Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 37 of 39

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Jien bdejt nipprattika l-għawm f 'Sirakusa sa minn meta kont tifel żgħir u mbagħad meta kelli 12- il sena qbadt għall-ewwel darba ballun tal-waterpolo b'idejja u nista' ngħid li mill-ewwelkienet nibtet fija mħabba kbira lejn dan l-isport. Minn hemmhekk, il-waterpolo sar jirrapreżenta l-passjoni tiegħi - nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li sar ir-raġuni tal-għajxien tiegħi. Liema kienu l-ewwel klabbs li lgħabt magħhom bħala plejer fl- Italja? Bdejt il-waterpolo mat-tim ta' Ortigia Siracusa u mbagħad wara lgħabt ma' Roma. Dawk kienu l-uniċi żewġ klabbs li jien lgħabt magħhom fil-karrera tiegħi bħala plejer tal-waterpolo. Kien lura fl-2001 li ħadt it-tmun tat-tim nazzjonali Taljan tal- Waterpolo. X'fisrset għalik din sena li kienet tirrapreżenta l-bidu tal- karriera tiegħek bħala kowċ tat-tim nazzjonali tal-waterpolo? Din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi bħala kowċ ta' skwadra daqshekk importanti bħal mhija s-'Settebello'. Hemmhekk kelli r-responsabbiltà kbira anki għall-fatt li jien ħadt it-tmun ta' dan it-tim wara l-10 snin tmexxija tal-kowċ ta' qabli Ratko Rudić, fejn nistgħu ngħidu li huwa rebaħ kollox. Kien hemm sistema ta' kif isir ix-xogħol li nista' niddeskriviha bħala perfetta. Iżda jien kelli l-fortuna u l-bravura li nkompli fuq ix-xogħol u s-sistemi tal-kowċing tiegħu. Madankollu, kelli ninterrompi dan ix-xogħol wara biss sentejn minħabba li kont appuntat bħala kowċ tat-tim nazzjonali Grieg tal-Waterpolo, biex imbagħad fl-2009 erġajt irritornajt bħala kowċ tat-tim nazzjonali Taljan. Fis-snin 90 int kont plejer-kowċ ma' Sirens, fejn kellek esperjenza mill- aqwa ġewwa pajjiżna. X'rikordju għandek ta' dak l-istaġun li int kont qattajt f 'Malta? Għandi rikordji mill-aqwa. Din kienet esperjenza straordinarja kemm mil-lat professjonali, kif ukoll minn dak uman. Hemmhekk ġejt konxju li jien stajt nimbarka fil- karriera tal-kowċing. Dan għax ma' Sirens kont niġi utilizzat fl-irwol ta' plejer-kowċ. Kien hemm ukoll Anthony Farrugia, iktar magħruf bħala l-'Panelli' jgħinni fil-kowċing. Għaliex għidt li propju ma' Sirens skoprejt it-talent tiegħek ta' kowċ? Għidt hekk għax fi tmiem dak l-istaġun, kien hemm bosta plejers żgħażagħ li għamlu l-qabża u għamlu progress rimarkabbli fil- karriera tagħhom. B'effett ta' dan, it-tmexxija kollha ta' Sirens ASC, kif ukoll il-plejers kienu apprezzaw ix-xogħol tiegħu fit-tmun ta' dan il-klabb, u minn hemmhekk irrealizzajt li jien tabilħaqq stajt inkun kowċ tajjeb tal-waterpolo. F'dak l-istaġun, Sirens kellhom tim mill-aqwa bi plejers ta' klassi liema bħalha fosthom Jonathan Valletta u l-goalkeeper Joe Caruana Dingli. Madankollu ma rnexxielkomx tirbħu l-unuri li tant kontu qed tiġġieldu għalihom, bi sbrixx. Il- kummenti tiegħek. Iva, kellna skwadra tajba ħafna, fejn konna ġejna fit-tieni post fil- Kampjonat, u tlifna n-knock-out fil-finali biex b'hekk temmejna fit- tieni post ta' din il-kompetizzjoni. Sfortunatament, jien kont weġġajt subgħajja u kont indisponibbli għal din il-finali, fejn bl-ikbar umiltà ngħid li f 'dik il-finali, Sirens kienu ħassew ferm in-nuqqas tiegħi. Ninsab konxju mill-fatt li għandek imħabba partikolari lejn pajjiżna. Għaliex l-esperjenza tiegħek f 'Malta baqgħet ittimbrata b'mod partikolari f 'qalbek? Għandi mħabba kbira lejn Malta, speċjalment għall-fatt li dik l-esperjenza li kelli ma' Sirens fis- snin 90 baqgħet immarkata b'mod speċjali f 'qalbi. X'tikkummenta fuq il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo, Karl Izzo u t-tragward storiku li rnexxielu jwassal lil pajjzina għalih, hekk kif matul ix-xahar id- dieħel, Malta għall-ewwel darba fl- istorja se tkun qed tieħu sehem fil- Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo fis-Serbja? Karl Izzo barra li huwa ħabib tiegħi, huwa wkoll kowċ straordinarju tal-waterpolo u għandu passjoni kbira lejn il- waterpolo, fejn nistgħu ngħidu li dan huwa ħajtu. Barra minn hekk huwa jsegwi mill-qrib il-laqgħat li jkollhom il-kowċis tal-waterpolo fl-Italja, kif ukoll diversi logħbiet li fihom ikunu involuti timijiet Taljani fid-diversi kategoriji. Dan barra li jsegwi l-Kampjonati Ewropej u Mondjali tal-Waterpolo. Nerġa' ngħid li Karl Izzo jgħix għall- waterpolo u din l-imħabba kbira li huwa għandu lejn dan l-isport irnexxielu jittrasmettiha lill-plejers tiegħu, tant li rnexxielhom jiksbu kwalifikazzjoni storika għall- 38 illum | Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Il-Kowċ Leġġendarju tan-Nazzjonal Cristian Antony Muscat Sports Sandro Campagna - rebaħ dak kollu li għandu x'joffri l-waterpolo dinji, kemm bħala plejer kif ukoll bħala kowċ. F'Mejju li għadda, ġie inkluż fil-lista tal-100 sportiv Taljan, meqjusin bħala leġġendi. "Għandi mħabba kbira lejn Malta, speċjalment għall- fatt li dik l-esperjenza li kelli ma' Sirens fis-snin 90 baqgħet immarkata b'mod speċjali f 'qalbi"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015