Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 39

Tkompli minn paġna 40 Jidher li xi tliet ġimgħat qabel ma seħħ id-delitt, Borg, li kien deskritt mix-xhieda bħala bniedem 'fitt fuq l-indafa' kien ha għalih meta Galea, li kien f 'sakra ma jarax art mess ċoker li Borg kien liebes u dan ħass li b'hekk kien waqqgħu għaż-żuffjett. dan l-episodju tant dejqu, dejjem skond id-difiża, li Borg baqa' jhewden fuqha sakemm taħt l-influenza tal-kokaina u l-alkoħol, ċempel lil Galea u rrispondiet it-tfajla tiegħu. Dakinhar tal-qtil, Galea kien irċieva mhux inqas minn sitt telefonati f 'l-ispazju t'10 minuti mingħand Borg u kien niżel il-każin sabiex jkellmu. It-tfajla ta' Galea, li kienet irrispondiet għat-telefonata ta Borg, tant kienet twaħħxet b'dak li semgħetu jgħidilha, li kienet qabdet lit-tarbija tagħha u ħarbet lejn id-dar ta' ħuha bil- mixi, liebsa l-piġama kif kienet, kompla jgħid Giglio. Skont diversi xhieda tal- prosekuzzjoni, Borg li dak il-ħin kien qiegħed jixrob ġewwa l-każin, ħareġ 'il barra u deher jargumenta ma xi ħadd fuq il-mowbajl. Ftit wara, dawn qalu li raw lil Galea ġej lejhom, ixejjer sikkina u jistieden lil Borg għall- ġlied. Skont ix-xhieda, Borg kien spara xi tiri fl-ajru, imbagħad rema' l-arma mal-art u telaq jiġri għal fuq Galea. Iżda ħin minnhom Borg, għal xi raġuni, tfixkel u waqa. Galea mbagħad qabeż fuqu u taħ diversi daqqiet ta' sikkina, li waħda minnhom niffditlu qalbu. Id-difiża iżda ġibdet l-attenzjoni tal-ġurati lejn il-fatt li xhieda kienu biddlu l-verzjoni oriġinali tagħhom, u li t-tfajla tal-vittma kienet diġà nstabet ħatja li ħbiet l-arma li kellu f 'idu Borg. Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, il-prosekuzzjoni mmexxija mill-avukati Lara Lanfranco u Kristina Debattista, kienu dawru l-argument tad-difiża għal fuq l-imputat billi argumentaw li seta' kien Borg li kien qiegħed jiddefendi ruħu meta ra lil Galea ġej jxejjer is-sikkina. Iżda nhar is-Sibt, Giglio talab lill-ġurati sabiex jidħlu fiż- żarbun ta' Galea. Mhux biss kien għadu kif irċieva telefonata ta' theddida mingħand xi ħadd lil min-numru tiegħu ma kienx jaf, iżda wkoll il-fama brutali ta' Borg. "Għaliex ma qabadx u ċempel lill-pulizija?" saqsa l-avukat. Giglio spjega kif fil-passat kien hemm min kien ittanta jagħmel rapport lill-pulizija rigward Borg, iżda wara li jieħdu azzjoni kontrih, dan kien jirritorna u jpattihielhom. Semma każ ta' mara minn Ħal Luqa, li f 'Awwissu tal-1991 kienet ġiet mhedda u msawta minn Borg. Ta' dan Borg kien ġie mmultat Lm 10. Tmint ijiem wara, l-istess mara qalgħet xebgħa oħra mingħand Borg, din id-darba ġewwa Tas-Sliema. Borg ġie ordnat iħallas multa oħra ta' Lm10 għal dan l-att. "Kważi xahar wara l-aħħar inċident, fl-10 ta' Settembru 1991, din il-mara li għażlet li tirrikorri għand il-pulizija, sfat maħtufa minn Twanny Borg il-Bona, mhedda bil-mewt u mġiegħla tagħmel atti li joffendu l-pudur tagħha." "Dażgur li seta jagħmel rapport lill-pulizija," kompla Giglio, "imma ġimgħa wara? Xahar wara? Kif ħa jpattihielek il-Bona?" Din kienet ir-raġuni għalfejn id-difiża kienet qiegħda tinsisti li tiġi esebita l-fedina penali tal-mejjet, spjega l-avukat. Galea m'għażilx li jagħmel bħal m'għamlet dik il-mara, u minflok jinħeba, mar jikkonfronta lil min kien qiegħed jheddu. Is-sikkina, l-arma tad-delitt, hu ħadha bħala prekawzjoni u mhux bil- pjan li joqtol lil Borg, qal Giglio, li pparagunaha m' mbrella li wieħed jieħu, mhux għax ikun irid li tagħmel ix-xita, iżda għal li jista' jkun jsib ruħu f 'dik is- sitwazzjoni. Biex jisħaq fuq dan il-punt, fakkar lill-ġurati li t-tfajla ta' Galea, li kienet irrispondiet għat-telefonata ta' Borg, tant kienet beżgħana minn dak li semgħetu jgħidilha li kienet qabdet lit-tarbija tagħha u ħarbet. Galea rċieva mhux inqas minn sitt telefonati fi ispazju t'10 minuti mingħand Borg. Tant kien hemm periklu ċar, saħaq l-avukat, li sid il-każin fejn Borg kien ilu jixrob diversi sigħat qabad u għalaq, "għax beża li kien se jinqatel xi ħadd." L-avukat kellu kliem iebes għax-xhieda tal-prosekuzzjoni, li skont hu, kienu tgħallmu verżjoni falza li baqgħu jirrepetu "b'mod pappagallesk," mill- istadju tal-kumpilazzjoni 'l quddiem. Giglio ikkumpara dawn il-verżjonijiet mal- istqarrijiet li dawn kienu rrilaxxaw lill-pulizija. "Verzjonijiet konvinċenti huma differenti minħabba l-fatt li kulħadd jipperċepixxi l-fatti b'mod differenti." 