Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 39

26 illum | Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Ħajtek se tieħu xi ftit ta' spinta 'il quddiem b'dak li ġej, u l-mod tajjeb li int se tagħraf taqsam is-sitwazzjonijiet, ħa jkompli jgħinnek għal aktar tisħiħ. Aħbar minn xi ħabib tal-passat se tkompli tgħin f'dan ir-rigward. Għalkemm din is-sitwazzjoni se ġġiegħlek taħseb xi ftit, il-flessibbiltà u l-pożittività li għandek madwarek jgħinuk li tkompli għaddej b'ritmu tajjeb. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 16, 22 u 34. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Għandek tgħaraf li hemm bżonn tagħti ftit ta' spazju għalik. Fil-karriera tiegħek miexi tajjeb u għandek prospetti tajbin ġejjin, imma issa trid issib ftit spazju biex tirrilassa, tmur sa xi gym, jew taqbad timxi. Għandek ukoll issib spazju għall-passatempi tiegħek. Ir-raġuni għal dan hi li b'dan il-mod int mingħajr ma tinduna, se tagħmlek iktar pożittiv, u dan jawgura tajjeb għal dak li ġej lejk. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 26 u 39. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Ir-relazzjoni tiegħek bħalissa qed tkun xi ftit im- fixkla minħabba l-pressjoni li għandek kemm fil-karriera tiegħek, u anke minħabba l-istess pjanijiet li qed tagħmel dwar il-futur. Ħaġa li trid toqgħod attent għaliha hi t-tqala. Bħalissa, minħabba n-'New Moon' li ġej, Aries huma minn dawk li jinsabu viċin tat-tqala, u dan żgur mhux il-waqt għalhekk. Tajjeb issib ftit ħin għalik ħalli tgħaraf tqassam kollox aħjar. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 11, 23 u 35. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Se jiġu ġranet ta' ftit inċertezza madwarek, u dan minħabba pressjoni fil-ħajja ta' madwarek kemm dik li tirrigwarda l-karriera u l-ħajja tal-imħabba. Għalhekk għandek tagħraf tkun bilanċjat, ħalli l-affarijiet ikunu taħt kontroll. Huma ġimgħat li jekk int m'intix ħa tgħaraf issib bilanċ, is-sitwazzjoni se ssirlek bħal kobba ħajt. Għadek tista' tirregola u tibbilanċja kollox biex imbagħad ma tgħeriqx. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 18, 22 u 30. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Tensjoni qawwija għaddejja madwarek b'dak li int trid tlaħħaq tagħmel. Bħalissa, il-karriera tiegħek qiegħda tieħu xejra bla kontroll. Sit- wazzjonijiet li kont qed tara li kienu diffiċli, qegħdin juruk li qegħdin jinfetħu xi bibien. Imma issa, int trid toqgħod attent aktar għax trid tagħraf biss dak li huwa tajjeb għalik, u mhux għax infetaħ bieb, tidħol. Agħraf sew dak li ġej, u żomm saqajk mal-art. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 13, 29 u 33. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Xi kultant, fil-ħajja trid tagħraf kull aspett li int taħseb li jkun tajjeb għalik. Bħalissa ġewwa fik tgħid x'inhu l-aħjar għalija? Xinhu l-aħjar li nagħmel? X'inhu l-pass li jmiss? Fittex biss dak il- boost pożittiv fil-ħajja tiegħek. Forsi mhux sejjem qbilt, imma dejjem imxejt. Twebbisx rasek għax jiddispjaċik, u tgħaġġilx. Hemm bżonn bidla tal-mod ta' kif timxi, imma trid tagħraf tasal u tagħraf lilek. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 4, 13, 27 u 38. