Illum previous editions

ILLUM 22 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 24 Kummerċjali Emirates iżżid l-ispazju fuq ir-rotta ta' Malta bl-ajruplan Boeing 777 Emirates se ttejjeb l-esperjenza tal-passiġġieri abbord u se żżid il-kapaċità li ġġorr aktar passiġġieri fuq is-servizz tagħha lejn Malta bl-introduzzjoni ta' ajruplan ikbar tat-tip Boeing 777-300. Emirates se tibda topera b'dan il-Boeing 777 minn nhar l-Erbgħa, l-ewwel ta' Ġunju 2016. L-ajruplan Boeing 777- 300 se jieħu post l-ajruplan tat-tip Airbus A340-300 li qed jintuża bħalissa fuq din ir-rotta, u se joffri lill-klijenti saħansitra iktar kumdità abbord u iktar għażla ta' divertiment. L-ajruplan il-ġdid joffri 12-il lie flat seat fl-Ewwel Klassi, u 42 post fil-Klassi tan-Negozju. Minħabba li hu ajruplan ikbar, jesa' 310 post spazjuż fil-Klassi Ekonomija. Vjaġġaturi minn Malta lejn Dubaj se jkunu jistgħu jieħdu pjaċir bis-sistema ta' divertiment ice, rebbieħa ta' ħafna unuri fl-industrija, li toffri iktar minn 2,500 stazzjon ta' divertiment minn films riċenti, xows televiżivi, mużika, sa logħob diġitali. Il-klijenti se jkomplu jgawdu mill-ospitalità rinomata tal-ekwipaġġ multi-nazzjonali tal-Emirates, inklużi Maltin, kif ukoll ikel gourmet ispirat minn platti tal-Mediterran flimkien ma' xarbiet kumplimentari. Il-klijenti tal-Ewwel Klassi u tal-Klassi tan-Negozju jibdew igawdu mis-servizz tal-Emirates minn qabel ma jsiefru permezz ta' trasport privat minn Malta u Għawdex lejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, kif ukoll meta jaslu f 'għadd ta' destinazzjonijiet tal-Emirates. Benefiċċji oħra jinkludu check-in u aċċess esklussiv għal-Lounges tal- Emirates f 'ajruporti ewlenin, inkluż l-Emirates Terminal 3 f 'Dubaj. L-istess bħat-titjiriet kollha tal-Emirates, il- passiġġieri jibbenefikaw ukoll minn allowance tal-bagalja ġeneruż ta' 30kg fil-Klassi Ekonomija, 40kg fil-Klassi tan-Negozju u 50 kg fl-Ewwel Klassi. In-negozjanti li jimpurtaw u jesportaw oġġetti se jibbenefikaw ukoll minn tagħbija ikbar fuq l-ajruplan Boeing 777, li joffri spazju għal 23 tunnellata fuq kull titjira. Emirates bħalissa topera titjiriet kuljum lejn Malta. Mill-bażi tagħha f 'Dubaj, il- passiġġieri jistgħu jivvjaġġaw lejn destinazzjonijiet fil-Lvant Nofsani, l-Lvant Mbiegħed, l-Afrika, l-Amerka, l-Asja t'Isfel, l-Oċean Indjan u l-Awstralja/New Zealand. It-titjira EK 749 titlaq minn Dubaj nhar ta' Ħadd, it-Tlieta, il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt u tasal malta wara waqfa qasira f ' Tunes fit-Tuneżija. Minn Dubaj, l-Emirates għandha wkoll titjiriet lejn Malta via Larnaka, f 'Ċipru, bl-użu wkoll tal-ajruplan ġdid Boeing 777-300ER. Il-Klassi Ekonomija fuq l-ajruplan tal- Emirates Boeing 777-300 Global Payments tniedi l-ewwel servizz ta' Contactless Payment Il-kaxxiera u klijenti madwar Malta u Għawdex issa għandhom iktar raġunijiet biex ipartu tbissima minflok flus kontanti hekk kif it-teknoloġija l-ġdida ta' Contactless Payment qed issir iktar popolari fl-2016. Dan hu possibbli hekk kif Global Payments irnexxielha tikseb l-akkreditazzjoni meħtieġa biex il-funzjoni ta' Contactless tkun tista' ssir kemm bil-Visa kif ukoll bil- MasterCard. Contactless Payment tippermetti lill-klijenti jħallsu fiċ-checkouts u counters tal- ħwienet billi sempliċiment imissu l-card tagħhom mar- reader. Dan mingħajr il-bżonn li jgħaddu l-card tagħhom u jdaħħlu l-PIN. Il-qofol ta' din is-sistema l-ġdida ta' kif wieħed jista' jħallas hi t-tekonoloġija Near Field Communication (NFC), li diġà tinsab f 'ħafna smartphones u issa qed tifrex l-applikazzjoni tagħha għall-cards il-ġodda ta' diversi banek. Kulma l-klijenti jridu jagħmlu hu li jmissu l-Contactless-enabled card jew mowbajl (bħal pereżempju smartphone, key