Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 | illum 3 Aħbarijiet AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Debono jipproponi li l-immigranti jħallsu tariffa minflok taxxa tad-dħul Wara l-istorja li ppublikat din il-gazzetta dwar immigranti li qed jinġabru mill-Marsa u jitħallsu bejn €3 u €5 għal ġurnata xogħol, l-ILLUM staqsa lis-Sindku tal-Marsa jekk ressaqx xi proposti jew ilmenti dwar dan l-abbuż li qed iseħħ fil-lokalità li jmexxi hu stess. Huwa spjega kif bħala Kunsill kienu ressqu xi ilmenti mal- pulizija għax xi residenti kienu qed iħossuhom "skomdi" bil-preżenza ta' klikkek, speċjalment fil-ħinijiet ta' filgħaxija. Semma kif hemm ħwienet tax-xorb li filgħaxija qed jattiraw għadd imdaqqas ta' immigranti li jispiċċaw jikkunsmaw l-alkoħol u jwettqu xi ħsarat fl-akwati. "L-inkwiet tagħna hu li dawn il-postijiet tax-xorb qegħdin qrib postijiet fejn jinġabru t-tfal," saħaq Debono. Ippressat iżda biex jgħid x'iħoss li għandu jsir dwar dan iċ-ċirku ta' abbuż li qed iseħħ fil-Marsa, Debono ppropona li l-immigranti jibdew jinġabru għall-ġranet tax-xogħol miċ- ċentru miftuħ tal-Marsa stess. "Hemm bżonn li tinħoloq sistema, bħal uffiċċju fiċ- Ċentru Miftuħ tal-Marsa stess, fejn l-immigranti jirreġistraw għax-xogħol u jkun post minn fejn jistgħu jinġabru għal xogħol temporanju. B'hekk, ma jibqax ikollna ħafna immigranti jistennew fuq il-bankini." Il-proposta ta' Debono hija simili ħafna għal dak li ressaq il-Gvern fil-miżura biex jitwaqqaf Immigration Work Office. Simili għal dak li tressaq mill-Gvern, dan 'l-uffiċċju' jirreġistra ħaddiema immigranti u persuni li jkollhom bżonn ħaddiema. Fil-Baġit għall- 2016 il-Gvern jagħmilha ċara li l-kundizzjonijiet u l-ħlas mill-impjieg jeħtieġ ikunu legali u jżid jgħid li dan għandu jsir sakemm ma jkunux żvantaġġjati l-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Dwar din l-aħħar parti tal-proposta iżda, ftit li xejn ingħataw dettalji s'issa. Debono jkompli billi jistaqsi, "x'inhi l-problema li jinġabru miċ-ċentru miftuħ stess? B'hekk tkun taf kemm u ma' min qed jaħdmu, mhux ħadd ma jaf xejn." Fejn il- proposta ta' Debono tista' tkun differenti minn dak li qed jipproponi l-Gvern huwa meta Debono jgħid li l-immigranti, "għandhom iħallsu tariffa ċkejkna, minflok taxxa, lil dan l-uffiċċju." Debono spjega li l-kwistjoni tal-immigranti fil-Marsa hija waħda li taħraq ħafna, għax "jekk nitkellem kontra, jgħiduli razzist u jekk naqbeż għalihom, jgħiduli li jien kontra Malta." 'Hemm bżonn ta' kuntratti ta' xogħol ċari' - Josef Vella UĦM 'Din hija parti mill-ġlieda kontra l-prekarjat' - Josef Bugeja GWU Josef Vella, il- President tal-UĦM saħaq li "kulħadd huwa konxju bil-problema tal-immigranti li qed jinġabru għax-xogħol mill-Marsa, u anke jekk ma tgħaddix mill- Marsa, xorta kulħadd rahom fuq it-televiżjoni." Mitlub iwieġeb b'mod konkret, x'jaħseb li tista' tkun is-soluzzjoni għal din il-problema, Vella insista li hemm bżonn working contracts ċari. Huwa spjega li "m'hemmx bżonn ta' sempliċi working permits, imma kuntratti ċari ta' impjieg." Għal aktar minn darba, Josef Vella saħaq li dak li qed jiġri fil-Marsa mhu xejn għajr abbuż. "Huwa inutli li nippruvaw noqogħdu nużaw il-kelma prekarjat, għaliex dak li qed iseħħ huwa abbuż." Saħaq li biex tiġi indirizzata din il-problema, hemm bżonn li s-soluzzjoni tiġi mmirata lejn il-prekarjat, għax skont hu, il-problema tal-immigranti jistennew għax-xogħol fil-Marsa, jaqgħu taħt dik il-famuża umbrella ta' nies li qed isofru minn xogħol prekarju. "Jekk tinstab soluzzjoni għal prekarjat, tinstab soluzzjoni finali għal din il-problema ukoll," baqa jinsisti Vella. Vella tenna li hemm