Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 39

12 illum | Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 minn John Busuttil Skont l-istoriku Joseph Bezzina, Malta u Għawdex tfaċċaw mill-baħar madwar 15-il miljun sena ilu. Dak iż-żmien din l-art kienet estensjoni fuq in-naħa t'isfel tal-massa kontinentali tal-Ewro-Ażja. Madwar 15-il elf sena ilu, l-art li kienet tgħaqqad lill- gżejjer Maltin man-naħa ta' fuq tal-Afrika, imbela mill- baħar u l-gżejjer Maltin baqgħu waħedhom f 'nofs il-Mediterran. Wara eluf ta' snin li dawn il-gżejjer ma kinux abitati, grupp ta' nies minn Sqallija waslu Malta madwar 7,000 sena ilu u kkolonjalizzaw il-gżejjer. F'Malta hu magħruf li l-ewwel abitanti kienu pre- neolitiċi fil-fażi ta' Għar Dalam. F'Għawdex, fl- istess żminijiet kien hemm l-ewwel abitanti fl-għerien ta' 'Il-Mixta' li jinsabu ħdejn Santa Luċija. Ix- xogħol tal-fuħħar li nstab fil-Mixta juri li kien aktar antik minn dak li nstab f 'Għar Dalam, madwar 500 sena qabel, fejn dan iż-żmien hu magħruf bħala l-fażi ta' Għajn Għabdun. Jekk dan hu minnu, allura Santa Luċija probabbilment kien l-ewwel post abitat fil- gżejjer Maltin. Dan l-isfond tal-istorja tar-raħal ċkejken ta' Santa Lucija wassalni biex nagħmel kuntatt ma' Joseph Mizzi, persuna li dan ir- raħal hu l-mimmi t'għajnejh u hu ferm kburi li hu minn hemm. Iltqajt miegħu fil-pjazza ħelwa quddiem il-knisja medjevali tar-raħal u hemmhekk qattajna ftit ħin nitkellmu dwar ir-raħal, it-tradizzjonijiet, il-festa u l-folklor. Fil-fatt, Joseph u erba' ħbieb oħra ħolqu bejniethom 'Fondazzjoni ta' Klula' li tieħu ħsieb li l-istorja ta' dan ir-raħal u t-tradizzjonijiet tiegħu ma jmutu qatt, filwaqt li l-istorja u l-ġmiel tal-madwar jitpoġġew fuq diversi kotba li nħarġu, miktuba mill- istoriku Joseph Bezzina. Mizzi li għandu 67 sena u qabel irtira kien jaħdem bħala tekniku tat-telefon qalilna li fir-raħal jgħixu 450 persuna u anke jekk ir-raħal jagħmel parti minn Ta' Kerċem bħala kunsill u parroċċa, huma jqisu lilhom infushom bħala residenti ta' Santa Luċija u mhux Kerċemiżi. Urieni wkoll it- triq li twassal għal Ta' Klula li minnu ħareġ l-isem tal- fondazzjoni. Il-Festa ta' Santa Luċija Illum tiġi festeġġjata l-patruna tar-Raħal li jġib l-istess isem, Santa Luċija li hi Għawdex Santa Luċija: Ir-raħal fejn • Probabbli l-ewwel post abitat fil-gżejjer Maltin • Illum il-festa ta' Santa Luċija li ilha tiġi ċċelebrata 25 sena • Ir-raħal li fih ma jeżisti l-ebda ħanut u x-xiri kollu jsir permezz ta' vannijiet Għaliex għandek tirreklama fuq illum.com.mt? ĊHPSHOIXTMHZLEJĢDWHPDLOIXTHDUULJR#PHGLDWRGD\FRPPW REKLAM 1 REKLAM 2 R E K L A M 3 $ġ%$5,-,(7 ,WWLHQL OLNWDUVLWELO0DOWLOL MDUDZKQLHV 300,000 YLŧLWDWXU À[[DKDU 93.5% WDOYLŧLWDWXULKXPD PLQQ0DOWD 13.5K LIKES IXT)DFHERRNIҋVHQD Mara liebsa niqab tirraporta l-għassa li ġiet insulentata u l-pulizija tgħidilha: 'Ma tagħtihx tort hux' Tikteb ittra lil Marlene Farrugia u titlobha li toħroġ għal elezzjoni biex titkellem f 'isem il-verita Paceville: Tliet snin u nofs fuq l-ixkaa 'Kemm ilu l-Labour l-Gvern qatt u qatt ma kellna indħil' - Peppi Azzopardi Kont nixrob 8 iexken vodka l-ġimgħa…3 kaxxi Red bull...u niżen 298 kilo Il-pjazza u l-knisja medjevali ta' Santa Luċija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015