din l-elezzjoni, Owen Bonnici wara li iktar kmieni dil- ġimgħa nieda uffiċjalment it-tema tal-kampanja tiegħu, u l-għoxrin proposta konkreta li se jkun qed jaħdem fuqhom jekk jiġi elett fil- kariga. Dwar jekk hux il-favorit tal-Prim Ministru li jirbaħ din l-elezzjoni, Owen Bonnici ma weġibx direttament, u sostna li Joseph Muscat għandu relazzjoni eċċellenti mat-tliet kandidati, u din l-elezzjoni hi "bħal raġel li jkollu tliet aħwa li ma jafx lil min se jagħżel minnhom." Il-Partit irid jilħaq lin-nies It-tema magħżula mill-Ministru Bonnici għal din l-elezzjoni, hija 'Qrib Tiegħek', bl-għajta li jekk ikun hu fil-kariga, jkun 'Deputat Mexxejn viċin u qrib il-familji u negozji Maltin u Għawdxin'. Allura, l-mistoqsija tiġi waħedha. Dan ifisser li preżentament, il-Partit Laburista ma jinsabx qrib ta' dawn in-nies? Għal dan, Bonnici jgħid li s-sentiment fost ħafna mid- delegati huwa l-bżonn li d-deputat mexxej il-ġdid ikun qrib tagħhom. "Id-delegati għandhom l-aspirazzjoni li d-deputat mexxej il-ġdid ikun qrib tagħhom, u dik hija t-tema u l-wegħda li qed nagħmel li mhux issa biss, imma fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin inkun qrib id-delegati u l-familji Maltin u Għawdxin." Waħda mill-prijoritajiet li jsemmi Bonnici fil-ħidma prospettiva tiegħu bħala deputat mexxej għall-affarijiet tal-Partit, jekk jiġi elett, kienet li jkun hemm iktar sinerġija bejn il-partit u bejn il-Gvern, "mhux li jsiru ħaġa waħda, għax dak mhux tajjeb, imma li jkun hemm iktar koperazzjoni bejn it-tnejn." Hawnhekk, Bonnici filwaqt li jipproponi li jkun hemm attività li fiha l-poplu jkun jista' jiltaqa' mad-deputati Laburisti fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, jemmen li l-Partit għandu jimxi maż-żminijiet, u d-deputati jkollhom ħin li fihom ikunu disponibbli online sabiex min ikun jixtieq jitkellem magħhom, ikun jista' jagħmel dan, "u b'hekk tiżdied din il-qrubija li qed nipproponu bejn il-Partit u l-poplu." Fil-fatt, meta mistoqsi dwar jekk jaħsibx li inizjattiva bħal din għandha tiġi iktar mill-Gvern ċentrali milli mill-Partit, Owen Bonnici sostna li "bħalma l-Gvern għandu x-xogħol tiegħu li jrid iwettaq, hekk ukoll il-PL irid jagħmel l-'outreach' tiegħu, u naħseb li huwa żball li niżolaw l-'outreach' li jrid isir, billi ngħidu dak ix-xogħol irid jagħmlu l-Gvern, u l-ieħor irid jagħmlu l-Partit." Noħolqu politiki li joħolqu x-xogħol L-ILLUM staqsiet lill-Ministru jekk jaħsibx li għad hawn sezzjoni ta' Laburisti li għadhom jemmnu fl-irwol tal-Gvern bħala wieħed iktar ċentrali, bħal per eżempju li wieħed imur għand il-ministru biex isib xogħol. Huwa semma li l-Partit għandu jkun aċċessibbli u miftuħ biex jisma' x'jixtieq il-poplu, "u abbażi ta' dawn ix-xewqat, il-PL issa qiegħed f 'pożizzjoni, minħabba li huwa fil-Gvern, li jaqbad dawk ix-xewqat u joħloq policies li jilqgħu għall- aspirazzjonijiet li għandhom in-nies." Il-ħidma hija kbira, imma l-enerġija hija ikbar Li toħroġ għal elezzjoni interna għal waħda mill-ogħla karigi fil-partit, mhijiex xi ħaġa faċli, wisq iktar meta tikkunsidra li Bonnici huwa ministru, ta' wieħed mid-dekasteri li huma impenjattivi. