Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
€1.00 Nr 478 • 13 ta' Diċembru 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Further information please visit: www.christmasingozo.com or our facebook page Christmas in Gozo www.visitgozo.com CHRISTMAS PARADE SATURDAY 19TH DECEMBER 7.30pm VENUE: Republic Street VICTORIA A Christmas Parade will start from the lower part of Republic Street in Victoria at 7.30pm and will make its way up to Independence Square. The parade will be a Christmas celebration exhibiting popular characters such as Snowmen, Christmas bells, Scrooge, Father Christmas, and will include various cartoons characters. Spectators will enjoy a variety spectacle of beautiful costumes and festive dancing. CHRISTMAS IN GOZO MINISTRY FOR GOZO Ministeru mnaqqar • Mill-2013, il-Ministeru t'Għawdex tilef ir-responsabbiltajiet tal-enerġija, diżabbiltà, skart, saħħa, edukazzjoni u l-bini ta' 'link' permanenti minn Albert Gauci Cunningham Minkejja li huwa l- Ministru t'Għawdex, Anton Refalo m'għandu ebda poter jew kontroll, u lanqas jista' jwieġeb mistoqsijiet fuq l-Isptar Ġenerali t'Għawdex u l-impjegati li jaħdmu fi h, m'għandu ebda kontroll jew awtorità fuq il- proġett tal-mina li huwa propost li jgħaqqad lil Għawdex ma' Malta u m'għandu ebda kontroll fuq il-binja, l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni tal- iskejjel tal-istat. Re- falo m'għandux kontroll dirett fuq xogħolijiet li jsiru mill-Enemalta u l-Water Services Corpo- ration (WSC) fi t-toroq Għawdxin, u m'għandu ebda kontrol fuq faċilitajiet relatati mal- iskart f'Għawdex. Minkejja li huwa l- Ministru t'Għawdex, Refalo lanqas għandu kontrol fuq kwistjoni sempliċi bħal passaġġ tal-injam fuq ir-Ramla l-Ħamra, li huwa bżonnjuż għal dawk il-persuni b'nuqqas ta' aċċesibbiltà. U minkejja li f'diversi okkażjonijiet tkellem dwar l-impor- tanza ta' Fibre Optic cable bejn Malta u Għawdex, meta mistoqsi fi l-Parlament dwar fi ex wasal il-proċess biex isir it-tieni 'fi bre-optic cable' u kemm beħsiebha tkun l-ispiża tal-istess proġett, Refalo rrisponda biss hekk; "Nitlob lill-Onor. jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru konċernat." Dan minkejja li meta saret il-ħatra tal-istess Ministru fl -2013 kien intqal li dan il-Ministeru se jkollu esklużi biss l-edukazzjoni u l-qasam tas-saħħa mill-portafoll tiegħu u mhux dawk tal- infrastruttura (proġett tal-mina), enerġija (En- emalta u WSC), ambjent (trattament tal-iskart) u diżabbiltà. Ara paġna 3 minn Gabriel Schembri Fid-dawl ta' dak li żvelat l-ILLUM il-Ħadd li għadda is-Sindku tal- Marsa Francis Debono ppropona sistema "organizzata" ta' ġbir tal-immigranti, biex il-mod kif dawn jingħataw impjieg minn min jiġborhom mill-Marsa ikun inqas abbużiv. Mistoqsi minn din il-gazzetta dwar kemm hu legali dak li qed jipproponi, Debono saħaq li, "ma narax problema li jinġabru dirett miċ-Ċentru miftuħ tal-Marsa għal xogħol temporanju. L-immigranti xorta mhux se jkunu qed jaħdmu bi ktieb tax-xogħol, imma tal-anqas ikun hemm sistema li biha tkun taf kemm u ma' min qed jaħdmu." Il-proposta ta' Debono hija simili ħafna għal dik imħabbra fil- Baġit għall-2016 ta' 'Immigration Work Office'. Permezz ta' dan l-uffiċċju kull min jixtieq jimpjega immigrant ikun jista jagħmel dan sakemm jimxi mal-liġi u sakemm "ma jkunux żvantaġġati l-ħaddiema Maltin u Għawdxin." 'L-immigranti għandhom jinġabru minn post wieħed' - Francis Debono Aġent tal- proprjetà? Trid liċenzja Ira mas-semifinalisti għall-Eurovision Pjani għall-Moskea ġdida 'fil-friża' Aqra dwarha u l-finalisti kollha għall-Malta Eurovision f 'paġna 23 Ara paġna 5 Ara paġna 40 Tkompli f 'paġna 4 LILLUM jista jiżvela li fil-White Paper dwar l-Aġenti tal-Proprjetà li l-Gvern se jkun qed iressaq fil-bidu ta' Jannar 2016 hemm propost li jiddaħħal kodiċi ta' prattika li eventwalment iwassal biex kull persuna li taħdem bħala aġent tal-proprjetà tingħata liċenzja. L-istess White Paper se tipproponi li jkun hemm entità li tirregola l-professjoni u li jkun hemm edukazzjoni u taħriġ professjonali lil kull min jaħdem jew jixtieq jaħdem fis-settur. Is-sensara se jkunu esklużi minn dawn ir- regolamenti.