Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
10 illum | Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Birdlife Malta tappunta kap eżekuttiv ġdid L-ikbar għaqda ambjentali f 'Malta, birdlife Malta appuntat lil Mark Sultana bħala l-kap eżekuttiv ġdid tagħha. Sultana kien wieħed mill-kelliema ewlenin tal- kampanja Shout u kien it- teżorier ta' birdlife Malta, waqt li ilu membru attiv tal-birdlife għall-aħħar 30 sena. Dwar il-ħatra ta' Mark Sultana, il-president il-ġdid ta' Birdlife Malta Darryl Grima qal, "L-għażla ta' Mark Sultana bħala kap eżekuttiv tal-ikbar għaqda ambjentali f 'Malta jikkoinċidi ma' mument importanti għal Birdlife Malta. Flimkien mal- kunsill tal-Birdlife, ser inkunu qed nagħtu bidu għal numru ta' proġetti kuraġġużi marbutin mal- ħarsien tan-natura flimkien ma' proġetti edukattivi, kif ukoll proġetti tal-Unjoni Ewropea magħrufin bħala LIFE PROJECTS. Il-fatt li Mark huwa Malti u għandu esperjenza estensiva f 'ħidma ma' għaqdiet lokali ser ikun importanti biex jassigura li jkollna success fil-miri tagħna." Min-naħa tiegħu Mark Sultana qal, "B'iktar minn 50 sena esperjenza, Birdlife Malta għandha ħafna x'toffri lil Malta u l-Maltin. Inħares biex nibni rabtiet ġodda mal-amministrazzjoni preżenti, għaqdiet ambjentali oħra, is-soċjetà ċivili u gruppi oħra. Fuq kollox però, huwa żmien li nibnu fuq is-suċċessi tagħna biex inħarsu l-biodiversità fraġli ta' Malta. Dan jista' jseħħ biss billi nippreżervaw aktar żoni għall-ġid komuni. Nemmen fil-Maltin u l-Għawdxin għax in-nies huma parti mill-ambjent naturali u għalhekk il- ħarsien ambjentali ifisser ukoll ħarsien u titjib fil- kwalità tal-ħajja tagħna." Mark Sultana għandu 42 sena u hu missier ta' żewġ subien u kien il-kap tal- operazzjonijiet u l-finanzi tar-Razzett tal-Ħbiberija għal sitt snin. Sentejn minnhom serva bħala General Manager. Meta Razzett u Eden ingħaqdu, ġie appuntat Chief Financial Officer ta' l-Inspire għal sitt snin. 'Bħala l-ikbar għaqda ambjentali f 'Malta huwa ż-żmien li nħarsu lejn sfidi ġodda fil-ħarsien tan-Natura u tibdil fil-klima'