Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 39

Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015| illum 5 Aħbarijiet Il-pjanijiet għal moskea ġdida fit-tramuntana fil-'friża' L-Imam Mohamed El Sadi jgħid li l-awtoritajiet jafu b'postijiet li saru ċentri ta' talb mingħajr permess minn Albert Gauci Cunningham Pjanijiet biex tinbena moskea oħra f 'Malta, din id-darba fit-tramuntana tal-pajjiż jinsabu ffriżati, hekk kif l-unika proposta, li kienet żvelata minn din il- gazzetta lura f 'april ta' din is-sena, kienet intlaqgħet b'oppożizzjoni kbira f 'Għawdex. Dan filwaqt li talba mill-islamic Call Society għal spazju ieħor ta' talb erba' xhur wara, f 'laqgħa li l-istess soċjetà kellha mal-Prim Ministru, jidher li ma wasslet għall-ebda żvilupp. iktar minn hekk, mal-iLLUM l-imam Mohammed el Sadi ammetta li jista' jkun hemm postijiet f 'Buġibba u l-madwar fejn qed isir talb, anke jekk dawn ikunu residenzi, u filwaqt li saħaq bosta drabi li f 'dawn il- postijiet mhu qed isir ebda tagħlim radikali, kif kien implika l-eks President tal-Pn Frank Portelli fuq il- programm Dissett, qal ukoll li l-awtoritajiet jafu b'dawn il-postijiet. Waqt l-istess programm, Portelli kien allega li f 'Buġibba biss hemm madwar erba' postijiet fejn qed isir talb u, aktar minn hekk, l-istess Portelli magħruf għall-opinjonijiet voċiferi kontra l-Iżlam, kien implika li jista' jkun li f 'dawn il-postijiet qed isir xi tip ta' tagħlim estrem. F'risposti lil din il-gazzetta, il-MEPA qalet li m'hemm l-ebda moskea jew ċentru ta' talb għal persuni Musulmani f 'Buġibba li preżentement għandhom permess, għalkemm l-istess awtorità, sakemm morna għall- publikazzjoni, kienet għadha ma weġbitx dwar kemm hemm aplikazzjonijiet ta' regolarizazzjoni ta' użu biex proprjetà ssir moskea jew ċentru ta' talb għal għaqdiet Musulmani fl-istess lokalità. Uffiċjal tal-MEPA li tkellem mal-ILLUM qal biss li hemm numru ta' proprjetajiet li fuqhom qed issir talba biex dawn jinbidlu għal postijiet ta' qima u talb, għalkemm ma xtaqx jgħid liema għaqdiet qed japplikaw, u jekk dawn humiex Musulmani jew le "biex ma nkunux qed noskuraw reliġjon jew għaqda partikolari." L-uffiċjal tal-MEPA lanqas ma xtaq iwieġeb, b'mod dirett il-mistoqsija tal- ILLUM dwar jekk il-fatt li dawn il-propjetajiet qed japplikaw għal bidla fl-użu biex isiru post ta' talb ifissirx li dawn bħalissa qed joperaw bħala ċentru ta' talb u qima mingħajr permess. L-uffiċjal qal biss li "jista jkun." El Sadi stqarr li "l-awtoritajiet jafu b'dawn il-postijiet" u meta mistoqsi għalfejn mela jaħseb li ma ttieħdet ebda azzjoni s'issa, huwa wieġeb "għax mhu qed isir assolutament xejn ħażin. Dawn huma postijiet miftuħin, fejn kulma qed isir huwa li qed ikun moqri l-Quran." Huwa għamilha ċara wkoll li jekk ikun hemm provi li qed isir xi tagħlim radikali f 'xi postijiet, huwa jiikkundanna dan u jitlob l-awtoritajiet biex jieħdu l-passi neċessarji. Meta l-ILLUM irrimarka li l-problema mhix min qed jitlob u ta' liema reliġjon hu, imma li post partikolari ma jkollux bħala l-użu tiegħu dak ta' talb jew qima, l-Imam fakkar li