Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 | illum 33 minn Cristian Antony Muscat Sliema W .................. 1 Mosta ....................... 1 Mosta u sliema Wanderers, temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ġust ta' 1-1. Kienu Sliema Wanderers li ħarġu fuq l-offensiva, meta wara biss żewġ minuti logħob, Gary Muir ra x-xutt dijagonali tiegħu minn barra l-kaxxa jgħaddi barra. Mosta rrispondew tmien minuti wara meta Manolito Micallef għadda tajjeb lejn Gustavo De Paulo li minn qagħda tajba ra x-xutt tiegħu jiġi milqugħ bi bravura mill- goalkeeper tal-Wanderers, Timothy Aquilina. Fis-27 minuta Mosta fetħu l-iskor meta minn cross ta' Ian Zammit, għola tajjeb Gustavo De Paulo, li rnexxielu jsib ir- rokna tax-xibka permezz ta' daqqa ta' ras preċiża. Il-Wanderers irrispondew fis-36 minuta permezz ta' xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa ta' Michael Mifsud, li ġie mxellef f 'corner minn difensur Mosti. Il-Wanderers ħargu ferm b'saħħithom fit-tieni taqsima fit-tentattiv ovvju tagħhom li jġibu l-iskor indaqs u fil-50 minuta xutt angulat minn barra l-kaxxa ġie mdawwar f 'corner minn Yenz Cini. Il-Wanderers komplew jattakkaw u żewġ minuti biss wara, xutt ta' Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma minn barra l-kaxxa għadda għoli. Fl-54 minuta, il- goalkeeper ta' Mosta Yenz Cini, dawwar f 'corner, tentattiv mill-viċin ta' Michael Mifsud. Iżda minuta biss wara, il- Wanderers ġabu l-iskor indaqs. Dan hekk kif minn cross tajjeb ta' Clifford Gatt Baldacchino, id-difiża ta' Mosta ma rnexxielhiex tikklerja l-ballun, sabiex approfitta bis-sħiħ, Mark Scerri, li venven xutt tajjeb minn taħt il-lasta, u tefa' wara l-goalkeeper żagħżugħ Mosti, Yenz Cini. Mosta rrispondew fid-69 minuta permezz ta' xutt imdawwar minn barra l-kaxxa tal-plejer veteran Manolito Micallef, li iżda għadda jħakkek mal-lasta. Mosta - Cini, Ekani, Farrugia, Yau, Falzon, Guobadia, Frendo (Borg 83'), Micallef (Brincat 85'), Dakitus Okonkwo, Zammit (Chukwide 68'), De Paulo Sliema - W. Aquilina, A. Muscat, Scerri (Xuereb 86'), Mifsud, Dos Santos Calcado (Friggieri 77'), Ledesma, Gatt Baldacchino, Potezica, Bezzina, Muir, Dimech Referi - Mario Apap JOHANN BEZZINA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Jinsab misluf ma' Sliema Wanderers mingħand Hibernians. Kien mutur f'nofs il-grawnd għall- Wanderers f'din il-logħba, u bla dubju kien l-aqwa plejer fil-grawnd. Matul l-istaġun li għadda kien pedina importanti biex Hibernians jirbħu l-Kampjonat, u m'hemmx dubju li huwa għandu futur mill- isbaħ quddiemu. Draw ġust bejn Mosta u Sliema Wanderers minn Cristian Antony Muscat Hibernians ................. 2 Tarxien R ................... 0 Hibernians rebħu d-Derby tan-nofsinhar, meta b'wirja konvinċenti għelbu lill-ġirien iżda rivali kbar, tarxien rainbows, bl- iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu f 'temp ta' sitt minuti, eżattament fl-54 u fis-60 minuta, minn awto-gowl ta' Daniel Zerafa u gowl minn andrei agius rispettivament. U dan wara li huma kellhom jilagħbu għal iktar minn 84 minuta bi plejer inqas. Din kienet il- ħames rebħa konsekuttiva għalihom, biex estendew is-serje ta' riżultati pożittivi għalihom għal tmien logħbiet. Il-logħba kellha bidu drammatiku hekk kif wara biss sitt minuti, tkeċċa l-goalkeeper żagħżugħ ta' Hibernians, Jurgen Borg. Dan wara li l-attakkant tar- Rainbows, Luke Montebello avvanza fil-kaxxa, iżda twaqqa' mill-istess goalkeeper, bir-referi Glen Tonna jordna penalti. Iżda, mill-11-il metru, inkariga ruħu Ayrton Azzopardi u tefa' inkredibbilment barra. Il- Pawlisti rrispondew permezz ta' xutt imdawwar ta' Gilmar da Silva Ribeiro minn barra l-kaxxa li stampa mal- wieqfa, wara kwarta logħob. Hibernians irnexxielhom jiftħu l-iskor disa' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, meta minn corner ta' Clayton Failla, it-tentattiv mill-viċin ta' Andrew Cohen, ġie mxellef għal ġewwa mid-difensur tar-Rainbows, Daniel Zerafa, biex b'hekk irriżulta awto-gowl sfortunat. Mas-siegħa logħob, il- Pawlisti rduppjaw l-iskor meta minn freekick mil- lemin ta' Clayton Failla, għola tajjeb id-difensur internazzjonali, Andrei Agius, li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun ġewwa. Hibernians - Borg, Da Gracia Gomes, Lima, Dias, Cohen (Denni Rocha dos Santos 80'), Kristensen, Failla, Agius, Da Silva Pereira (Briffa 8'), Da Silva Ribeiro (Mbong 87'), Santos Silva Tarxien R. - Cassar, Baker, M. Caruana (Mizugashira 77'), Tabone Desira, T. Caruana, Azzopardi (Meira Santos 57'), Omerou (Raimundo da Silva 70'), Montebello, Zerafa, Da Paixao Alves, Oliveira Santos Referi - Glen Tonna CLAYTON FAILLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien fundamentali għal din ir-rebħa Pawlista. Huwa plejer indispensabbli kemm ta' Hibernians, kif ukoll tat-tim nazzjonali Malti. Hibernians jirbħu d-Derby tan-Nofsinhar b'10 plejers Republic Street, Valletta next to the Courts Sports Ritratt - Joe Borg Ritratt - Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015