Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
DIK ta' David Trezeguet, hija storja magħmula mill-gowls. B'kollox 'il fuq minn 300 li għamlu lil dan il- plejer wieħed mill-aqwa attakkanti puri li qatt missew grawnd tal- futbol. Minkejja li Trezeguet kiteb waħda mill-iżjed stejjer sbieħ tan-nazzjonal Franċiż, u anke tal-futbol Franċiż waqt li kien mat-tim ta' Monaco, huwa beda l-karriera tiegħu ġewwa l-Arġentina mat-tim ta' Club Atletico Platense, hekk kif missieru li kien Arġentin, kien ħa lill- familja kollha lura lejn art twelidu wara li spiċċalu l-kuntratt mat-tim ta' Rouen. Minn hemmhekk, huwa mal-ewwel ġie nnuttat mit-tim tal-Prinċep, hekk kif huwa ngħaqad magħhom fl-istaġun 1995/1996. Ma' Monaco nistgħu ngħidu li beda jaħmi ismu għall- futur, hekk kif flimkien ma' Thierry Henry fl-attakk, huma kienu waħda mill-aqwa koppji fil-futbol Mondjali. Minkejja li ma kienx protagonist, huwa rebaħ it-titlu fit-tieni sena tiegħu biex fl-istaġun suċċessiv, ipparteċipa fil-UEFA Champions League, kompetizzjoni li għenet ħafna fir-reputazzjoni tiegħu. F'disa' partiti li lagħab, huwa skorja erba' gowls fosthom fit-tieni leg kontra Manchester United ġo Old Trafford, fejn bis-saħħa tiegħu, kienu għaddew għas-semifinali fejn eventwalment iltaqa' mal-iskwadra futura tiegħu, Juventus. Huwa ffirma mal- klabb minn Turin qabel l-istaġun 2000/2001, għal ċifra li kwazi tmiss it-€30 miljun. L-impatt kien wieħed immedjat, hekk kif fil-Kampjonat, niżżel ismu fost l-skorers għal 14-il darba f '25 partita, iżda madankollu ma rnexxielux jirbaħ is-Serie A. Ħaġa li rnexxielu jagħmilha fl- istaġun ta' wara, hekk kif bl-24 gowl li skorja, kien strumentali fir-rebħ tal-kampjonat fil-famuż Cinque Maggio tal-2002, meta filwaqt li l-Inter tilfu mal-Lazio, il-Juventus għelbu lil Udinese bl-iskor ta' 0-2 fil- Friuli. Fl-istaġun suċċessiv, huwa ma tantx seta' jgħin fl-attakk għaliex dam ħafna imweġġa', iżda madankollu xorta kien protagonist fil-UEFA Champions League, meta bil-gowls tiegħu, il-Juventus telgħu fil-finali kontra AC Milan fejn kienu tilfu bil- penalties, bi Trezguet ikollu l-penalti tiegħu milqugħ minn Dida. Fis-sajf tal-2004, kienet dehret mitmuma l-avventura tiegħu ma' Juvsntus iżda l-kowċ il-ġdid Fabio Capello, kien ikkonvinċieh sabiex jibqa' u għal darb'oħra, laħaq iċ- ċifra doppja hekk kif skorja 14-il gowl, fosthom għal darb'oħra gowl ieħor kontra Real Madrid fl-aħħar 16 tal-UEFA Champions League. Fl-istaġun 2005/2006, fl-ewwel partita tal-gruppi tal-UEFA Champions League, kontra l-Belġjani ta' Club Brugges, Trezeguet skorja l-100 gowl tiegħu mal-klabb fejn eventwalment hemmhekk żied 71 gowl ieħor biex sar l-iżjed plejer barrani li qatt skorja gowls mal- klabb Taljan fejn qabeż ikoni bħal Michel Platini, John Charles u John Hansen. Fl-istaġun ta' wara, Juventus kienu ġew relegati fis-Serie B minħabba l-iskandlu mlaqqam bħala Calciopoli, iżda minkejja dan il-fatt, il-Franċiż baqa' f 'Turin jirrapreżenta lil Juventus. Tant ried juri mħabba lejn il-klabb, li saħansitra kien kera parti żgħira mill-istand ġewwa l-grawnd sabiex il-familja tiegħu tkun tista' tattendi l-logħob kollha meta Juventus kienu jilagħbu f 'darhom. Fi 32 partita huwa kien skorja 15-il gowl. Iżda ma kinux il-gowls li għamluh protagonist. Kien il-ġest li għamel wara l-gowl tiegħu kontra Spezia fl-aħħar logħba tal- istaġun, fejn kien għamel ġest li kien jindika, "Skorjajt 15-il gowl u tridu tneħħuni!'' Kollox kien jindika li Trezeguet kien se jħalli lill-klabb Taljan, iżda għal darb'oħra huwa baqa' hemmhekk u ffirma sal-2011, prattikament sakemm spiċċat l-avventura Juventina. Fl-istaġun tar-ritorn fis-Serie A, Trezeguet kien skorja 20 gowl u kien ġie t-tieni fil-klassifika tal-aqwa skorer tal- kampjonat wara sieħbu, Alessandro Del Piero. Staġun wara ieħor, baqa' jkun protagonist anke jekk ġieli ma kienx ikun regolari, sakemm l-avventura tiegħu ntemmet fil-21 t'Awissu tal-2010 meta ngħaqad mal- klabb Spanjol ta' Hercules. Wara 320 logħba u 171 gowl, Trezeguet għalaq b'dan il-messaġġ: "Għaxar snin mas-soċjetà ta' Juventus. Kienet storja ta' mħabba kbira. Jien, David Trezeguet, ħa nibqa' għal dejjem sapporter tal- Juventus." Intant, David Trezeguet, kien f 'Malta bejn it-13 u l-15 ta' Mejju li għadda. Huwa kien akkumpanjat f 'pajjiżna minn membri tal-familja tiegħu kif ukoll mill-eksdiriġent ta' Juventus FC u President Onorarju tal-Juventus Club DOC Vero Amore, Luciano Moggi. Matul din iż-żjara, Trezeguet kellu l-opportunità li jiltaqa' ma' mijiet ta' supporters ta' Juventus FC, iżur xi postijiet b'rabta storika f 'Malta, kif ukoll iżur is-sede tal-Juventus illum | Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 Cristian Antony Muscat David Trezeguet - eksfutboler eċċezzjonali bi storja magħmula mill-gowls, b'kollox 'il fuq minn 300, li għamlu lil dan il-plejer, wieħed mill-aqwa attakkanti puri li qatt missew grawnd tal-futbol L-aqwa skorer barrani Sports 34 ''L-esperjenza tiegħi ma' Juventus kienet tal-ġenn u storja ta' mħabba kbira. Iffirmajt fl-2000 meta kont għadni żgħir u tlaqt fl-2010, bħala plejer matur li għex ħafna esperjenzi. Jien, David Trezeguet, ħa nibqa' għal dejjem sapporter tal- Juventus"