Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 | illum 17 L -istħarriġ li toħroġ l-Awtorità tax-Xandir dwar ix-xandir lokali dejjem jinteressani. Jinteressani għal żewġ raġunijiet. Qabel xejn nemmen li huma aktar oġġettivi minn 'media houses' oħrajn. Iżda l-aktar raġuni important għaliex minn żmien għal żmien juru anke x-xejra soċjali tal-poplu Malti. Jitfgħu dawl fuq kif qegħdin jaħsbuha il-Maltin. Din id-darba ħareġ punt li għal min jistudja s-soċjoloġija għandu fejn jogħxa. Il-parti kbira ħafna tal-Maltin ifittxu aktar li jsegwu d-drama milli l-aħbarijiet. Ifitxxu aktar li jinsew milli li jkunu jafu x'qiegħed jigri. Sinjal ħażin, iżda fl- istess ħin ta' ftuħ il-għajn għal min irid jaqra l-kitba fuq il-ħajt. Min huwa snob, mill-ewwel jasal għall-konklużjoni li l-poplu Malti huwa intellettwalment fqir u jfittex biss dak li jagħtih gost. Fil-fatt kien hemm ħafna artikli u ittri fil- gazzetti f 'dan is-sens. Jiena għandi spjegazzjoni oħra. Jiena nemmen li l-poplu Malti ma jridx li jkompli jisma' traġedji, biża', aħbarijiet li jaqtgħu qalb dak li jkun jew gideb u tgħajjir fil-kamp politiku Malti. Jiena konvint li jekk dan is-stħarriġ kellu jsir f 'pajjiżi oħra, x'aktarx in- nies kienu jagħmlu l-istess għażliet li għamel il-poplu tagħna. Id-dinja tal-aħbarijiet rari saret twassal aħbarijiet fejn in-nies jaraw tama. L-aħbarijiet mill-bidu sal-aħħar mimlijin b'episodji li jsewdu jew jaqtgħu qalb dak li jkun. Imwiet, gwerer inutli, terroriżmu u agħar minn hekk, politika li ma tispirax. Lanqas inkunu ħriġna minn kriżi ekonomika, li ma nidħlux f 'oħra, bħall-iskandlu fl-industrija globali tal-karozzi. Għalhekk in-nies ifittxu dak li jnesshiom...x'hemm isbaħ mill- 'fiction' la d-dinja reali qajla jkollha stejjer bi tmiem sabiħ bħalma tista' tara fi dramm mibni fuq l-imħabba. Ħafna drabi din ix-xorta ta' drama tkun simplistika għall-aħħar, tant li saħansitra tkun diġà bassart kif sej jkun it-tmiem tal-episodju. Iżda dan jimporta xejn, għaliex finalment dak li jimporta hu li waqt li taqbiżlek demgħa jew tinfaqa' tidħak, tinsa lill-ISIS, il-kriżijiet ekonomiċi u l-gideb tal-politiċi. Dan kollu qiegħed jinkwetani għaliex tassew nemmen li n-nies m'għandhomx aktar ħeġġa li jsewgu dak li qiegħed jiġri fil-politika ħlief biex forsi jagħtu botta u risposta fuq ix-xogħol b'mod partiġġjan. Minn meta l-Parlament beda jixxandar fuq it-TV, u għal dan, m'għandi xejn kontra, inħoss li l-kwalità tad-dibattitu politiku naqas flok tjieb. Għalkemm irrid ngħid li fil- Parlament tant qegħdin isiru xenati u xeneġġati, li għal xi wħud, qishom qegħdin jaraw Iċ-Ċaqqufa jew xi wieħed minn dawk id-drammi ta' Eileen Montesin fuq in-NET li jagħmlu minn kollox barra jedukaw. Iżda l-agħar, mhux il-fatt li għandna politici li jilagħbu wisq għall-gallarija, għax li kieku daqshekk biss, is-sitwazzjoni hija salvabbli, iżda l-fatt li qiegħda tissemma' l-kelma korruzzjoni ta' spiss fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra. Saret tissemma' wisq għal kull ħaġa ta' xejn tant li f 'moħħ in-nies, il- kelma korruzzjoni u politika saru żewġ kelmiet li kważi kważi jintuzaw fl-istess kuntest daqs li kieku jfissru l-istess ħaġa. Dan qiegħed jagħmel ħsara kbira u min qiegħed jużaha b'mod l-aktar liberali biex mingħalih jirbaħ il-punti, qiegħed