f 'pajjiżna hawn nuqqas kbir ta' spazju għal dawk il-Musulmani li jixtiequ jitolbu flimkien, "bħalma jikkongregaw nies ta' reliġjonijiet oħrajn." Fil- fatt, anke jekk f 'dawn l-aħħar snin il-komunità Musulmana f 'Malta kibret ħafna, f 'pajjiżna xorta għad hawn post wieħed ta' talb għal dawk li jemmnu fl-Iżlam. F'mistoqsijiet lill-MEPA, l-ILLUM staqsiet jekk preżentement hemmx applikazzjoni biex tinbena moskea jew ċentru ta' talb għal persuni bi twemmin Musulman fit-tramuntana ta' Malta, fuq art li s'issa għadha mhux mittiefsa imma li hija żona ta' żvilupp. Ir-risposta tal-MEPA kienet fin-negattiv. Fin-negattiv kienet ukoll ir-risposta tal-MEPA meta l-ILLUM staqsiet jekk hemmx applikazzjonijiet, fil-preżent, biex f 'postijiet li diġà huma mibnijin isiru ċentri ta' qima għal persuni bi twemmin Musulman. Intant l-Imam El Sadi żamm id-distanza mill- proposta għal Moskea ġdida fit-tramuntana ta' Malta, anke jekk kien parti mid-delegazzjoni mill- Qatar li ltaqgħet ma' Muscat u li għamlet il- proposta, u qal biss li l-pjanijiet preżenti tal-komunità Musulmana f 'Malta hija li jkun hemm espansjoni tal-moskea eżistenti f 'Raħal Ġdid. L-ILLUM għamlet kuntatt ukoll mas- Sindku preżenti ta' San Pawl il-Baħar Graziella Galea u l-eks sindku tal- istess lokalità Raymond Tabone, bit-tnejn jgħidu li minkejja t-talba tal-Islamic Call Society aktar kmieni din is-sena, ma jafu bl-ebda applikazzjoni jew ħsieb biex issir aplikazzjoni għal moskea ġdida fil-lokalità. Min-naħa tiegħu, Tabone stqarr kif, "ma naf b'xejn u bl-ebda pjani u kemm domt sindku jien ma daħlet ebda applikazzjoni għal post ta' qima għall-Musulmani." Min-naħa tagħha, Galea qalet li ma kien hemm ebda forma ta' konsultazzjoni mill-Gvern għal pjani biex issir moskea f 'din in-naħa ta' Malta. Mistoqsija jekk għandhiex għarfien ta' postijiet li jista' jkun li qed jintużaw bħala ċentri ta' talb, anke jekk m'hemmx il-permess meħtieġ hija qalet li minkejja ilmenti fil-passat, "dan l-aħħar ma kien hemm ebda rapport simili. Madanakollu qed jingħad li fi triq partikolari, hemm garaxx li qed jintuża għal dan il-għan." Galea ma xtaqitx tgħid liema hija t-triq jew il-garaxx in kwistjoni. Intant minkejja li pruvat kemm-il darba din il-gazzetta ma setgħetx tagħmel kuntatt ma' Frank Portelli. Fuq l-ixkaffa: il-proposta ta' tliet reliġjonijiet taħt saqaf wieħed Intant, proposta li kienet żvelat l-ILLUM nhar il-5 ta' April ta' din is-sena, jiġifieri li tinbena knisja, sinagoga u moskea taħt saqaf wieħed f 'Għawdex kienet intlaqgħet b'oppożizzjoni minn bosta residenti, anke jekk l-idea ta' dan il-post iddisinjat minn Richard England kellu l-għan li jiċċelebra d-differenzi reliġjużi taħt saqaf wieħed. L-ILLUM huwa infurmat li l-idea tpoġġiet fuq l-ixkaffa propju minħabba li ftit li xejn kellha appoġġ, speċjalment min-nies tax- Xewkija, fejn dan il-bini kien qed ikun pjanat li jsir. L-Imam Mohamed El Sadi jgħid li f 'Malta hawn problema serja ta' spazju fejn il-Musulmani jistgħu jitolbu Il-pjanta għall-Moskea, sinagoga u Knisja taħt saqaf wieħed

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015