Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 38 of 39

Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 | illum 39 tan-Nazzjonal Taljan tal-Waterpolo, is-'Settebello' Sports Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo, li se jsiru fis-Serbja f 'Jannar li ġej. Immoru lura għas-sena 2011 fejn mexxejt lill-Italja biex isiru champions tad-dinja tal-waterpolo. X'memorji għandek ta' dawn il-Kampjonati Mondjali li intom irbaħtu? Dan kien tragward importanti ħafna għalina minħabba l-fatt li sentejn qabel, fl-istess Kampjonati konna ddiżappuntajna bil-kbir fejn konna spiċċajna fil-11-il post. Iżda din l-esperjenza għallmitna li fl-isport meta jkun hemm il- preparazzjoni meħtieġa, kull tim jista' jikseb l-aqwa riżultati possibli. Bħala persuna li tant ksibt suċċess fil-karriera tiegħek tal-waterpolo kemm bħala plejer kif ukoll bħala kowċ, għaddi messaġġ ta' inkoraġġiment lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jibdew jipprattikaw il-waterpolo ġewwa pajjiżna. Malta hija gżira b'ħafna baħar, u għalhekk fis-sajf, wieħed jista' jilgħab il-waterpolo bl-aktar mod faċli. Iddevertu u mbagħad ħudu bis-serjetà dan l-isport li huwa sport li jinvolvi t-tim, waqt li huwa sport li jinvolvi saħħa fil-pitch, iżda li huwa sport li jgħallmek il-lealtà u l-onestà fil-ħajja. B'hekk, permezz tar-regolamenti li bħal kull sport ieħor għandu l-waterpolo, dan l-isport jgħallmek biex tirrispetta lill-avversarji tiegħek, lill-plejers sħabek u anki lil dawk il-plejers li forsi ma kellhomx il-kapaċitajiet tiegħek fil-logħba tal-waterpolo. Dan itik il-qawwa biex trabbi karattru sod fil-ħajja! F'Jannar li ġej, it-tim nazzjonali Malti se jkun qed jilgħab fil- Kampjonati Ewropej, u għalhekk ħafna tfal u żgħażagħ Maltin se jkunu qed isewgu lill-benjamini tagħhom fuq it-televixin u għalhekk ninsab ċert li dawn i-Kampjonati se jkunu qed jixprunaw lil dawn biex jibdew jipprattikaw il-waterpolo fil- futur qrib. "Karl Izzo jgħix għall-waterpolo u din l-imħabba kbira rnexxielu jittrasmettiha lill- plejers tiegħu, tant li kisbu kwalifikazzjoni storika għall- Kampjonati Ewropej" Ritratti: Chris Mangion Twieled f 'Palermo fi Sqallija fis-26 ta' Ġunju tal-1963 Huwa l-kowc tat-tim nazzjonali Taljan tal- waterpolo, iktar magħruf bħala s-'Settebello' Rebaħ id-deheb fl-Olimpjadi tal-1992 f 'Barcelona fi Spanja, bħala plejer man- nazzjonal Taljan Bħala kowċ, mexxa lin-nazzjonal Taljan biex isir champion tad-dinja tal-waterpolo fl-2011 Fis-snin 90, għamel staġun jilgħab f 'Malta ma' Sirens ASC, bħala plejer-kowċ F'Mejju li għadda, ġie nkluż fil-lista tal-100 sportiv Taljan, meqjusin bħala leġġendi Sandro Campagna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015