6 illum | Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Aħbarijiet Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Ninvestu fil-Kompetittività għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar Avviż parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew Għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Rata ta' kofinanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-Futur Tiegħek Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna AVVIŻ PRELIMINARI– It-III sejħa Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal- Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), tixtieq tħabbar li dalwaqt se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti minn Ministeri, Dipartimenti Governattivi, Awtoritajiet tal- Gvern Ċentrali u Kumpaniji tas-Settur Pubbliku taħt l-Assi Prijoritarji u l-Prijoritajiet ta' Investiment li ġejjin: Ass Prijoritarju 4 – 'Il-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju' Prijorità ta' Investiment (PI) 4c – Tiġi sostnuta l-effiċjenza enerġetika, il-ġestjoni intelliġenti tal-enerġija u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-infrastruttura pubblika, inkluż f'bini pubbliku u fis-settur tad-djar. Ass Prijoritarju 7 – 'Il-bidla lejn settur tat-trasport b'livell aktar baxx ta' emissjonijiet' Prijorità ta' Investiment (PI) 7c – Jiġu żviluppati u mtejba sistemi tat-trasport favur l-ambjent (inkluż b'livell ta' storbju baxx) u b'livell ta' karbonju baxx, inklużi passaġġi tal-ilma interni u trasport marittimu, portijiet, kollegamenti multimodali u infrastruttura tal-ajruporti, sabiex tiġi promossa l-mobilità reġjonali u lokali sostennibbli. Ass Prijoritarju 10 – 'L-investiment f'soċjetà aktar ekoloġika' Prijorità ta' Investiment (PI) 6i – Isir investiment fis-settur tal-iskart biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni u jiġu indirizzati l-bżonnijiet, identifikati mill-Istati Membri, għal investiment li jmur lil hinn minn dawk il-ħtiġijiet. Prijorità ta' Investiment (PI) 6ii – Isir investiment fis-settur tal-ilma biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni u jiġu indirizzati l-bżonnijiet, identifikati mill-Istati Membri, għal investiment li jmur lil hinn minn dawk il- ħtiġijiet. Ass Prijoritarju 11 – 'L-investiment f'infrastruttura TEN-T' Prijorità ta' Investiment (PI) 7i – Tiġi appoġġata Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta' investiment fit-TEN-T. Nota: Għall-iskop ta' din is-sejħa ser jiġu kkunsidrati biss proposti sottomessi mill- Amministrazzjoni Pubblika u li għandhom fil-mira tagħhom infrastruttura tat-trasport marittimu. It-tnedija tas-sejħa nnifisha, flimkien mad-dettalji tas-Sessjoni ta' Informazzjoni marbuta magħha, se jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin u se jkunu disponibbli wkoll fuq il-paġna elettronika tagħna: www.eufunds.gov.mt. Il-Formola tal-Applikazzjoni marbuta magħha u d-dokumentazzjoni rilevanti (inkluża l- lista ta' azzjonijiet eliġibbli) se jkunu disponibbli fuq l-istess link ladarba titnieda s-sejħa. Sadanittant, dokumenti ta' sfond u aktar informazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq www.eufunds.gov.mt jew minn fuq l-email tal-PPCD għal Sejħiet għall-Proposti: info.eufunds@gov.mt. Dan l-avviż għandu jitqies bħala avviż preliminari sabiex jagħti żmien addizzjonali lill-applikanti interessati jħejju għall-proġetti. TAĦRIĠ F'GĦAWDEX GĦALL- KOMUNITA' KUMMERĊJALI FUQ KIF GĦANDHOM ISIRU OFFERTI ELETTRONIĊI Il-Ministeru għal Għawdex b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal- Kuntratti ser jorganizza żewġ sessjonijiet ta' taħriġ f'Għawdex għal operaturi ekonomiċi fuq kif għandhom isiru offerti elettroniċi. Dan it-taħriġ ser jagħti opportunita' li min ser jattendi sabiex isir familjari mal-metodu ta' kif isiru u jiġu sottomessi offerti elettroniċi fuq is-sistema elettronika tal-Akkwisti Pubbliċi. Dan it-taħriġ ser ikun mingħajr ħlas u ser isir il-Ġimgħa 8 ta' Jannar 2016 u il-Ġimgħa 15 ta' Jannar 2016 mid-9:00 ta filgħodu sas-1:00 ta' wara nofsinhar. Dawk interessati għandhom japplikaw permezz tal-posta elettronika fuq procurement.mgoz@gov.mt jew bit-telefon fuq in-numru 22100266 bejn it-8:00 ta' filgħodu u s-2:00 ta' wara nofsinhar sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 28 ta' Diċembru 2015. Ministeru għal Għawdex 'Jitkompla l-ġuri fuq il-qtil ta' Anthony Borg, il-Bona

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015