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Deċiżjoni importanti li għandek tieħu trid tagħraf aktar il-konsegwenzi li ħa ġġib magħha, li int taf fiż-żgur li se ġġib iktar responsabbiltà madwarek u int trid tkun taf kemm int lest għal din is-sitwazzjoni. Jekk int lest, għandek triq wiesgħa ta' suċċess, imma jekk int taħseb li għadu mhux il-waqt għalik, tidħolx, għax diżastru jkun il-futur għalik. Għalhekk, ħu ftit ta' żmien ieħor qabel tiddeċiedi. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 14, 22 u 34. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Fażi ta' ħsibijiet li int għaddej minnhom, qegħdin jimblukkaw dak it-tajjeb li ġej mad- warek, u se jagħtik spinta. Però agħraf naqqas il-ħsibijiet ħalli tara kemm fil-ġimgħat li ġejjin, ħa jagħtuk aktar sodisfazzjon minn dak li attwalment int qed taħseb. Minn dak it-tajjeb li ġej, trid tagħraf issib bilanċ ħalli l-ħajja tiegħek tkun ibbilanċjata. Ħares 'il quddiem. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 29 u 36. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Il-miżien bejn il-passat u l-preżent irid jibda jitkejjel. Ma tistax tibqa' mwaħħal fil- passar għax stajt għamilt diversi affarijiet. Dak għadda, u issa trid tiffoka fuq il-preżent u l-futur, fejn il-karriera ħa tkun il-bidla ta' ħajja tiegħek, fejn int trid tagħraf taġġusta l-potenzjal tiegħek, fejn ġejjin ħafna oppor- tunitajiet għalik, però bidla li trid tagħmel hi rigward il-ħbieb. Agħraf min hu vera ġenwin. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 19, 25 u 39. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Deċiżjoni li fil-passat int kellek tieħu, issa qed tinduna kemm stajt ħadtha aħjar. Però, l-uġigħ ta' dan jista' jitranġa. Għad għandek ċans li din titranġa billi tagħmel ġest, u żgur li dan ħa jinżel tajjeb, kemm fuq dik id-deċiżjoni u kemm għall-kuxjenza tiegħek. Minn hawn 'l hemm, tista' tħares aktar b'sinċerità lejn dak li int trid tkompli tavvanza u li bħalissa tħossok għadek imwaħħal. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 15, 23 u 30. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru L-imħabba hi l-aktar sitwazzjoni inċerta mad- warek, u int trid tagħraf verament xi trid. Trid tieħu wkoll pass lejn dak li taħseb li hu tajjeb għalik. Jekk dan int m'intix ħa tagħmlu, ħa tibqa maqbud f'xibka li kull ma tmur, aktar se tkompli tgħafas. Huwa żmien fejn int tista' tiddeċiedi tħallix is-sitwazzjoni tiġi deċiża għalik għax hemm, int ma tkun akkwistajt xejn. Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 14, 27 u 32. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Bidla li int qed tħoss li hi diffċili biex tattwa bħalissa, fil-fatt jekk int tagħraf tidħol fil-fond tiegħek, mhix tant diffiċli. Kull bidla ġġib magħha ċertu ċaqliq għall-ewwel, li jaf ikunu iebsin, imma għall-każ tiegħek, din il-bidla hi meħtieġa ħalli int tista' tkompli tissaħħaħ. Tagħtix kas il-kummenti li tista' tirċievi. L-importanti kif ħa tħossok int u kif il-ħajja tiegħek ħa titjieb. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 16, 23 u 39. