Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 39

Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 | illum 7 Aħbarijiet Il-Milied tal-Maltin...bla Bambin? minn Veronica Lynn Mizzi DWAL, siġar tal-Milied, Christmas Fathers u tinsel. F'dan iż-żmien tas-sena, bosta mid-djar u t-toroq ikunu maħnuqa b'dawn id-dekorazzjonijiet, b'xi djar jidhru mimlijin daqs bajda u m'għandhomx post fejn ipoġġu iktar armar. Iżda f 'dan kollu, in-nies isibu post sabiex jarmaw xi maxtura bil-Bambin jew xi presepju li juri verament x'festa tkun qed tiġi ċċelebrata? Il-gazzetta ILLUM staqsiet diversi nies fil-Belt Valletta dwar it-tradizzjonijiet tagħhom relatati mat- tiżjin fi djarhom f 'dawn iż-żminijiet, u jekk dawn għadhomx isibu post għall- presepju jew bambin fost id-dekorazzjonijiet tagħhom. Din il-gazzetta staqsiet ukoll jekk jaħsbux li t-tiżjin sar jintrama iktar qabel minn kif kien jintrama żmien ilu. F'pajjiżi oħra bħall-Ingliterra, it-tiżjin fil-ħwienet, reklami u l-bumbardamenti dwar il- Milied, jibdew sa mill-aħħar ta' Ottubru, kif sostniet waħda mill-persuni li rrispondew għad-domandi tal-ILLUM. Mary Vella – Ħal Luqa Sr. Helen Briffa – L-Imsida Mario Mintoff – Belt Valletta Inez Vella Brincat – Tas-Sliema Raymond Tabone – San Pawl il-Baħar Arthur Darmanin – Kalkara Charlene Muscat –L-Imtarfa Anne Dalli – Gżira Bħala tiżjin tal-Milied, jien narma l-Bambin biss għax kemm ilu li mietli r-raġel, ma tantx bqajt narma. Ma narax li l-Bambini u l-presepji qed jinqatgħu għax donnu kulħadd għadu jarma xi ftit. Imbagħad meta jiġrilek xi mewt jew xi ħaġa ta' niket f 'dawk il-ġranet, qisek tibqa' lura. Aħna fil-kunvent narmaw ħafna, u nibdew minn kmieni biex sal- Kunċizzjoni jkollna kollox armat. Ma ngħidx li jinqatgħu il-Bambini u l-Presepji. Li naħseb li jiġri hu li n-nies ikunu mħabbtin u ma jsibux ħin, imma hi xi ħaġa ta' tradizzjoni li hi għal qalb kulħadd. Nibda nżejjen madwar l-ewwel ġimgħa ta' Diċembru u nħallih sas-sitta ta' Jannar. In-nies qishom qed iżejnu qabel, u jien ma naqbilx magħha għax ma tagħmilx sens li f 'Novembru li hu x-xahar tal- mejtin tibda żżejjen tal-Milied. It-tiżjin fid-djar qisu skont l-istil, għax iż-żgħażagħ donnhom ma jridux il-Bambini u l-Presepji. Lejn l-aħħar ta' Ottubru, fl-Ingilterra tista' tgħid li diġà jkun beda l-Milied, bir-riklami fuq it-televixin, il- kartolini fil-ħwienet, mhux bħal Malta. Però, t-tiżjin fid-djar jintrama' għall-ħabta tal-bidu ta' Diċembru. Hija iktar tradizzjoni ta' Malta li jintramaw Bambini u presepji, għax l-Ingilterra iktar ikun hemm tiżjin bid-dwal, siġar tal-Milied u tinsel. Iktar ma jgħaddi żmien, dejjem qed iżejnu qabel, u daqt se nispiċċaw inżejnu fis-sajf, għax fil-bidu ta' Novembru diġà tara xi tiżjin fit- toroq. Bambini u presepji għoddejt mal-11-il wieħed id-dar! Però nħoss li qed tiddaħħal l-idea li jekk tgħid 'Christmas' qisek se toffendi lil xi ħadd. Naħseb li pajjiżna għandu jżomm it-tradizzjonijiet tiegħu. Id-dar, nibdew narmaw għall- Milied qisu minn tliet ġimgħat qabel il-ġurnata propja u dejjem narmaw il-Bambin, imma ma nżejnux bil-Presepju. Ma naħsibx li jinqatgħu l-Bambini u l-Presepji, għax rajt ħafna mżejnin, anke fit- twieqi tad-djar int u għaddej. Normalment, narmaw id-dar fil-bidu ta' Diċembru għax inħobbuh il-Milied. Narmaw minn kollox id-dar, il-Bambin, presepju, siġra... Ma naħsibx li qed jinqatgħu l-Bambini u l-Presepji għax qisha parti mir- reliġjon tagħna, u hi tradizzjoni. Fit-8 ta' Diċembru nibda nżejjen id-dar, u nagħmel il-ġulbiena a la antika, biex sal-Milied tkun kibret eżatt biex inkun nista' nagħmilha mal-Bambin. Dawn iż-żgħażagħ illum, ma jridux jafu imma l-Bambin jagħmel sabiħ, u hija tradizzjoni sabiħa. Ritratti: Ray Attard Ritratt: Għaqda Ħbieb tal-Presepju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015