Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 | illum 31 SportSillum minn Cristian Antony Muscat Floriana .................... 2 Naxxar L ................... 1 Floriana tħabtu u batew iktar milli mistenni biex jgħelbu lil naxxar lions bl-iskor ta' 2-1, wara li dawru telfa f 'rebħa. Għal naxxar lions, li ftit tal-jiem ilu rriżenja għalihom il-president David Vella, din kienet it-tielet telfa konsekuttiva għalihom, u issa ġew maqbuża anki minn Qormi b'punt, u b'hekk bdiet tixgħel il-bozza l-ħamra għalihom. naxxar lions kellhom bidu tal- logħba mill-aqwa, hekk kif fetħu l-iskor wara biss disa' minuti logħob, meta minn cross mix-xellug ta' Daren Falzon, għola tajjeb andrew Scicluna, li permezz ta' daqqa ta' ras tajba, tefa' l-ballun wara Tyrone Gauci. Disa' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Greens ġabu l-iskor indaqs meta huma rebħu penalti wara li Mauricio Villa twaqqa' fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu Mario Fontanella, li ma żbaljax. Fis-76 minuta, Naxxar Lions, qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-captain Angus Buhagiar, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba, bit-tieni waħda jirċeviha wara fawl li huwa wettaq f 'nofs il-grawnd. Sitt minuti minn tmiem id-90 minuta, Floriana skorjaw il-gowl tar-rebħa, u li swiehom tliet punti prezzjużi, meta minn korner mix-xellug tal- captain Nicolas Chiesa, il-ballun ġie mxellef fid- deċiżjoni ta' Mauricio Villa, li mill-viċin tefa' ġewwa permezz ta' daqqa ta' ras preċiża. Floriana - Gauci, Monticelli, Pepe, Pisani, Clyde Borg, Villa, Scozzese, Piciollo, Bonnici (Scicluna 80'), Chiesa, Fontanella Naxxar L. - Azzopardi (Pecorella 68'), Scicluna, Lodetti, Cardozo, Sarina, Toure, Falzon (Bonnici 74'), Godar Pereira, Buhagiar, Lattes (Debono 58'), Tarlazis Vieira dos Santos Referi - Trustin Farrugia Cann NICOLAS HERNAN CHIESA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fis-26 ta' Mejju 1980 fl-Arġentina. Jilgħab fl-irwol ta' plejer ta' nofs il-grawnd u huwa l-captain ta' Floriana. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka f'din il-logħba, bla dubju huwa kien l-aħjar plejer fil- grawnd. Ingħaqad ma' Floriana fil-bidu ta' dan l-istaġun mingħand it-tim Taljan li jimmilita fil-Lega Pro, Lupa Castelli Romani. Floriana jdawru telfa f 'rebħa bi tbatija Ritratt - Ray Attard Ritratt - Jane Farrugia L-awtur tat-tieni gowl ta' Floriana, Mauricio Villa, jikkontrolla tajjeb il-ballun b'ħarsa lejn il-lasta avversarja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015