Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
22 illum | Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Insuċċessi fil-futbol u fil-films J. Bonnet Balzan, Balluta Stgħaġibt kif fl-ewwel ġimgħa ta' wiri, il-film ta' angelina Jolie, li parti minnu nħadmet f 'Malta, daħħal biss $9,500, waqt li l-film ta' James bond daħħal $40 miljun! Jista' jkun li din id-differenza fis-suċċessi u fl-insuċċessi għandha xi ħaġa komuni man-nuqqas ta' rebħ ta' kampjonati internazzjonali tat-tim tal-futbol ingliż? Dan l-aħħar immultiplikaw bil-gzuz il-kotba analitiċi fuq l-isports fosthom fuq il-futbol. Sa statisticians u ekonomisti serji ħabblu rashom biex jidħlu fil-fond f 'dan il-qasam. F'ktieb minnhom, miktub minn ekonomista u ġurnalista, waħda mill-konklużjonijiet hi li l-Ingliżi ilhom ma jerbħu f 'kampjonati internazzjonali minħabba l-fatt li l-maġġor parti tal-futbolers ġejjin biss minn klassi waħda tas- soċjetà li hi biss 40% rapreżentattiva tal-pajjiż. Skont l-istħarriġ li għamlu dawn il-kittieba, il-maġġor parti tal-futbolers ġejjin mill-klassi tal-ħaddiema tal-id, li hu handicap għaliex din il-klassi qed tnaqqas il-persentaġġ ta' firxa tagħha fil-pajjiż minħabba l-fenomenu mifrux fil-pajjiżi żviluppati tal-embourgeoisement, li numru dejjem jikber mill-popolazzjoni qed jidħlu fil-klassi tan-nofs, il-middle class. U membri tal-middle class, minn stħarriġ jidher li jħossu ruħhom bħal ħuta barra mill-ilma bħala futbolers għal diversi raġunijiet. Hekk il-catchment area ta' talent potenzjali hi waħda ristretta. Fattur determinanti fin-nuqqas ta' rebħiet jidher li hu dovut għall-fatt li nstab li hemm korrelazzjoni bejn attività intensa mentali u tattiċi tal-ballun. Iżjed mas-sinapsi tal-moħħ jaħdmu malajr u jindirizzaw sitwazzjonijiet kumplikati, bħal fin-negozju eċċ, iżjed jidher li dan jista' jiġi addattat għall-arena tal-futbol waqt logħba movimentata. Li qed jiġri hu li żgħażagħ b'talent, li ma jħossuhomx milqugħa fil-klabbs tal-ballun qed jagħżlu li jmorru bħal sports ieħor. Instab ukoll li sa ċertu età, d-desterità fiżika u t-talent ta' ħeffa sportiva tista' b'faċilità minn dixxiplina waħda tal-ballun tiġi indirizzata lejn logħba differenti wkoll bil-ballun. Iżda apparti mill-futbol, jista' wkoll jagħti l-każ li jekk fil- qasam tal-films qed jiġri xi ħaġa simili, bla dubju r-riżultati ma jkunux dawk mixtieqa. Per eżempju l-korsijiet biex jgħinu wieħed jidħol fil-qasam tal-films qed isiru kollha matul il-ġurnata u b'hekk jeskludu lil ħafna li f 'dawk il-ħinijiet ikunu impenjati bix-xogħol regolari tagħhom. Barra minn hekk, fi studji dwar l-għala ċerti pajjiżi jiżviluppaw iżjed minn oħrajn, instab li fattur determinanti hu kemm jiġi favorit parteċipazzjoni fl-innovazzjoni mill-inqas wieħed, ħaġa li wieħed jista' josserva li spiss tiġi skoraġġuta hawn. Għalhekk, is-suċċessi għandhom jitkejlu mhux fuq kemm indiviwu partikolari ħadem bħala extra, fejn hawn min ftaħar li ħadem f '5 films f 'sena, waqt li oħrajn ħadmu biss f 'wieħed għal ftit ġranet, iżda fuq ir-riżultati fit-tul. Naħseb li l-gate keepers f 'dan il-qasam bħalma ġara fl-imgħoddi ġieli jħallu barra lill-iżjed promettenti u jdaħħlu lill- 'ħbieb tal-ħbieb'? għandu jiġi kjarifikat li fl-intervista li dehret nhar il-ħadd 6 ta' diċembru, ma' alex Caruana, li hi , bl-ebda mod ma tiġġustifika jew taqbel ma' attakki li jsiru abbażi tar-razza, l-etniċità jew ir-reliġjon tal-persuna. F'dan il-każ, hi ma kinetx qed tirreferi għal-Lhud, li temmen li bħala grupp etniku/reliġjuż qatt ma jistgħu jingħataw il-ħtija kollettiva ta' dak li qed jiġri, imma saret biss referenza għad- dritt rikonoxxut taħt il-liġi internazzjonali tal-popli li jiġġieldu l-okkupazzjoni. Kjarifika Xena mill-film 'By The Sea'