fob, jew anki wristband) ma' Contactless-enabled reader. Iċ-ċippa u l-antenna fid-device tagħhom jittrasmettu b'mod sigur id-dettalji tal-pagament lir-reader tal-Point-Of-Sale (POS) tan-negozjant. "Il-flus kontanti taw wisa' lill-card, u l-istrixxa manjetika fuq il-card inbidlet maċ-ċippa. Issa ċ-ċippa qed tagħmel wisa' għall-antenna mibnija ġewwa l-card. Il-futur tal-pagamenti jinsab hawn illum, hekk kif iktar negozjanti jistgħu jnaqqsu l-kjuwijiet u l-klijenti qed jirrealizzaw li jkollhom esperjenza isbaħ meta jmorru jixtru," qal Stephen Teuma, Country Manager ta' Global Payments Malta. Barra minn Malta, dan il- fattur b'saħħtu ta' konvenjenza ġibed l-attenzjoni ta' bosta negozjanti u fornituri ta' servizzi, li vjarjaw minn supermarkets sa kafetteriji. Pereżempju fir-Renju Unit, it-trasport ta' Londra offra għażla lill-vjaġġaturi li jħallsu permezz ta' Contactless fuq il-London Bus Network "Għan-negozjanti, il-vantaġġ ewlieni fl-ipproċessar aktar malajr ta' pagamenti jfisser inqas xkiel u telf ta' ħin biex jinstabu l-flus kontanti jew jgħaddu l-cards," żied Stephen Teuma. Benefiċċji oħra għan-negozjanti jinkludu tnaqqis fl-ispejjeż relatati fl-immaniġjar tal-flus kontanti, żieda fin-numru ta' transazzjonijiet, u medja inqas fil-ħin relatat mal-ipproċessar tat-transazzjonijiet. Fl-istess waqt, il-cardholders mhumiex limitati għall-flus kontanti li jkunu qed iġorru magħhom dak il-ħin. Bħalissa, il-Contactless cards għandhom limitu li jvarja bejn €20 u €25 kuljum skont it-tip ta' card. Global Transfers issa fuq Mobile Banking app tal-HSBC Malta: bla ħlas HSBC Malta dan l-aħħar ħabbar l-introduzzjoni tal- faċilità Global Transfers fuq il-Mobile Banking app. Mil- lum, il-klijenti tal-kontijiet Premier u Advance tal- Bank jistgħu jittrasferixxu fondi bejn kontijiet internazzjonali tal-HSBC permezz tal-ismartphones u l- iPads waqt li jkunu barra mill-uffiċju, x'ħin iridu, minn fejn iridu. Il-faċilità Global Transfers taħdem fil-pront u sikura. Tippermetti lill-klijenti tal-Premier u Advance biex jittrasferixxu fondi kbar bejn kontijiet eliġibbli tal-HSBC. Sal-lum din il-faċilità kienet disponibbli biss mis-servizz bla ħlas tal-Personal Internet Banking tal-HSBC. L-HSBC Mobile app tnediet f 'Lulju 2014 u minn dakinhar, HSBC Malta nieda numru ta' titjib biex din issir iktar faċli li tużaha, waqt li introduċa faċilitajiet ġdida, bħalma hi l-Global View. Din kienet introdotta fl-2015, u tiġbor fiha s-servizzi kollha li jsiru fuq l-internet banking tal- HSBC. Fi żmien erba' xhur biss minn mindu l-bank nieda din is-soluzzjoni, l-app tniżżlet minn 15,000 klijent. Illum hi waħda mill-iktar apps ewlenin li jitniżżlu f 'Malta f 'din il- kategorija. Il-Kap tar-Retail Banking & Wealth Management tal-HSBC Malta, Daniel Robinson, qal, "Minn mindu tnediet, l-użu tal-app bankarja tal-HSBC permezz tal-mobajl, kiber b'mod drammatiku b'22 fil- mija ta' dawk l-individwi kollha li jidħlu fis-sistema bankarja bl-internet ikunu permezz tal- app bil-mobajl. Meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet, il-Bank kellu żieda ta' 73% fit-transazzjonijiet li saru permezz tal-app filwaqt li n-numru ta' pagamenti ta' kontijiet żdied bi 18 fil-mija. Qegħdin kontinwament intejbu s-sistemi bankarji onlajn tagħna biex nagħmluhom iktar konvenjenti għall-klijenti tagħna." L-app tal-HSBC Mobile Banking, li hi bla ħlas, tippermetti lill-klijenti li jidhlu fil-kontijiet tagħhom mingħajr ma' jużaw is-security device key u jwettqu diversi transazzjonijiet bankarji 24/7 ikunu fejn ikunu. Din l-app tista' titniżżel mill-Apple Store u mill-Google. Dehra tal-faċilità l-ġdida Global Transfers fuq il-mobile banking app ta' HSBC Malta, li hi bla ħlas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 2016