Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
2 illum | Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Spiżeriji Miftuħin illuM www.gozochannel.com Gozo ferrieS Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 teMp GħADA teMp illuM SuDoKu Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. is-soluzzjoni tal-ħadd li għadda 21 10 24 50 65 78 29 13 New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Valletta St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappil- lan Mifsud, Ħamrun tal-ĦlaS Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex, Msida lourdeS Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann waleS Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema Il-MeĦrIeż Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin tat-tarġa Pharmacy, Plot No. 2, Triq il-Kostituzzjoni, Mosta ParkeS Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar FleMINg Pharmacy, 61, Triq Ħaż- Żabbar, Paola Verdala Pharmacy, 57, Triq il- Gendus, Bormla CIlIa'S Pharmacy, 303, Triq Haż- Żabbar, Fgura PoMPeI Pharmacy, 28, Xatt is- Sajjieda, Marsaxlokk SaluS Pharmacy, 21, Misraħ ir-Re- pubblika, Żurrieq the Bypass Pharmacy, Mons. Mikiel Azzopardi Street, Siġġiewi Make Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, Mtarfa Batu Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Qala l-oGħlA: 19˚Ċ l-inQAS: 10˚ Ċ teMp: Ftit imsaħħab Viżibilità: Tajba riħ: Punent Majjistral forza 4 li jsir Punent il-Lbiċ u jdur mil-Lbiċ forza 4 għal 5 mal-lej bAħAr: Ħafif għal moderat iMbAtt: Ftit li xejn teMperAturA tAl-bAħAr: 19°C l-oGħlA: 18˚Ċ l-inQAS: 11˚Ċ teMp: Pjuttost imsaħħab bil-possibilta ta ħalbiet tax-xita li jsir ftit imsaħħab Viżibilità: Ġeneralment tajba riħ: Lvant forza 4 li jsir Punent forza 3 għal 4 bAħAr: Ħafif għal moderat iMbAtt: Ħafif għal moderat teMperAturA tAl-bAħAr: 19°C Is-sindki Għawdxin jiswew lill-Gozo Channel €5,000 minn John Busuttil L-ILLUM għandu informazzjoni li l-14-il sindku li hemm Għawdex u li għandhom passes biex jagħmlu użu mill-Gozo Channel lejn Malta b'xejn, jiswew lill-kumpanija s-somma ta' €5,000 fis-sena. Dan ifisser li kull sindku għandu rigal mill-Gozo Channel ta' €357 fis-sena, ftit inqas minn €1 kuljum. Dan il-fatt qam meta f 'intervista li l-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo għamel fuq Smash TV u li ġiet rappurtata fuq l-ILLUM, il-Ministru Refalo indika bl- aktar mod ċar li fiż-żmien li ġej, hekk kif se jkun qed jiġi fi tmiemu l-Public Service Obligation (PSO) li sar taħt Gvern preċedenti, se jkunu qed jiġu riveduti prattiċi ta' biljetti b'xejn lil numru ta' passiġġieri tal-Gozo Channel. Fil-fatt, matul l-istess programm, semma lis-sindki, konsli u anke l-qraba tal-ħaddiema (il- partners) tal-Gozo Channel li jużaw is-servizz mingħajr ħlas u sostna li, "dawn l-affarijiet kissru lill-Gozo Channel." Sadattant il-kelliem għal Għawdex f 'isem il-PN, Chris Said għamel mistoqsija parlamentari lil Refalo fejn staqsa kemm sewa lill- kumpanija Għawdxija l-pass tas-sindki matul is-sena li għaddiet. It-tweġiba tal- Ministru għal Għawdex kienet li ried iserraħ ras Chris Said li ma kinux se jitneħħew ebda passes qabel ma ssir konsultazzjoni diretta mal-partijiet konċernati, u mhux biss mas-sindki. Pero kompla jgħid li "hu essenzjali li l-Gozo Channel tkompli tirreġistra profitti biex tkun f 'pożizzjoni li tkompli żżid il-vjaġġi u traħħas in- nollijiet." Il-FAM jirbħu l-Premju Ħaddiem tas-Sena 2015 It-tIM taċ-ċentru tal-Operazzjonijiet fi ħdan il-Forzi Armati ta' Malta, nhar il-Ġimgħa ġie ddikjarat rebbieħ fl-edizzjoni Nazzjonali tal- Premju Ħaddiem tas-sena 2015. Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jagħraf li l-ħidma li qed issir minn dan it-tim mhix biss tħalli riżultati pożittivi iżda wkoll waħda li tirrikjedi s-sagrifiċċji u għalhekk qed titqies bħala eżemplari u li ta' min wieħed jirrikonoxxiha fuq livell nazzjonali. It-tim taċ-ċentru tal- operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta' Malta huwa magħmul minn madwar 35 suldat bir-responsabilità prinċipali tagħhom tkun il-koordinazzjoni tal- operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ, fiż-żona li minnha hi responsabbli Malta, u ta' missjonijiet miltari oħra relatati mal-irwol tal-istess Forzi. Kienu ħafna d-drabi li r-riżultat tal-ħidma tagħhom issarfet f 'salvataġġ ta' ħajjiet umani. Dawn il-membri kontinwament jitħarrġu, kemm fuq livell lokali u kemm barra minn xtutna, fuq diversi oqsma tekniċi u fl-aħħar sena pparteċipaw anke f 'operazzjonijiet barra minn Malta. Din is-sena kienet it- tieni darba konsekuttiva li l-Forzi Armati ta' Malta ġew rikonoxxuti għal xogħolhom wara li s-sena li għaddiet is-sezzjoni tas-salvataġġ mit-Taqsima tal-Ajru rebħet it-titlu tal-aqwa tim f 'dan l-istess konkors. il-Ministru Carmelo Abela jifraħ lil membri tal-fAM għal dan ir-rikonoxximent