bżonn li kull min jaħdem ikollu kuntratt, anke dawk tal- Marsa. Iżda forsi wieħed faċli jgħid ħaġa bħal din mingħajr ma jaħseb li, sfortunatment, Malti għadu jsibha diffiċli jorbot kuntratt ma' immigrant li ma jaf xejn dwaru. Huwa għalhekk li qed nistaqsu, 'Kif qed timmaġina li Malti se jibda jagħmel kuntratt qabel jiġbor il-ħaddiema mill- Marsa?" Vella sostna li, "Jekk qed iħossuha diffiċli biex iħaddmu lill-immigranti b'kuntratt, mela ma jħaddmuhom xejn." Il-Membru Parlamentari Claudio Grech, li kien il-moħħ wara d-dokument li nieda l-PN 'Ekonomija għan-Nies', qal li l-problema li hemm fil-Marsa fiha tliet aspetti. Semma l-lat ekonomiku fejn dawn il-persuni qed jaħdmu mingħajr ktieb u b'rati baxxi minn dawk tas-suq. It-tieni aspett huwa dak uman, meta kkwota d-dokument 'Ekonomija għan-Nies' u semma l-enfażi li saret fuq id- dinjità tal-bniedem. "M'għandi l-ebda dubju li l-prattiċi li qed jiġu mħaddna f 'dawn l-oqsma huma l-agħar eżempju tad- dinjità," żied jgħid Grech. B'reazzjoni għall-artiklu tal-ILLUM, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja irrefera għall- proposti li l-istess union kienet ressqet lill-partiti politiċi qabel l-elezzjoni tal-2013. Il-GWU kienet issuġġeriet li biex ikun ikkontrollat l-abbuż u l-isfruttament tal- immigranti, titwaqqaf awtorità li tkun taqa' taħt l-ETC li tkun responsabbli li tipprovdi x-xogħol lil "din il-kategorija ta' ħaddiema." Permezz ta' din l-awtorità, l-impjieg ta' immigranti jsir illegali jekk dawn ma jkunux reġistrati mal-ETC. Saħaq li din l-awtorità, "għandha tara li l-pagi u l-kundizzjonijiet tax- xogħol li jingħataw lill- ħaddiema immigranti huma dawk kif provduti fil-liġijiet ta' pajjiżna." Fl-aħħar Baġit li ppreżenta l-Gvern, il- Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li kien se jniedi proċess ta' konsultazzjoni biex jitwaqqaf Immigration Work Office. L-għan tal- uffiċċju se jkun li jipprovdi xogħol temporanju għall- immigranti u biex jirregola dan is-settur. Simili għar-risposta tal-UĦM, Bugeja wkoll iqis li l-ġlieda kontra l-isfruttament ta' dawn il- persuni, jaqa' taħt il-ġlieda kontra l-prekarjat. Saħaq li impjieg jitqies prekarju meta hemm, "paga baxxa li taqa' taħt dik stabbilita mil-liġi, impjieg mhux garantit, nuqqas ta' tħaris tad- drittijiet tal-ħaddiema, bolla mhux imħallsa, ċaħda għal sħubija fi trade union u bdil kontinwu tax- xogħol." Il-Membru Parlamentari Laburista Silvio Parnis, li ta' kuljum jgħaddi mill-Marsa u jara b'għajnejh għadd kbir ta' immigranti jistennew fuq il-bankini tal-Marsa, qal li jifhem li din hija problema kbira u semma' kif din toħloq anke detriment għall- propjetà f 'din il-lokalità. "Dawn huma ħlejjaq umani bħalna. Għandhom dritt li jaqilgħu x'jieklu, imma jiena kontra li jintużaw b'dan il- mod," saħaq Parnis. Mistoqsi dwar x'soluzzjoni tista' tinstab, huwa spjega li hemm bżonn ta' integrazzjoni. Semma li hemm bżonn li l-immigranti fil-Marsa u dawk li jkunu jridu jaħdmu, jiġu organizzati sew, filwaqt li tenna fuq il-fatt li bħal ħaddieħor, dawn għandhom jingħataw iċ-ċans jaħdmu. L-ILLUM staqsa jekk Parnis, bħala Membru fl- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, ressaqx xi rapport jew jekk qatt qajjem din il-kwistjoni fil-Parlament. Huwa wieġeb li ftit tal-ġimgħat ilu, kien ressaq mistoqsija parlamentari dwar il- prostituzzjoni fil-Marsa. Insista li l-Marsa għandu jiġi meqjus bħal lokalitajiet oħrajn anke permezz ta' regoli li jorganizzaw iktar il-ħidma ta' dawn l-immigranti. L-unions u l-politiċi jgħidu tagħhom dwar l-istorja tal-ILLUM 'Dan huwa l-agħar eżempju ta' dinjità tal-bniedem' – Claudio Grech 'Hemm bżonn ta' integrazzjoni' - Silvio Parnis