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM staqsiet lill- Ministru x'kienet ir-raġuni, jew dak li tah spinta biex jagħmel dan il-pass, u eventwalment jikkandida ruħu għal din l-elezzjoni. Għal dan, Bonnici qal li, "tmien snin ilu ħadna d-deċiżjoni li nagħmlu lil Joseph Muscat biex ikun il-mexxej tal-PL, u biddel il-politika tal-passat fi proġett għall-futur, u issa qegħdin fil-pass li jmiss ta' din il-'ġenerazzjoni rebbieħa'." Qal ukoll kif hu kien parteċipi f 'din il-ġenerazzjoni, u "tajt ħafna lill-Gvern biex jimxi 'l quddiem, u issa qiegħed f 'pożizzjoni li dak li tgħallimt, inkun nista' nestendih ukoll għall-Partit Laburista." Dwar il-fatt li huwa Ministru ta' dekasteru estensiv, u xorta waħda ddeċieda li jidħol għal din it-tellieqa, Bonnici qal li, "il-ħidma hija kbira, imma l-enerġija hija ikbar." Semma kif hu għandu l-vantaġġ li huwa poltiku fuq bażi full-time. Bonnici sostna li l-enerġija tiegħu hija ferm ikbar mill-ħidma kbira li hemm u, "qed nagħti l-kelma tiegħi li bħalma wettaqt fil-qasam tal- Gvern, se nkun qed inwettaq fuq livell ta' partit." Għaldaqstant, din il-gazzetta staqsiet jekk allura, għandniex naraw it-'track record' tal-Ministru bħala mera ta' dak li wieħed għandu jistenna minn Bonnici bħala deputat mexxej, ġaladarba jkun elett f 'tali kariga. Għal dan, il-Ministru saħaq li f 'dawn it-tliet snin li hu ilu Ministru, affaċċja sfidi kbar bħalma hija l-kwistjoni taċ-ċittadinanza b'investiment, li, "minkejja t-tfixkil ta' Simon Busuttil, għandna għandna l-unika programm li huwa 'endorsed' mill- Kummissjoni Ewropea. Dik ma ġietx b'kumbinazzjoni." Il-Ministru Bonnici kompla jgħid li dawn ir-riżultati ġew b'ħidma kbira, u assigura lid-delegati li bl-istess mod li ħadem u wera xi jsarraf f 'tali sfidi, se jkun qed jagħmel l-istess fil-Partit. "Jiena dawn l-isfidi għelibthom, u naħseb li d-delegati jista' jkollhom moħħhom mistrieħ li bħalma ħdimt f 'dik l-isfida u sfidi oħrajn, se nkun qed naħdem fuq sfidi li hemm bżonn biex il-Partit ikompli jikber u jissaħħaħ u jkun l-għażla naturali tal-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi," kompla jgħid Bonnici. Jien issekondajt lil Konrad Mizzi Elezzjoni simili għall-istess kariga fi ħdan il-PL, seħħet ftit tax-xhur ilu fejn għaliha kien hemm kandidat wieħed biss jikkontesta l-elezzjoni. Din il-gazzetta, għaldaqstant staqsiet xi nbidel minn ftit tax-xhur ilu 'l hawn, fid-deċiżjoni tiegħu, għaliex l-opportunità li joħroġ għall-elezzjoni kienet hemm anke dakinhar. Għal dan, Owen Bonnici sostna li, "meta Toni Abela ma baqax fil-kariga, kien hemm sentiment li Konrad Mizzi kien l-aħjar persuna li tokkupa din il-kariga. Tant kemm emmint hekk, li jien issekondajt lil Dr Mizzi biex isir deputat mexxejn tal-Partit." Kompla jispjega kif, "wara dak li ġara, fejn il- Ministru Mizzi refa' r-responsabbiltà, u wara dak li ġara, jiena dehrli li nista' nservi lill-Partit bħala deputat mexxej, u allura ressaqt ismi." X'se jkun qed isir għal-Laburist imweġġa'? Għajta li ilha tissemma għal dawn l-aħħar xhur minn diversi oqsma hi li fi ħdan il-PL, hemm bosta persuni li qed jilmentaw li sofrew xi inġustizzja u din baqgħet ma ġietx indirizzata minn dan il-Gvern, anke jekk dan ilu tliet snin. Dwar dan, il-Ministru jinsisti li 'inġustizzja' hi kerha, ġejja minn fejn tkun ġejja. Jispjega kif bħala 'track record' tiegħu, "mal-ewwel xhur li ngħatajt il-kariga, dak iż- żmien bħala segretarju parlamentari, rajt li min kellu kawża quddiem it-tribunal tal-inġustizzji, u rebaħha u kien għadu ma tħallasx, dawn tħallsu kollha." Waqt li qal li konna ilna nisimgħu bihom ħafna dawn il-każi, "f 'temp ta' ftit xhur, jiena solvejt il- kawżi kollha tal-inġustizzji ta' dawk li rebħu u baqgħu ma tħallsux, għajr għal xi waħdiet li riedu jistennew li tinqata' l-kawża li għandhom għaddejja fil-Qorti." Semma wkoll kif bl-istess mod, "se Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Janice hija tajba ħafna, u hi ġurnalista li ma tibżax issaqsi d-domandi diffiċli u tqiegħed lil Simon Busuttil f 'sitwazzjonijiet imbarazzanti " " Se nkun qed naħdem fuq sfidi li hemm bżonn biex il-Partit ikompli jikber u jissaħħaħ u jkun l-għażla naturali tal-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 2016