Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 39

Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 | illum 21 Editorjal ILLUM, MedIaToday LTd, VjaL Ir-rIĦan, San Ġwann SĠn 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Mhux ta' b'xejn in-nies għejjew mill-politika M hux ta' b'xejn, kif irrimarka d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista fl-artiklu tiegħu fuq din il-gazzetta illum, li l-poplu tant xeba' jisma' litanija ta' akkużi u kontro-akkużi, li dal-ġranet sar jippreferi jara dramm milli jsegwi dak li qed jiġri fil- politika. Din il-gazzetta tħoss li dak li qed jiġri fil-politika bħalissa huwa verament sfortunat. Il-politika, li għandha tkun il-qsim u d-dibattitu dwar l-ideat, spiċċat logħba ta' min se jħammeġ l-iktar u meta dak il-ponn ħmieġ se jħalli l-aħjar effett biex ikun jista' jnessi u jaljena minn inizjattiva jew miżura pożittiva li jkun ħa l-Gvern jew l-Oppożizjoni. Rajna lill-Partit Nazzjonalista jagħmilha diversi drabi u issa kien imiss lill-Partit Laburista, patta ma patta hux? Bħal-lum ġimgħa, il-PN ħareġ numru ta' proposti dwar il-governanza. Iva, nistgħu nfakkru li meta l-PN kien fil-Gvern ma kien ta' eżempju xejn fejn tidħol il-meritokrazija. Fil-fatt, minkejja l-ħafna għajjat ta' meritokrazija l-idea, lil hinn mit-torri tal-avorju, kienet li Gvern Nazzjonalista kien sar Gvern taċ-ċrieki, fiċ-ċrieki. U iva nistgħu nfakkru wkoll li l-PN kellu ċ-ċans kollu li jwettaq dawn l-miżuri fil-25 sena li għamel fil-Gvern, u ma wettaqhomx. Imma nkunu superfiċjali daqstant jekk nieqfu hemm u minħabba dawn il-fatturi leġittimi narmu l-proposti daqslikieku ma sarux. Fost il-punti proposti li din il-gazzetta taqbel magħhom hemm l-introduzzjoni tal- votazzjoni elettronika u li jkun hemm żewġ terzi ta' maġġoranza Parlamentari biex jinħatru uffiċjali pubbliċi bħal Pulizija u Kapijiet tal-Armata. L-ewwel waħda tagħmel ħafna sens, speċjalment jekk kellek ix-xorti (jew l-isfortuna) li tkun parti mill-proċess ultra burokratiku u arkajku ta' kif jingħaddu l-voti f 'pajjiżna. Karti u kontro-karti, tisbit, kjuwijiet, insomma karnival kull ħames snin jew kull meta l-poplu jissejjaħ għall-vot. U la qed insemmu l-vot u l-elezzjoni, insibu l-proposta ta' referendum propożittiv bħala waħda li tagħmel ħafna sens. B'referendum simili, il- poplu jista' jivvota mhux biss biex ineħħi liġi, imma wkoll biex jipproponi waħda. Tagħmel sens il-proposta li l-uffiċjali pubbliċi għandhom jinħatru b' maġġoranza ta' żewġ terzi fil-Parlament. Wasal iż-żmien li jinqatgħu dawn il-polemiċi bla waqfien dwar min huwa ta' liema kulur u jekk ingħata pożizzjoni għolja fil-pajjiż għax huwa 'tal-qalba'. Naturalment il-PN, f 'dawn is-sentejn, ma waqafx jikkritika lil prattikament kull min spiċċa f 'xi pożizzjoni, mill-Korp tal-Pulizija sa min qiegħed fuq bord, anke jekk għandu jew għandha kull kwalifika neċessarja. Imma dan m'għandux iwaqqaf lill-Gvern milli jimplimenta miżura bħal din. Il-Gvern jeħtieġ jara lil hinn mill-kritika partiġġjana u jimplimenta miżuri li jagħmlu sens għall-pajjiż u jekk għall- pajjiż jaqbel li jinbena kunsens fuq kull kariga sensittiva u ta' ċerta portata, mela hekk għandu jsir. Min-naħa l-oħra, din il-gazzetta ma taqbilx ma' żewġ proposti partikolari, jiġifieri dik tal-kwota ta' nisa f 'appuntamenti pubbliċi u l-Ministeru għad-drittijiet taċ-ċittadin. Nibdew minn tal-aħħar. Sabiħ fit-titlu, imma fil- prattika, dan il-Ministeru jista' jiftaħ bibien għal aktar klijenteliżmu. Fil-fatt, ta' min ifakkar li oriġinarjament, dan l-istess Ministeru- propost kien ingħata l-isem ta' Ministeru għall-Ilmenti. U ilmenti x'jifhem bihom il-poplu? Jifhem bihom li huma dawk il-problemi, minn daqqiet ġustifikati u drabi oħra le, li jippretendi li jieħu quddiem il-Ministru, u li jiġri, x'jiġri għandhom ikunu solvuti. Sfortunatament, għalkemm nifhmu l-ispirtu li biha qalha, il-fatt li l-kelliem għal Għawdex tal-PN Chris Said ikkritika l-fatt li l-Ministeru għal Għawdex illum ma baqax il-factotum ta' kollox fit-13-il distrett u donnu jrid li l-istess Ministeru jerġa' jmur lura għal li kien, ma tantx jawgura tajjeb. Ma jawgurax tajjeb, għax kulħadd jaf li s-sistema ta' imperu, minflok Ministeru, li nbena taħt Gvernijiet Nazzjonalisti f 'Għawdex, il-klijenteliżmu mhux talli naqas, talli kien sar l-ordni tal-ġurnata. Ma naqblux lanqas mal- kwota għan-nisa, għas- sempliċi raġuni li nemmnu li n-nisa m'għandhomx bżonn kwoti biex jirnexxu. Nisa ta' kalibru u ta' ambizzjoni hawn daqs kemm hawn irġiel, jekk mhux aktar, u l-aħjar mod kif jirnexxu dawn in-nisa huwa billi l-istat iħallihom liberi jaslu sal-quċċata waħedhom u jagħmlilhom ħajjithom faċli, kif fil-fatt inħossu li qed jagħmel dan il-Gvern. Hija ħasra li minflok qed niddiskutu proposti politiċi b'mod matur u b'moħħ miftuħ, iż-żewġ partiti reġgħu ntilfu jitgħajru u jitħammġu. Mhux ta' b'xejn il-poplu jippreferi jara xi dramm milli jisma lill-politiku. Mhux ta' b'xejn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015