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Angela u l-ispirtu tal-Fortuna Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Se niltaqgħu ma' Angela, li hi tfajla ta' 27 sena u trabbiet man-nanna tagħha, u kibret fin-negozju tal-ħelu. Ta' 15-il sena kienet diġà kapaċi tagħmel l-aqwa kejkijiet, kull kwalità ta' pastini u dak kollu li għandu x'jaqsam ma' pastiċċerija. Fl-imħabba, ma tantx kellha xorti tajba u żżewġet ta' 17-il sena, imma 9 snin wara, saret armlu. 4 snin wara, reġgħet kienet f 'relazzjoni, imma l-fortuna ma daħqitilhiex u llum, fl-età ta' madwar 34 sena, iddeċidiet li tiddedika ħajjitha għat-tifla li l-Mulej għoġbu jagħtiha fiż-żwieġ, u kkonċentrata fuq in-negozju tal-ħelu li kienet wirtet. Bħal kull negozju, fih is-sabiħ u l-iebes tiegħu, u Angela minn sbieħ il-jum sa tard filgħaxija, mit-Tlieta sal-Ħadd, kienet il-ħin kollu għaddejja. Kien hemm żmien meta waħedha ma setgħetx tlaħħaq, tant li kellha timpjega l-lavranti magħha, imsomma kien żmien feliċi u ta' sodisfazzjon kbir. Però, bħal kull ħaġa, qisu jiġri dak li ma tkunx qed tistenna fil-ħajja wara snin ta' negozju bla serħan bħal f 'daqqa waħda beda ġej il-maltemp, u kien fis-sena 2010 li bdiet tara n-negozju tagħha jmajna. Setgħu kienu bosta r-raġunijiet, forsi għax fetħu aktar ħwienet fil-lokal, il-ħajja ma tibqax dik li tkun, u minn sena għall-oħra, ix-xogħol bħal beda dejjem nieżel, li anke kellha twaqqaf xi lavranti. Fis-sena 2012 rat li kienet l-aktar sena iebsa għaliha u bdiet taħseb jekk din kinetx l-aħjar waħda tagħha. Jum fost l-oħrajn, bid-dwejjaq li qabduha, iddeċidiet li wara li tgħalaq, tmur x'imkien ħdejn il-baħar fejn kienet tħoss li hu post ta' meditazzjoni u rilassament għaliha, u hemm toqgħod taħseb ftit dwar is- sitwazzjoni iebda li ħakmitha. Hekk għamlet, wasal il-ħin tal-għeluq u telqet. Sabet post ideali kif xtaqet u qagħdet hemm taħseb, tirrifletti dwar dak li kienet għaddejja minnu, però ftit ħin wara, l-għeja bdiet taħkimha u ħadha n-nagħas. Kienu għall- ħabta tas-1.30am u kif fetħet għajnejha, inħasdet għax kien tard, għorkot għajnejha, u ħejjiet biex tinġabar lejn darha. Hi u sejra lejn id-dar, għaddiet minn trejqa biex tqassar, u f 'nofs din it-trejqa, sabet karozza bid-dawl mixgħul bħal abbandunata. Ġietha l-kurżità biex tara x'ġara, waqfet u kif resqet lejn il-karozza, sabet li fiha kien hemm raġel mitluf minn sensih. Kif rat hekk, ppruvat tara kif tista' tagħtih xi għajnuna, però ddeċidiet li ċċemel għall-ambulanza, u fi ftit ħin waslet. Mill-ftit li setgħet tara, kien jidher li l-persuna sofriet attakk ta' qalb. Angel ħasset li għandha tibqa' tassisti din is-sitwazzjoni u ddeċidiet li tmur l-isptar. Hemmhekk, saret taf li din il- persuna tgħix waħedha u ma setgħu javżaw lil ħadd. Għall- ħabta tal-4.00am, ġiet imsejħa li jekk trid, setgħet tersaq lejn din il-persuna li kienet tinsab f 'xifer il-mewt. Angela resqet lejn is-sodda fejn ir- raġel kien mitluq u mdawwar bil-magni. Ftit tal-ħin wara, fetaħ għajnejh u bħal ried jgħidilha grazzi. Kienet ħarsa li qatt ma kienet se tinsa. Wara ftit tal-ħin, in-nurses talbuha biex toħroġ u terġa' tgħaddi filgħodu. Bl-għeja li kellha fuqha, hi hekk għamlet. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015