Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

minn Albert Gauci Cuuningham Fil-bidu tas-sena d-dieħla l-Gvern se jkun qed jippreżenta White Paper bi proposti mmirati li jtejbu u jirregolaw is-settur u l-professjoni tan-negozju tal-bini. Fil-fatt l-illuM huwa infurmat illi l-Gvern qed jipproponi li jintroduċi kodiċi ta' prattika li għandhom iwasslu biex kull persuna li għandha impjieg f 'dan is-settur tkun liċenzjata fil-bejgħ tal- proprjeta. Il-White Paper se tkun qed tħares lejn diversi prattiċi fothom il-kiri, il-bejgħ kummerċjali, il-maniġment tal-kondiminju u l-bejgħ internazzjonali. Se tkun qed tikkunsidra t-twaqqif ta' entità li jkollha l-għan li tirregola l-proprjetà u sservi ta' fora fejn l-iżviluppaturi u n-negozjaturi jiddiskutu l-promozzjoni ta' proprjetà ta' kwalità u s-sostenibilità tas-suq. Organizzazzjoni li tivverifika l-kodiċi ta' prattika L-ILLUM jinsab infurmat li l-White Paper se jwassal għal kodiċi ta' prattika fil-mod kif jaħdmu l-impjegati fis- settur b'organizzazzjoni li se tkun qed tivverifika li fil-fatt dawn il-kodiċi qed jkunu segwiti. Apparti minn hekk, din se tkun qed tippromovi l-professjoni permezz ta' taħriġ u edukazzjoni professjonali u skema li permezz tagħha jkun indirizzat nuqqas ta' ftehim li jista' jseħħ bejn il-partijiet kollha involuti. Meta l-ILLUM tkellem mas-Segretarju Parlamentari għall-kompettività u t-tkabbir ekonomiku Josè Herrera, dan fakkar kif b'kollox hawn 12-il pajjiz fl-Unjoni Ewropea li jirregolaw dan is-settur u fakkar ukoll kif regolati jew le, il-professjonisti f 'dan il-qasam xorta għandhom ikunu familjari ma' ċerti regolamenti, fosthom l-'Energy Performance on Buildings', id-Direttiva tal- Medjazzjoni u anke direttivi marbutin mal-ħasil tal-flus. 'irridu nassiguraw l-ogħla livell ta' protezzjoni' Herrera sostna li peress li għal ħafna nies, ix-xiri ta' dar jew proprjetà huwa, "wisq probabli l-akbar investiment matul ħajtu, u għalhekk il-flejjes huma kbar u l-investiment l-istess. Għalhekk bħala Gvern nemmnu li kemm il-bejjiegħa u anke x-xerejja għandhom dejjem ikunu offruti l-ogħla livell ta' protezzjoni u li l-intermedjarju li qed jgħinhom jaslu għal din id-deċiżjoni ikun marbut bid-dmirijiet u obbligi etiċi u professjonali." Herrera aċċerta li dawn il-bidliet mhux qed isiru minħabba li n-nies jew kumpaniji li qed jaħdmu f 'din l-industrija qed jagħmlu xogħolhom b'nuqqas ta' diliġenza, "imma nemmnu li issa huwa ż-żmien li nirregolaw din l-industrija wara diskussjoni wiesgħa mal-istakeholders kollha." is-sensara esklużi Intant is-Segretarju Parlamentari qal mal- ILLUM li s-sensara mhux se jkunu inklużi f 'dawn it-tibdiliet. Minkejja dan, huwa għamilha ċara li meta jitkellem dwar sensara qed jirreferi għal dak l-intermedjarju li ma jirreklamax is-servizzi tiegħu ħlief permezz tal-kelma, li ma jimpjegax nies u li joffri s-servizzi tiegħu fil-konfront ta' proprjetajiet fil-madwar u l-viċinanzi tiegħu. illum | Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Taħriġ u liċenzji proposti fil-White Paper għall-Aġenziji tal-Proprjetà 'Il-Bona ħataf u sawwat l-aħħar persuna li għamlitlu rapport' l-aħħar persuna li kienet għamlet rapport lill-pulizija fuq anthony borg, magħruf bil-laqam "Twanny l-bona" kienet sfat maħtufa, msawta u abbużata sesswalment minnu. dan qalu l-avukat Joe Giglio ilbieraħ, hu u jagħlaq is-sottomissjonijiet tad-difiża fil-ġuri ta' allan Galea. Galea, bejjiegħ fuq il- monti ta' Marsaxlokk, jinsab mixli bl-omiċidju voluntarju ta' Borg, li miet wara li qala' tliet daqqiet ta' sikkina mingħand Galea fil-pjazza tal-istess raħal fl-2010. Tiri t'arma tan-nar kienu ġew sparati minn Borg waqt il- konfrontazzjoni. Id-difiża ta' Galea, l-avukati Joe Giglio, Giannella De Marco u Steven Tonna Lowell, qegħdin isostnu li l-imputat niffed lil Borg biex jiddefendi lilu nnifsu wara li Borg kien spara diversi tiri, għalkemm m'hemmx qbil jekk kinux fl-ajru jew lejn l-imputat - immedjatament qabel ma nqatel. Balla mhux sparata kienet instabet taħt il-katavru ta' Borg u qed jiġi ppostulat li dan tal-aħħar kien qiegħed jerġa' jikkarga l-arma, għaliex ma kienetx ħadet, meta safa maqtul. Tkompli f 'paġna 6 ... Josè Herrera jgħid li jrid jaċċerta l-aqwa livell ta' protezzjoni lill-konsumatur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015