Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 39

36 illum Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Sports Organizzata b'suċċess l-14-il edizzjoni Nhar it-Tnejn filgħaxija, lejliet festa pubblika, ġiet organizzata b'suċċess l-14-il edizzjni tal-MOC awards, f 'lukanda ewlenija f 'Ħ'attard, fejn ingħataw ġieħ, numru ta' atleti Maltin fid-diversi dixxiplini sportivi li huma jipprattikaw, u li għamlu unur għal pajjiżna matul din is-sena, li waslet biex tintemm. Intant, żewġ persuni daħlu fil-'hall of Fame' tal-Kumitat Olimpiku Malti: Joe Cassar Naudi u Moses azzopardi. Joe Cassar Naudi, bla dubju li huwa l-aktar persuna li dam fl-amministrazzjoni tal-futbol Malti b'karriera ta' aktar minn 65 sena. Ikkwalifika bħala referi tal-futbol fl-1945, fejn fl-1951 ġie elett Segretarju u fl-1956 laħaq President tal-Malta Football Referees Association. Attenda u mexxa bosta korsijiet fir- refereeing. Fl-1961 kien wieħed mill-ewwel tliet referis, li tpoġġew fil-lista tal- FIFA. Wara li fl-1964-65, ikkontrolla tliet partiti internazzjonali, ingħata l-FIFA Badge. Kien l-ewwel referi Malti li ikkontrolla finali tal-Kampjonat Libjan fis-snin 60. Irrefja numru kbir ta' partiti internazzjonali barra pajjiżna, filwaqt li f 'Malta rrefja xejn anqas minn ħames finali tal-FA Trophy u tliet finali tal-Cassar Cup. Fl-1993 ingħata l-Medalja għall-Qadi tar-Repubblika. Sentejn ilu kien inħatar bħala Membru Onorarju tal-MFA. Min-naħa l-oħra, Moses Azzopardi wara li fl-1956 rebaħ il-Kampjonat taż- Żgħażagħ, fl-1960 kien parti mill-kontinġent Malti li ħa sehem fl-ewwel edizzjoni tal-Para-Olimpjadi f 'Ruma. Wasal sal-finali tas-singles tat-table tennis fejn safa megħlub mit-Taljan Giovanni Berghella, sabiex kiseb il-midalja tal-fidda f 'dawn il-Para-Olimpjadi. Minn dan is-suċċess, dam għal 20 sena fost l-ewwel erba' plejers f 'pajjiżna, fejn flimkien ma' ħuh Paul, għal diversi snin wasal sal-finali tad-doubles. Kien membru tal-Malta Civil Service Table Tennis Club u Athleta Juvenis li magħhom temm il-karriera. Ħa sehem ukoll fil-Kampjonati tal-Ewropa li kienu saru f 'Lyon, fi Franza fl-1968. Intant, dawn huma l-atleti kollha li ngħataw unur waqt din is-serata speċjali organizzata b'mod impekkabli mill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), u li żġur li se jibqgħu jiftakru: SPECIaL Malta Weightlifting Federation Kieran Mifsud Malta Football association National Under 21 Team Coach – Silvio Vella Captain – Ryan Camenzuli Malta Pool association Miguel Falzon Under 23 National Team Dylan Cassar, Ryan Pisani, Troy Zammit & Ryan Falzon Malta Tenpin Bowling association Sara Xuereb – recognition awards youth Matthew Magro – recognition awards youth Kurt Attard Edward Xuereb Youth Team Kurt Attard, Matthew Magro, Nicholas Zahra & Sara Xuereb Malta Squash Colette Sultana Kijan Sultana Malta amateur athletics association Rachid Chouhal Badminton Malta Matthew Abela Nigel Degaetano Malta Sailing Federation Victoria Schulties Malta Tennis Federation Helene Pellicano aquatic Sports association of Malta Water Polo Junior National Team Coach – Karl Izzo Captain – Ben Plumpton Malta Triathlon Federation Keith Galea Hannah Pace Danica Bonello Spiteri Malta Shooting Federation Gianluca Azzopardi Spiteri Malta hockey association National Field Hockey Mens' Team Coach – Pieter Bregman Captain – Mark Camilleri Malta Federation of Bodybuilding and Fitness John Debono Raymond Cassar Josef Abela u Josef Grech jirbħu l-'AX Modified' u Traydon Bailey Nhar il-Ħadd 6 ta' Dicembru 2015 l-assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kompliet bit-tigriiet tal- kampjonati aSMK Pasta Poiatti 2015/2016. Din l-attività kienet tikkonsisti f 'tiġrijiet bil-karozzi autocross Modified u autocross Standard. 25 karozza irreġistraw għal din it-tiġrija. Intant, nagħtu ħarsa lejn il-ġurnata fejn fl-Autocross Modified rajna lil Godfrey Gauci jiddomina l-ġurnata. Dan kien l-uniku sewwieq li rebaħ il-Heats kollha tal- ġurnata u ssiġilla postu fil- finali ta' Klassi A. Miegħu, ikkwalifikaw ukoll Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Josef Abela u Matthew Borg it-tnejn fuq Opel Nova, Noel Zammit fuq Fiat Punto u Malcom Borg fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali fuq disa' laps, rajna ħrug tajjeb minn Abela, Borg u Galea, iżda Abela ħa t-tmun tat-tiġrija segwit minn Galea u Borg. Il-finali kompliet bis-sewwieqa kollha jistennew dak iċ- ċans biex ikunu jistgħu javvanzaw mill-pożizzjoni rispettiva tagħhom. Iżda, dan ic-ċans ma wasal qatt tul it-tigrija. Il-finalisti taw spettaklu mill-aqwa ta' sewqan sportiv kif għandu jkun bir-riżultat finali jispiċċa b'Abela jirbaħ l-ewwel attività tiegħu fi Klassi A f 'dan l-istaġun segwit minn Galea u Borg. Fir-raba' u l-ħames post daħlu Godfrey Gauci, u Matthew Borg waqt li Zammit daħal fis-sitt post. Għall-finali ta' Klassi B, ikkwalifikaw Josef Grech fuq Ford Fiesta, Joseph Micallef, Philip Vella u Jonathan Camilleri kollha fuq Opel Corsa, Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift u Jurgen Mallia fuq Honda Civic. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Grech, Micallef u Camilleri jagħmlu ħruġ tajjeb, bi Grech jieħu t-tmun ta' din il-finali segwit minn Micallef u Camilleri. L-attenzjoni marret mill-ewwel fuq Birmingham u Mallia, billi dan tal-aħħar mill-ewwel beda jagħmel pressjoni fuq Birmingham li baqa' jiddefendi postu sal-aħħar. Ir-riżultat finali ddikjara lil Grech rebbieħ segwit minn Micallef u Camilleri. Fir-raba' u l-ħames post daħlu Birmingham u Mallia, rispettivament. Fl-Autocross Standard rajna lil Traydon Bailey fuq Ford KA u Ian Fenech fuq Citroen AX jiddominaw il-ġurnata, u rebħu l-heats kollha tant li ssiġġillaw posthom fil- finali tal-ġurnata. Ma' dawn ikkwalifikaw ukoll Quin Vella fuq Opel Nova, Samuel Bezzina fuq VW Polo u Karl Scicluna fuq Peugeot 206. Mat-tluq ta' din il-finali, Josef Grech fuq Ford Fiesta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015