biss ikompli jikkorrompi t-tifsira veru tal- politika. Ma niftakar qatt f 'leġislatura waħda li kien hemm daqstant numru ta' Membri Paralmentari li spiċċaw mill-Parlament jew ħadu pożizzjoni differenti minn dik li bdew biha. Manwel Mallia spiċċa minn Ministru, Giovanna Debono ħarġet mill-grupp parlamentari Nazzjonalista, it-tabib Joe Cassar irriżenja mill-Parlament u ftit wara, Marlene Farrugia nqatgħet minn mal-Partit Laburista u saret indipendenti. Il-politiki kollha tal-Gvern li ħallew ġid kbir u l-miżuri leġislattivi pożittivi kollha li saru, it-tkabbir tal- ekonomija, is-suq tajjeb tal-impjiegi u r-rapporti kollha pożittivi minn aġenziji barranin dwar l-operat tal-Gvern, kollha gew oskurati minn sensiela ta' akkużi u kontra akkużi marbutin allegatament mal- korruzzjoni fuq iż-żewġ naħat tal- Kamra. Qisu dħalna fi spirali li bħal donnu ma nistgħux noħorġu minnu. Qisha l-logħba taċ-ċess. S'issa ttieklu biss suldati. Għalhekk hija kwsitjoni mhux ta' politiki, kif suppost għandha tkun il-politika, iżda ta' nies li qegħdin fil-politika. Għalhekk, meta n-nies ikunu qegħdin isegwu l-aħbarijiet iddejqu jisimgħu b'min irriżenja jew x'aktarx se jirriżenja. In-nies iridu jisimgħu l-aħbar li se jħallsu anqas għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li ġew eżentati mit-taxxa meta xtraw l-ewwel dar tagħhom, li għandhom fejn iħallu t-tfal tagħhom b'moħħhom mistrieħ meta jmorru għax-xogħol mingħjar ma jħallsu ċenteżmu, li binhom jew binthom li għandhom diżabbiltà sabu impjieg u mitt miżura oħra li tejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Hija ħasra li hemm min fil-politika qiegħed jgħarraq dan kollu. Iżda agħar minn hekk, lanqas l-istituzzjonijiet m'huma jaħdmu tajjeb biex forsi jikkontribwixxu għal arja aktar nadifa. L-aħħar każ li kellna kien dak ta' Ian Borg. Mingħajr ma nidħol fil-mertu tiegħu, għaliex jiżfen minn għandu jiżfen jekk ikun il-każ, skantajt kif rapport tal-Ombudsman li qal li hemm xamma ta' skorrettezzi, kif ħarġet l-iskorrettezza li minn dan l-uffiċċju ħareġ dokument li suppost kien kunfidenzjali! Iġifieri hemm il-possibbiltà li jkollna skorrettezza fi skorrettezza f 'dan il-każ. Fid-dawl ta' dan kollu, l-Oppożizzjoni ħarġet 25 proposta dwar il-bon-governanza, frażi li ġiet skoperta riċentament. Irrid ngħid li l-proposti huma sbieħ u jekk ma tridx, waħda għal kull sena li l-Partit Nazzjonalista għamel fil-Gvern. Iżda li ma nistax nifhem għaliex kien hemm bżonn li dan il-Partit kellu jistenna li jmur fl-Oppożizzjoni biex jagħmel proposti ta' din ix-xorta. Ma nistax nifhem għaliex għandi nemmen li dawn jitwettqu jekk il- Partit Nazzjonalista jkun fil-Gvern jekk uħud minn dawk li qegħdin jipproponuhom sa kważi tlett snin ilu kienu f 'pożizzjoni li jwettquhom u qatt ma għamlu xejn. Kultant, m'għandix tweġiba ċara għaliex issa u mhux qabel. Jista' jkun għaliex illum jiena sirt xi ftit aktar ċiniku milli kont ilbieraħ. Iżda jista' jkun ukoll għaliex ħafna aktar moħħhom fid-drammi milli fl- aħbarijiet u ma nagħtihomx tort. Toni AbelA Opinjoni Drama iva…aħbar le! "Fil-Parlament tant qed isiru xenati, li għal uħud, qishom qed jaraw xi wieħed minn dawk id-drammi ta' Eileen Montesin fuq in-NET li jagħmlu minn kollox barra jedukaw" 'Fil-Parlament qed isiru xeneġġati bħalma naraw fid-drama'