Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
28 illum | Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Kummerċjali L-aqwa dehra fil-klassi tagħha: L-Opel ADAM S tirbaħ premju għad-disinn tagħha Opel żgħira, b'isem kbir: L-ADAM S, il-karozza ħafifa u kompatta, kienet fost il-karozzi li rebħet l-aqwa premjijiet mogħtija mill-qarrejja fl-'autonis – Best Design Newcomer 2015'. Maġġoranza qawwija mis-17,000 parteċipant ivvutaw għall-Opel ADAM S bħala l-karozza bl-aqwa dehra fil-klassi tagħha. "17,000 qarrejja ma jistgħux ikunu żbaljati! Il-premju konvinċenti li rebħet l-ADAM S hi konferma fantastika tal-filosofija li nħaddnu fid-disinn: Arti fl-Iskultura li tiltaqa' mal-Preċiżjoni Ġermaniża. Flimkien ma' dan, l-ADAM tibbrilla fl- istil individwali b'diversi possibbiltajiet li toffri, u li tagħti lil kull klijent l-opportunità li joħloq il-karozza ADAM personali b'għażliet u l-gosti tiegħu," qal ferħan bis-suċċess miksub, Mark Adams, Viċi President responsabbli mid-Disinn fl-Ewropa, fiċ- ċerimonja tal-premjijiet fi Stuttgart, fil-Ġermanja. Il-premju mogħti mill- qarrejja tal-autonis, organizzat mill-magazin tal-karozzi auto motor und sport, isegwi sett ta' regolamenti: Kull parteċipant jista' jivvota u jagħti żewġ valutazzjonijiet pożittivi u tnejn negattivi. Ir-riżultat finali hu bbażat fuq din il-kalkulazzjoni: Jekk, bħala eżempju, 20 fil-mija jivvutaw għal mudell 'A' bħala r-rebbieħ u 5% jarawh bħala fjask, il- mudell 'A' jingħata punteġġ ta' 15. Dan ir-riżultat imbagħad jiddetermina l-pożizzjoni finali tal- mudell 'A'. L-ADAM S ingħatat punteġġ mill- aktar impressjonanti ta' 50.1; bl-aktar kompetitur qrib tagħha jikseb punteġġ ta' 29.8. L-edituri tal-auto motor und sport ikkummentaw fl-aħħar edizzjoni tal-magazin: "L-Opel ADAM S – inkredibbilment versatili fl-għamla ta' dehra li ma jista' jkun qatt żbaljat." L-Opel hi rappreżentata f 'Malta mill-Cars International, fi Triq l-Imdina, f 'Ħal Qormi. Għal aktar informazzjoni jew għal test-drive fuq kull karozza Opel, wieħed għandu jibgħat email lil opelsales@cil.com.mt, jew iċempel 2269 2122. Tista' żżur ukoll is-sit elettroniku opel.com.mt jew il-paġna tal-Facebook tal-Opel Malta. Best Design Newcomer 2015: Rebħa konvinċenti għall-Opela ADAM S fil-premjijiet mogħtija mill-autonis Absolut tixtieq idawwallek il-lejl bl-edizzjoni limitata tal-fliexken il-ġodda li se jibdlulek il-mod kif tħares lejn il-lejl. Absolut b'sodisfazzjon qed tippreżenta l-aħħar edizzjoni limitata tagħha, l-Absolut Electrik. Din l-għażla ta' fliexken tal- metall – li jiġu f 'lewn blu jew lewn il-fidda – iqanqlu sens ta' enerġija u jibdlu d-dlam tal-lejl f 'dawl. Dawn iż-żewġ ilwien jirrappreżentaw żewġ elementi ta' Absolut – il- cobalt blue u l-fidda li jgħaddi d-dawl elettriku minnha. Meta tħallathom flimkien, dawn il-kuluri jirriflettu dehra elettrika ta' dawl u ritmu. It-tnedija ta' din l-edizzjoni limitata tkompli tibni fuq il-missjoni ta' Absolut li tittrasforma s-satra tal- lejl b'disinji innovattivi u kreattivi. L-edizzjonijiet limitati ta' qabel din inkludew l-Edizzjoni ta' Andy Warhol li ttrasformat it-tpinġija oriġinali ta' Andy Warhol f 'għamla ta' flixkun u l-Edizzjoni ta' Absolut Unique li kienet tikkonsisti f 'erba' miljun flixkun b'disinn uniku. Din l-edizzjoni limitata qed tintuża fuq madwar żewġ miljuni u ħames mitt elf flixkun (2 miljuni u nofs). Absolut hi impurtata, irreklamata u mqassma f 'Malta minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited. Absolut idawwal il-lejl Il-Fondazzjoni HSBC Malta tappoġġja bizzilla Maltija ta' kwalità Il-Fondazzjoni HSBC Malta ċċelebrat it- tradizzjoni Maltija tal- bizzilla billi appoġġjat il-kompetizzjoni annwali tal-bizzilla Maltija. L-iktar xogħol minsuġ b'reqqa u dettall rebaħ €3,000 f 'rigali, filwaqt li l-bizzilla minsuġa mit-tfal taħt is-16-il sena kienet rikonoxxuta b'rigali u għoti ta' ċertifikati. Iċ- ċerimonja tal-premjijiet kienet ippreseduta mill- mara tal-Kap Eżekuttiv ta' HSBC Malta Jennifer Beane, il-Markiż Nicholas De Piro minn Casa Rocca Piccola Trust, u Margaret Farrugia, li hi l-organizzatur ta' din il- kompetizzjoni prestiġġjuża. Il-kompetizzjoni ta' din is-sena saret għall-ewwel darba fil-Parlament il-ġdid, fejn id-disinn tal-arkitett magħruf Renzo Piano kien imxebbah mal-bizzilla Maltija. Il-Fondazzjoni HSBC Malta hi impenjata li tinvesti fil-komunità lokali u trid li toħloq benefiċċji fit-tul għas-soċjetà. Il- Fondazzjoni tagħmel dan billi tappoġġa programmi li jagħmlu differenza għal tfal f 'diffikultà, għall-ambjent u għall-patrimonju tal-wirt kulturali. Il-Fondazzjoni taħdem mill-qrib ma' għadd ta' negozji u organizzazzjonijiet li ma jaħdmux għall-qligħ lokali oħra li huma rispettabbli. Il-Fondazzjoni timmira li tagħmel investimenti soċjali fit-tul u tidħol fi sħubija aktar milli sempliċiment tagħti donazzjonijiet. Il-Fondazzjoni hi kburija bl-impjegati tal-HSBC li jikkontribwixxu għal karitajiet u kawżi li għandhom għal qalbhom. Fl-istess waqt, l-HSBC iħeġġeġ lill-impjegati tal- bank biex jieħdu sehem attiv f 'inizjattivi appoġġjati mill-Fondazzjoni HSBC Malta. Il-Fondazzjoni HSBC Malta taħdem b'mod aktar wiesa' mal-Grupp HSBC biex tagħmel l-aqwa użu mir-riżorsi u l-ħiliet ta' bank globali għall-benefiċċju tal- komunità lokali Maltija. Ix-xogħlijiet tal-bizzilla għall-wiri fil-Parlament il-ġdid