Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 | illum 23 TELEVIXIN Eurovision L-20 Semi Finalista għall-Malta Eurovision Maxine Pace – Young Love Brooke – Golden Dominic – Fire Burn Franklin Calleja – Little Love Deborah C – All Around the World Raquel Galdes – Flashing Lights Stefan Galea – Light Up My Life Corazon – Falling Glass Lawrence Gray – You're Beautiful Jasmine Abela – Alive Kimberley Cortis – Lighthouse Daniel Testa – Under the Sun Domenique Azzopardi – Empty Hearted Maxine hija wiċċ ġdid għal dan il-festival iżda diġà hija familjarji ma' wħud mit-telespettaturi. Pace tippreżenta programm televiżiv u fl- 2013 ħarġet l-ewwel single tagħha bl-isem ta' 'Fed Up'. Għalkemm Brooke mhix wiċċ familjari, din hija l-ewwel darba tagħha li se tieħu sehem f 'dan il-festival. Fi tfulitha kienet tippreżenta għadd ta' programmi u minkejja l-età żagħżugħa tagħha, diġà kellha diversi esperjenzi ta' kant barra minn xtutna. Dominic huwa eżempju ħaj ta' kif qatt m'għandek taqta' qalbek. Wara snin twal jipprova biex jasal fl-aħħar fażi tal- fesitval, is-sena l-oħra rnexxielu. Din id-darba għamilhom tnejn wara xulxin u mistenni jingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ dalwaqt, wara li ppropona live fuq it-TV. Franklin Calleja wkoll huwa wieħed mill-kantanti stabbiliti. Sa mill-ewwel dehra tiegħu f 'dan il-festival ġibed l-attenzjoni ta' ħafna u saħansitra fl-aħħar edizzjoni ikkompeta b'kanzunetta miktuba minn Alexander Rybak, ir-rebbieħ Norveġiż tal-Eurovision 2009. Deborah C hija kantanta Għawdxija li fl-2012 ħadet sehem għall-ewwel darba f 'dan il-festival. Minn dakinhar qatt ma falliet kwalifikazzjoni fil-finali tal-Malta Eurovision. Raquel hija kantanta b'vuċi unika. Ħadet sehem għall-ewwel darba f 'dan il-festival fl-2013 u l-istil tal-kanzunetti tagħha ġeneralment ikun wieħed partikolari. Dan l-aħħar bdiet taħdem fuq materjal ġdid. Għal Stefan Galea se tkun l-ewwel dehra tiegħu f 'dan il-festival iżda ilu jkanta minn meta kien għadu żgħir. Fl-2011 ħareġ l-ewwel single tiegħu u dan l-aħħar għamel audition f 'X Factor tal-Ingilterra. Kantanta oħra stabbilita hi Corazon, li se nerġgħu narawha f 'dan il-festival prestiġjuż. Corazon apparti li hija kantanta, hija wkoll preżentatriċi u nutara. Corazon tħobb tkanta kanzunetti bil- Malti u rebħet diversi drabi l-festival tal-Għanja tal-Poplu. Bla dubju Lawrence Gray mhux wiċċ ġdid għal dan il-festival. Gray kien viċin kemm-il darba biex jikseb rebħa f 'dan il-festival u jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision. Bħala kantant b'vuċi b'saħħitha, huwa sinonimu mal-ballads. Jasmine ukoll hija ġdida f 'din il-kompetizzjoni. Ilha tkanta għal diversi snin u tlett snin ilu ħadet sehem u rebħet waħda mill-kategoriji f 'festival lokali marbut ma' Sanremo Junior. Isem ġdid ieħor huwa dak ta' Kimberley Cortis. Hija tkanta ma' band u ġieli rajnieha mistiedna biex tkanta fuq programmi televiżivi lokali. Żgur li din l-esperjenza ġdida se tgħinha tistabbilixxi ruħha fil-qasam mużikali lokali. Daniel Testa ilu jkanta sa minn età żgħira. Niftakruh fl-2008 jikseb ir-raba' post fil-Junior Eurovision Song Contest. Fil-festival tal-2014 huwa iddebutta bid-diska 'One Last Ride' u ġie fit-tielet post. Din se tkun it-tielet dehra tiegħu fil-Malta Eurovision. L-iktar isem kwotat f 'din il-kompetizzjoni huwa bla dubju dak ta' Ira Losco. Hija ħarġet numru sew ta' albums u imminentament se toħroġ materjal ġdid. Losco diġà ħadet sehem fil-Eurovision Song Contest fejn fl-2002 ġiet fit-tieni post permezz tad-diska '7th Wonder'. Jessika hija waħda mill-kantanti stabbiliti fix-xena lokali. Apparti li hija għalliema tal- Ispanjol, hija wkoll attriċi f 'serje televiżiva lokali. Wara li l-kanzunetta 'Hypnotica', li ħadet sehem biha fl-2014 għamlet suċċess fix-xena lokali, Jessika kienet iddeċidiet li toħroġ din il-kanzunetta forma ta' video mużikali. L-ewwel darba li Domenique rajnieha f 'din il- kompetizzjoni kien fl-2011 meta dakinhar kantat kanzunetta oriġinarjament miktuba għal Lena, li kienet ir-rebbieħa Ġermaniża tal-Eurovision 2011). Minn dakinhar qatt ma ħarset lura u se nerġgħu narawha fl-edizzjoni li jmiss. Kimberley Cortis – Jessika – The Flame Ira Losco – That's Why I Love You – Chameleon (Invincible) wkoll huwa wieħed Dario Mifsud Bonnici – I Love You Dario huwa wieħed mis- sitt uċuħ ġodda f 'dan il-festival. Minkejja dan, huwa għandu esperjenza estensiva fil-kant u bħalissa jinsab jgħallem il-vuċi f 'La Voix Academy. Sarah Crystal – Right Here With You Danica Muscat – Frontline Sarah Crystal se nkunu qed narawha għall-ewwel darba. Il-kanzunetta tagħha hija maħduma f 'kollaborazzjoni ma' Dj Toby. Minn żmien għal żmien, lil Sarah ġieli rajniha tkanta fuq programmi tat-televiżjoni. Danica Muscat hija kantanta żagħżugħa u omm, li s-sena l-oħra kantat kanzunetta dwar binha. B'vuċi stupenda u soda, Danica kienet anki ħadet sehem f 'Io Canto preżentat minn Gerry Scotti fl-Italja. qalbek. Wara snin twal jipprova Il-kantanta li fl- aħħar edizzjoni ġiet fit-tieni post se tkun qed terġa' tittanta xortiha f 'dan il-festival. Christabelle li ftit tal- jiem ilu reġgħet gradwat mill- Università ta' Malta għandha esperjenza vasta fil-kant. Hija studjat il-vuċi u t-teknika f 'Mount Saint Mary's College f 'Hollywood, l-Amerka. Christabelle Borg – Kingdom Edward Montebello dwar il-kantanti li jixtiequ jirrapreżentaw lil Malta fl-Iżvezja